IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.12.2024
COM(2024) 575 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.12.2024
COM(2024) 575 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”
1.Introduzzjoni
Dan ir-rapport jirrieżamina l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” f’konformità mal-Artikolu 109(4) tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 1 (KEKE). Ir-rapport huwa bbażat fuq it-tweġibiet tal-Istati Membri u tan-Norveġja għall-kwestjonarju 2 ppreżentat lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet (COCOM, “Communications Committee”) 3 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u n-numru Ewropew ta’ emerġenza “112” u r-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikoli 7(1) u 8 tar-Regolament Delegat 2023/444. Dan il-ġbir ta’ data kien is-16-il eżerċizzju ta’ dan it-tip li sar mis-servizzi tal-Kummissjoni mill-2007.
Skont l-Artikolu 109(4) tal-KEKE, sal-21 ta’ Diċembru 2020, u kull sentejn wara din id-data, il-Kummissjoni hija meħtieġa tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”. It-tieni rapport bħal dan ġie ppubblikat fis-16 ta’ Diċembru 2022 4 .
Il-ġbir tad-data għar-apport attwali kien jibbaża fuq mistoqsijiet speċifiċi li jservu biex jiġi vvalutat il-livell ta’ implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE u t-titjib tas-sistemi nazzjonali taċ-Ċentru li jirċievi t-Telefonati ta’ Emerġenza (PSAP, “Public Safety Answering Point”). Il-perjodu ta’ rapportar għad-data kwantitattiva 5 (eż. l-għadd ta’ telefonati ta’ emerġenza lil “112”) huwa mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023. Meta kellha tiġi vvalutata d-disponibbiltà ta’ sistema (eż. l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni tal-post minn fejn toriġina t-telefonata, applikazzjoni, eċċ.), f’dan ir-rapport tqieset l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli. Fl-4 ta’ April 2024, l-osservaturi tal-Istati Membri u tal-COCOM mill-Pajjiżi Kandidati u taż-ŻEE ġew mistiedna jippreżentaw it-tweġibiet tagħhom sas-7 ta’ Ġunju 2024.
L-Istati Membri ġew mistiedna jiżviluppaw l-għodod ta’ kejl tagħhom għall-monitoraġġ ta’ għadd ta’ indikaturi sabiex jipprovdu data preċiża dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza tagħhom. Matul ir-rapport kollu, fejn l-Istati Membri ma jissemmewx fir-rigward ta’ valutazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva, dan ifisser li d-data rilevanti ma ġietx ipprovduta lis-servizzi tal-Kummissjoni.
2.Telefonati lil “112”
Fl-2023, it-telefonati għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” żdiedu bi 15 % għal 176 miljun meta mqabblin mal-2021. Sadanittant, l-għadd totali ta’ telefonati ta’ emerġenza, inkluż għan-numri ta’ emerġenza nazzjonali, fejn dawn għadhom qed jintużaw, żdied b’6 % għal 285 miljun. It-telefonati lil “112” kienu jirrappreżentaw 62 % tat-telefonati ta’ emerġenza kollha fl-2023.
Illustrazzjoni 1. Għadd ta’ telefonati lil “112”
“112” huwa n-numru uniku ta’ emerġenza fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, f’Malta, fin-Netherlands, fil-Portugall, fir-Rumanija u fl-Iżvezja. Madankollu, 19 % biss tat-telefonati lil “112” fl-UE jsiru minn dawn il-pajjiżi. Il-maġġoranza l-kbira tat-telefonati lil “112” ġejjin minn Stati Membri fejn għadhom jintużaw in-numri nazzjonali. F’dawn l-Istati Membri, l-użu tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza jvarja ħafna, minn 5 % fl-Irlanda għal 97 % fil-Bulgarija.
Illustrazzjoni 2. Perċentwal ta’ telefonati lil “112”
It-telefonati lil “112” minn mobiles fil-biċċa l-kbira qabżu l-għadd ta’ telefonati minn telefowns fissi. Bħala medja, 82 % tat-telefonati fl-2023 saru minn mobiles. Madankollu, l-użu tal-mobiles għal finijiet ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza jvarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri, minn 65 % fil-Ġermanja u 77 % fl-Italja għal 98 % fir-Repubblika Ċeka u 99 % fil-Latvja.
Il-proporzjon ta’ telefonati foloz 6 għall-għadd totali ta’ telefonati ta’ emerġenza għadu jvarja b’mod konsiderevoli fost l-Istati Membri 7 , u jilħaq 72 % fil-Portugall. Xi Stati Membri ma jippermettux telefonati minn telefowns mingħajr SIMs sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ telefonati foloz li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ piż għas-sistema tal-PSAP. Madankollu, l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza mit-telefowns mingħajr SIMs huwa obbligatorju fil-maġġoranza tal-Istati Membri (19) 8 .
Illustrazzjoni 3. Telefonati foloz lin-numri ta’ emerġenza (%)
Ġew awtorizzati komunikazzjonijiet ta’ emerġenza bbażati fuq l-SMS għall-utenti finali kollha minn 17-il Stat Membru 9 . Fi 13-il Stat Membru 10 l-SMS ta’ emerġenza jintbagħat lil “112”. L-għadd ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz ta’ SMS ivarja b’mod sinifikanti skont il-livell ta’ promozzjoni ta’ dan it-tip ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza, minn ftit sa għexieren ta’ eluf. Il-forniment ta’ SMS ta’ emerġenza huwa kkonfermat li huwa żgurat mingħajr ħlas minn 14-il Stat Membru 11 .
Minbarra l-possibbiltà ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza billi jsiru telefonati lil “112”, 19-il Stat Membru 12 implimentaw applikazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali disponibbli għall-utenti finali kollha 13 li jippermettu komunikazzjonijiet ta’ emerġenza. Dawn il-mezzi ta’ aċċess, skont id-disinn tagħhom, jippermettu lill-utenti finali jikkondividu informazzjoni addizzjonali mal-PSAP, jipprovdu informazzjoni ta’ lokalizzazzjoni derivata mill-handset jew jiżguraw komunikazzjoni bit-test mal-PSAP. Il-Belġju, Ċipru, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Iżvezja kkonfermaw li t-traffiku tad-data ġġenerat mill-applikazzjoni ta’ emerġenza għandu rata ta’ żero.
L-eCalls jiġu diretti lejn il-PSAP tal-eCall f’każ ta’ aċċident. Fl-2023 ġew irrapportati total ta’ 658,392 eCalls minn 27 Stat Membru, 56 % aktar mill-2021, fejn ġew irrappurtati 421,000 eCall.
Illustrazzjoni 4. Għadd ta’ eCalls magħmulin fl-UE
3.Ħin ta’ rispons 14
Total ta’ 22 Stat Membru rrapportaw 10 sekondi jew anqas għall-ħin medju ta’ rispons meħtieġ biex wieħed jikkuntattja s-servizzi ta’ emerġenza.
Illustrazzjoni 5. Ħinijiet medji biex jitwieġbu telefonati ta’ emerġenza (f’sekondi)
4.Rata tal-abbandun tat-telefonati
Total ta’ 27 rispondent irrapportaw 15 dwar it-telefonati li jaslu fl-iswiċċijiet tal-PSAP iżda jaqtgħu qabel jitwieġbu minn operatur uman. Abbandun tat-telefonati jista’ jiġi kkawżat minn problemi tan-network, konġestjoni tat-telefonati, ħsarat tekniċi, problemi biex is-sistema tlaħħaq mad-domanda, skonnessjoni ta’ min iċempel (possibbilment telefonati bi żball), eċċ. Għalkemm it-telefonati involontarji u l-iskonnettjar minn min iċempel mhumiex fil-kontroll tal-operaturi tas-sistema tal-PSAP, in-nuqqas mis-sistema biex tlaħħaq mad-domanda jirreferi għan-nuqqas li t-telefonati li jsiru lil “112” fis-sistema nazzjonali tal-PSAP jitwieġbu u jiġu trattati b’mod adegwat.
Illustrazzjoni 6. Perċentwal ta’ telefonati abbandunati lin-numri ta’ emerġenza
5.Id-disponibbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata
L-Artikolu 109 tal-KEKE jagħmel obbligatorja d-disponibbiltà kemm ta’ informazzjoni bbażata fuq in-network kif ukoll ta’ informazzjoni aktar akkurata dwar il-lokalizzazzjoni derivata mill-handset 16 , lill-aktar PSAP xieraq.
Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li qed jirrapportaw 17 , in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata bbażata fuq in-network iseħħ f’anqas minn 3 % tat-telefonati. Ġew irrapportati rati ogħla ta’ nuqqas ta’ forniment tal-post minn fejn toriġina t-telefonata għall-Ungerija (4 %), għall-Irlanda (5 %), għall-Estonja (6 %), għall-Franza (7 %), għal Spanja (11 %), għad-Danimarka (15 %) u għal-Latvja (21 %).
15-il Stat Membru rrapportaw dwar ir-rata tad-disponibbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata derivata mill-handset, b’mod partikolari fejn tintuża s-soluzzjoni tal-Lokalizzazzjoni Avvanzata ta’ Emerġenza (AML, Advanced Mobile Location) 18 . Anke fejn is-sistema tal-PSAP nazzjonali tiġi aġġornata biex tirċievi l-AML, xorta waħda għadd sinifikanti ta’ telefonati ma jibbenefikawx mill-informazzjoni tal-lokalizzazzjoni preċiża ħafna (sa 60 % tat-telefonati). Minbarra li jillokalizzaw l-utent finali li jagħmel telefonata lil “112”, l-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll l-AML għat-tip ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza b’SMS.
L-utenti finali li jkunu roaming, li jżuru Stati Membri oħrajn, jistgħu potenzjalment ikunu f’sitwazzjoni aktar vulnerabbli f’każ ta’ emerġenza peress li jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jiddeskrivu l-lokalizzazzjoni tagħhom b’mod preċiż. Filwaqt li l-AML hija implimentata f’25 Stat Membru, fl-Iżlanda u fin-Norveġja, 8 Stati Membri biss ikkonfermaw li l-lokalizzazzjoni derivata mill-handset hija disponibbli għall-utenti finali tar-roaming 19 .
6.Preċiżjoni u affidabbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata
L-Artikolu 109(6) tal-KEKE jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji ta’ preċiżjoni u affidabbiltà għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata. Ir-Regolament Delegat 2023/444 20 jistabbilixxi l-parametri li jeħtieġ li jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti meta jistabbilixxu l-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata. Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw, fil-limiti tal-fattibbiltà teknika, li l-pożizzjoni tal-utent finali tingħata b’mod affidabbli u preċiż kif meħtieġ biex is-servizzi ta’ emerġenza jkunu jistgħu jaslu b’mod utli għall-assistenza tal-utent finali. 21
L-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat jobbliga lill-Istati Membri jirrapportaw dwar l-adozzjoni tal-kriterji u jispjegaw kif qiesu l-parametri stabbiliti fir-Regolament Delegat sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Marzu 2024.
Skont l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Delegat, 17-il Stat Membru 22 rrapportaw kriterji dwar il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-post minn fejn toriġina t-telefonata. Minn dawn l-Istati Membri, kollha jirrapportaw li għan-networks fissi l-post minn fejn toriġina t-telefonata huwa pprovdut f’termini tal-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network, li l-affidabbiltà tiegħu tvarja minn 60-100 %. Għan-networks mobbli, 8 Stati Membri 23 jirrapportaw preċiżjoni ta’ 50 m għal 80 % tal-komunikazzjoni mobbli. Stati Membri oħra jirrapportaw kriterji ta’ preċiżjoni sa 100 m u affidabbiltà ta’ bejn 55-80 %, ħlief għan-Netherlands, li rrapportaw 5,000 m bħala kriterju. Ħarsa ġenerali lejn il-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata irrapportata mill-Istati Membri tinsab fl-Anness I.
Is-soluzzjoni ta’ Lokalizzazzjoni Avvanzata ta’ Emerġenza (AML, Advanced Mobile Location) li tikseb is-soluzzjoni tal-post minn fejn toriġina t-telefonata mill-handset hija implimentata fit-territorju ta’ 25 Stat Membru 24 u n-Norveġja.
7.Il-ħin medju meħtieġ biex l-operatur tal-112 jirċievi l-post minn fejn toriġina t-telefonata
Minħabba l-implimentazzjoni tas-sistema “push” jew tas-sistema awtomatika “pull”, l-Istati Membri kollha rrapportaw kważi ħinijiet istantanji (sa 10 sekondi) għall-forniment tal-post minn fejn toriġina t-telefonata bbażata fuq in-network.
Minħabba l-arkitettura inerenti tagħhom, it-teknoloġiji tal-lokalizzazzjoni derivata mill-handset jibbażaw fuq il-veloċità tal-handsets biex jidderivaw il-parametri rilevanti tal-lokalizzazzjoni mis-sinjali tal-GNSS jew tal-Wi-Fi. Abbażi tar-rapporti minn 22 Stat Membru, ġie kkonfermat li l-provvista ta’ lokalizzazzjoni derivata mill-handset tista’ tvarja minn kważi mal-ewwel sa 28 sekonda.
8.Aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza waqt ir-roaming fl-UE
L-Istati Membri kollha u n-Norveġja rrapportaw id-disponibbiltà tal-aċċess għall-“112” u għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata bbażata fuq in-network f’każ ta’ telefonati bir-roaming.
Ingħatat informazzjoni dwar l-għadd ta’ telefonati li jsiru minn utenti finali waqt ir-roaming lil “112” minn 16-il Stat Membru 25 . Dawn l-Istati Membri jirrappreżentaw aktar minn nofs it-telefonati ta’ emerġenza lil “112”. Abbażi ta’ tali data, jista’ jiġi estrapolat li fl-UE saru 2.7 miljun telefonata ta’ emerġenza mill-utenti finali tar-roaming lil “112”, li jirrappreżentaw 1.56 % tat-telefonati kollha lil “112”.
9.Aċċess għal servizzi ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà
F’konformità mal-Artikolu 109(5) tal-KEKE, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltà jibbenefikaw minn aċċess ekwivalenti għas-servizzi ta’ emerġenza għal dak li jgawdu utenti finali oħrajn. L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ekwivalenza funzjonali. Is-soluzzjonijiet ta’ aċċessibbiltà implimentati għandhom jirreplikaw (ikunu ekwivalenti għal) komunikazzjoni bil-vuċi f’żewġ direzzjonijiet żgurata fil-każ ta’ telefonata għal “112”, inkluż fir-roaming. Permezz tal-ekwivalenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-post minn fejn toriġina t-telefonata bbażata fuq in-network ikun disponibbli għall-aktar PSAP xieraq biex is-servizzi ta’ emerġenza jkunu jistgħu jintervjenu b’mod effettiv.
Sabiex jikkonformaw ma’ dan l-obbligu, l-Istati Membri implimentaw firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet ta’ aċċessibbiltà ddedikati għall-utenti finali b’diżabbiltà, inkluż test f’ħin reali, konverżazzjoni totali 26 , SMS, applikazzjonijiet ta’ emerġenza, servizzi tal-web, servizzi ta’ trażmissjoni u aċċess minn apparati speċjali.
It-teknoloġija li tintuża l-aktar hija l-SMS, li tiżgura interazzjoni bidirezzjonali bbażata fuq it-test bejn il-persuna li qed tavża lis-servizzi ta’ emerġenza u l-PSAP. L-SMS huwa disponibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà fi 23 Stat Membru 27 u fin-Norveġja.
L-applikazzjonijiet ta’ emerġenza huma skjerati fi 17-il Stat Membru 28 u n-Norveġja. Skont id-disinn, dawn jistgħu jibbażaw fuq il-bidu ta’ telefonati ta’ emerġenza jew komunikazzjonijiet bl-SMS, iżda jistgħu jservu wkoll bħala pjattaforma biex jipprovdu test f’ħin reali u komunikazzjonijiet ta’ konverżazzjoni totali. Barra minn hekk, l-applikazzjonijiet jistgħu jipprovdu lokalizzazzjoni preċiża derivata mill-handset ibbażata fuq data ta’ pożizzjonament tal-GNSS/WiFi (5-100m).
Is-servizzi ta’ trażmissjoni għall-utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jittrażmettu wkoll komunikazzjoni għall-aċċess tas-servizzi ta’ emerġenza. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-lokalizzazzjoni tal-utent ma hijiex disponibbli għal dan il-mezz ta’ aċċess fl-Istati Membri.
Barra minn hekk, l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà 29 (EEA, “European Accessibility Act”) jirrikjedi li, minbarra l-vuċi, il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jkunu disponibbli b’test f’ħin reali jew, fejn ikun disponibbli l-vidjo, sinkronizzati bħala konverżazzjoni totali 30 . Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat 2023/444, l-Istati Membri rrapportaw l-użu mistenni ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza b’test f’ħin reali kif ippreżentati fl-Anness III.
Ħarsa ġenerali lejn il-mezzi alternattivi ta’ aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà li bħalissa huma skjerati fl-UE hija preżentata fl-Anness II.
10.L-aġġornamenti tal-PSAP fl-Istati Membri
Fir-Regolament Delegat 2023/444 31 huwa rikonoxxut li l-migrazzjoni minn teknoloġiji “circuit witched” għal “packet-switched” fin-networks ta’ komunikazzjoni elettronika twassal għall-introduzzjoni ta’ mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza. It-teknoloġiji packet-switched jipprovdu għal komunikazzjonijiet ta’ emerġenza versatili li jadattaw għall-ħtiġijiet tal-utenti finali kif ukoll għas-servizzi ta’ emerġenza. Is-servizzi bil-vuċi se joperaw permezz ta’ teknoloġiji tal-VoIP ġestiti b’mod fiss u mobbli bbażati fuq is-Subsistema Multimedjali tal-IP (IMS, “IP Multimedia Subsystem”) bħal Vuċi fuq Evoluzzjoni fit-Tul (VoLTE, “Voice over Long Term Evolution”), Vuċi fuq Radju Ġdid (VoNR fil-5G, “Voice over New Radio”) u l-Vuċi fuq il-Wi-Fi (VoWiFi, “Voice over Wi-Fi”). Sadanittant, din il-migrazzjoni tkun tippermetti servizzi bbażati fuq test u vidjo bħal test f’ħin reali u konverżazzjoni totali, skont il-mandat tal-EAA. L-informazzjoni kuntestwali ewlenija, bħal-post minn fejn toriġina t-telefonata jew is-sett minimu ta’ data għall-eCall, tista’ tiġi kkomplementata minn din it-teknoloġija l-ġdida b’informazzjoni oħra ta’ salvataġġ disponibbli fuq l-apparat permezz ta’ diversi sensuri, jew fin-network.
Il-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali jista’ jiġi realizzat bis-sħiħ biss jekk kemm is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll is-sistemi nazzjonali tal-PSAP ikunu kapaċi jisfruttaw l-iżviluppi teknoloġiċi.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE diġà tawtorizza l-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tal-PSAP biex ikunu jistgħu jittrattaw komunikazzjonijiet speċifiċi ta’ emerġenza li jaħdmu fuq teknoloġija packet-switched. Skont iż-ŻEE, sat-28 ta’ Ġunju 2025, jew b’deroga, sat-28 ta’ Ġunju 2027, is-sistemi nazzjonali tal-PSAP se jkollhom jappoġġaw u jittrattaw test f’ħin reali jew konverżazzjoni totali 32 . Dawn is-servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza jistgħu jintużaw biss fuq teknoloġija packet-switched.
L-iskadenza legali għall-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tal-PSAP biex ikunu jistgħu jittrattaw l-eCall ibbażata fuq l-IMS hija pprovduta fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2024/1084. 33 Għaldaqstant, l-infrastrutturi nazzjonali tal-PSAP se jkollhom jiġu aġġornati sal-1 ta’ Jannar 2026.
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2023/444, sal-5 ta’ Novembru 2023, l-Istati Membri kellhom jirrapportaw lill-Kummissjoni pjan direzzjonali għall-aġġornament tas-sistema nazzjonali tal-PSAP sabiex jirċievu, iwieġbu u jipproċessaw komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz ta’ teknoloġiji packet-switched. 23 Stat Membru 34 u n-Norveġja pprovdew l-informazzjoni rilevanti. F’xi Stati Membri, il-migrazzjoni lejn teknoloġiji packet-switched diġà seħħet. Mid-data rrapportata, il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz tal-packet-switched għandhom ikunu permessi fl-Istati Membri kollha sa mhux aktar tard mill-2027. L-Istati Membri rrappurtaw ukoll dwar meta l-PSAPs se jkunu kapaċi jittrattaw test f’ħin reali. Filwaqt li dan il-mezz ta’ aċċess diġà huwa disponibbli f’xi Stati Membri, il-PSAPs kollha fl-UE għandhom ikunu kapaċi jittrattaw test f’ħin reali sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2027. Aktar dettalji dwar il-pjanijiet direzzjonali tal-Istati Membri għat-titjib tas-sistemi nazzjonali tal-PSAP jinsabu fl-Anness III.
11.Konklużjonijiet
L-objettivi prinċipali ta’ dan ir-rapport huma dawn li ġejjin:
·Is-sehem tat-telefonati ta’ emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-2021 u kien jirrappreżenta 62 % tat-telefonati ta’ emerġenza kollha: minn total ta’ 285 miljun telefonata ta’ emerġenza li saru fl-UE, 176 miljun kienu telefonati lil “112”. Huwa stmat li 2.7 miljun telefonata ta’ emerġenza saru mill-utenti finali tar-roaming fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza 112, li jirrappreżentaw 1.56 % tat-telefonati kollha lil 112.
·L-implimentazzjoni tal-post minn fejn toriġina t-telefonata derivata mill-handset kompliet titjieb fl-UE. Minn Settembru 2024, 25 Stat Membru, l-Iżlanda u n-Norveġja bdew jiżguraw li s-sistema tal-PSAP tagħhom taħdem bl-AML. Madankollu, 8 Stati Membri biss ikkonfermaw li l-lokalizzazzjoni derivata mill-handset hija disponibbli għall-utenti finali tar-roaming.
·L-utenti finali b’diżabbiltà għadhom ma jibbenefikawx minn mezzi kompletament ekwivalenti ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, speċjalment meta jkunu roaming. Meta dawn l-utenti finali ma jkunux jistgħu jagħmlu telefonata lil “112”, huma jridu jibbażaw fuq soluzzjonijiet frammentati fuq livell nazzjonali. Madankollu, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, sa Ġunju 2025 din is-sitwazzjoni mistennija li tinbidel minħabba li l-Istati Membri qed iħejju s-sistemi tal-PSAP tagħhom biex jimmaniġġjaw test interoperabbli f’ħin reali u l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika qed iħejju biex jimplimentawhom
·Is-sistemi nazzjonali tal-PSAP qed jiġu aġġornati għal teknoloġija packet-switched. Dan huwa obbligatorju mil-leġiżlazzjoni tal-UE għal komunikazzjonijiet b’test f’ħin reali u eCall, bi skadenzi għall-implimentazzjoni fl-2025, l-2026 u l-2027. Huwa mistenni li l-infrastrutturi tal-PSAP isiru aktar versatili u żejda, u jakkomodaw diversi tipi ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza.
Anness i – Artikolu 8(1)(a) Kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata
|
Network mobbli |
Network fiss |
|||
|
|
Kriterju ta’ preċiżjoni (metri) |
Kriterju ta’ affidabbiltà (%) |
Kriterju ta’ preċiżjoni (informazzjoni relatata mal-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network) |
Kriterju ta’ affidabbiltà (%) |
|
AT |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
BE |
M/A |
M/A |
Iva |
94 % |
|
BG |
50 m |
80 % |
Iva |
90 % |
|
CY |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
CZ |
100 m |
55 % |
Iva |
100 % |
|
DE |
M/A |
M/A |
Iva |
M/A |
|
DK |
50 m |
80 % |
Iva |
M/A |
|
EE |
50 m |
60 % |
Iva |
60 % |
|
EL |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
ES |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
FI |
50 m |
80 % |
Iva |
100 % |
|
FR |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
HR |
50 m |
80 % |
Iva |
M/A |
|
HU |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
IE |
50 m |
80 % |
Iva |
99 % |
|
IT |
50 m |
80 % |
Iva |
82 % |
|
LT |
GSM: 750 m UMTS: 550 m LTE: 350 m 5G SA: 150 m AML: 50 m |
GSM, UMTS, LTE, 5G SA: 67 % AML: 80 % |
Iva |
95 % |
|
LU |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
LV |
M/A |
M/A |
Iva |
100 % |
|
MT |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
NO |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
NL |
5000 m |
85 % |
M/A |
M/A |
|
PL |
M/A |
M/A |
Iva |
100 % |
|
PT |
100 m |
60 % |
Iva |
95 % |
|
RO |
M/A |
M/A |
Iva |
95 % |
|
SE |
50 m |
80 % |
Iva |
99 % |
|
SI |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
|
SK |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
Anness II – Mezzi alternattivi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi taż-ŻEE
|
Funzjonalità disponibbli |
|
|
Funzjonalità mhux disponibbli |
|
|
Mezz ta’ aċċess |
Interattiva |
Lokalizzazzjoni tal-utent |
L-ebda reġistrazzjoni |
Liberu |
Aċċess għar-roaming |
Roaming mingħajr ħlas |
Numru ta’ aċċess |
|
AT |
SMS lil numru twil |
580 |
||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
294 |
|||||||
|
BE |
SMS lil numru qasir |
M/A |
||||||
|
Applikazzjoni (112.be) |
M/A |
|||||||
|
BG |
RTT (fuq l-applikazzjoni 112 Bulgarija) |
M/A |
||||||
|
Applikazzjoni (112 Bulgarija) |
4 |
|||||||
|
Servizz ibbażat fuq il-web |
||||||||
|
CY |
SMS lil 112 |
M/A |
||||||
|
RTT (fuq l-applikazzjoni 112/IOS 11 Ċipru) |
M/A |
|||||||
|
CZ |
SMS lil 112 |
739 |
||||||
|
Applikazzjoni (zachranka) |
M/A |
|||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
M/A |
|||||||
|
Servizz ġenerali ta’ trażmissjoni ta’ aċċessibbiltà |
M/A |
|||||||
|
Servizz speċjalizzat ta’ trażmissjoni ta’ emerġenza |
M/A |
|||||||
|
Apparati speċjalizzati minn postijiet fissi |
0 |
|||||||
|
DE |
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
9671* |
||||||
|
Servizz ta’ trażmissjoni ġenerali |
772 |
|||||||
|
DK |
SMS lil numru twil |
95 |
||||||
|
EE |
SMS lil 112 |
838 |
||||||
|
EL |
SMS lil 112 |
1478 |
||||||
|
ES |
SMS reġjonali lil numri twal |
338 |
||||||
|
Servizz speċjalizzat ta’ trażmissjoni ta’ emerġenza (telefonata bil-vidjo) |
200 |
|||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
200 |
|||||||
|
FI |
SMS lil 112 |
5950 |
||||||
|
FR |
SMS lil 114 |
305,452 |
||||||
|
Konverżazzjoni totali bħala servizz tan-network |
M/A |
|||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
M/A |
|||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
M/A |
|||||||
|
RTT bħala servizz tan-network (www.info.urgence114.fr) |
M/A |
|||||||
|
RTT bħala servizz ta’ applikazzjoni (www.info.urgence114.fr) |
M/A |
|||||||
|
Servizz speċjalizzat ta’ trażmissjoni ta’ emerġenza |
M/A |
|||||||
|
HR |
SMS lil 112 |
15 |
||||||
|
HU |
SMS lil 112 |
18890 |
||||||
|
Applikazzjoni (112-SOS) |
||||||||
|
IE |
SMS lil 112 |
1.279 |
||||||
|
IT |
Applikazzjoni (Flag Mii) |
M/A |
||||||
|
Applikazzjoni (Where ARE U) |
M/A |
|||||||
|
Servizz speċjalizzat ta’ trażmissjoni ta’ emerġenza |
M/A |
|||||||
|
LT |
SMS lil 112 |
39,464 |
||||||
|
Applikazzjoni (applikazzjoni tal-112) |
186 |
|||||||
|
LU |
SMS lil 112 |
M/A |
||||||
|
Applikazzjonijiet (GouvAlert, Echo 112) |
M/A |
|||||||
|
LV |
SMS lil 112 |
M/A |
||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
M/A |
|||||||
|
MT |
SMS lil numru twil |
4 |
||||||
|
Applikazzjoni tal-112.mt |
228 |
|||||||
|
Servizz web tal-112.mt |
||||||||
|
RTT fuq in-network (numru twil) |
||||||||
|
RTT fuq l-applikazzjoni |
||||||||
|
Rapport permezz tal-112.mt |
||||||||
|
NL |
RTT fuq l-applikazzjoni (112NL) |
M/A |
||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
M/A |
|||||||
|
SMS lil 112 |
M/A |
|||||||
|
Servizz speċjalizzat ta’ trażmissjoni ta’ emerġenza |
M/A |
|||||||
|
Servizz ġenerali ta’ trażmissjoni ta’ aċċessibbiltà |
M/A |
|||||||
|
PL |
Applikazzjoni (Allarm 112) |
1,836 |
||||||
|
PT |
SMS lil numru twil |
M/A |
||||||
|
Applikazzjoni ta’ emerġenza |
7 |
|||||||
|
RO |
SMS lil 113 |
M/A |
||||||
|
SE |
SMS lil 112 |
142 |
||||||
|
Servizz ta’ trażmissjoni ġenerali |
1,083 |
|||||||
|
SI |
SMS lil 112 |
M/A |
||||||
|
Aċċess ta’ emerġenza bbażat fuq il-web |
M/A |
|||||||
|
SK |
SMS lil 112 |
M/A |
||||||
|
NO |
SMS 112 |
M/A |
||||||
|
Applikazzjoni, servizz tal-web u relay (l-istess sit) |
*mit-28.09.2021
Anness III – Artikolu 7(2) Pjan direzzjonali għall-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tal-PSAP għat-teknoloġija packet-switched
|
Data tal-migrazzjoni għall-komunikazzjoni ta’ emerġenza packet-switched tas-sistema tal-PSAP |
PSAP bil-kapaċità li jimmaniġġja test f’ħin reali |
|
|
AT |
It-tieni trimestru tal-2025 |
It-tieni trimestru tal-2025 |
|
BE |
L-ewwel trimestru tal-2025 |
Data tat-twelid: 27 ta' Ġunju 2027 |
|
BG |
Data tat-twelid: 30 ta' Marzu 2026 |
Data tat-twelid: 30 ta' Marzu 2026 |
|
CY |
Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 2026 |
M/A |
|
CZ |
Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 2025 |
Data tat-twelid: 1 ta' Ottubru 2026 |
|
DE |
Migrazzjoni tal-PSAP |
M/A |
|
DK |
Migrazzjoni tal-PSAP |
Is-sajf tal-2027 |
|
EE |
Data tat-twelid: 28 ta' Ġunju 2025 |
Data tat-twelid: 28 ta' Ġunju 2025 |
|
EL |
Migrazzjoni tal-PSAP |
It-tieni trimestru tal-2026 |
|
ES |
Lulju 2024 |
M/A |
|
FI |
Migrazzjoni tal-PSAP |
Is-sajf tal-2025 |
|
FR |
M/A |
M/A |
|
HR |
Data tat-twelid: 26 ta' Frar 2025 |
Data tat-twelid: 28 ta' Ġunju 2025 |
|
HU |
Ir-Raba’ Trimestru 2024 |
M/A |
|
IE |
2024 |
Ir-Raba’ Trimestru 2024 |
|
IT |
Mejju 2025 |
M/A |
|
LT |
Ottubru 2026 |
Marzu 2027 |
|
LU |
M/A |
M/A |
|
LV |
M/A |
M/A |
|
MT |
Migrazzjoni tal-PSAP |
Iva, għall-applikazzjoni |
|
NO |
M/A |
M/A |
|
NL |
nofs l-2026 - tmiem l-2027 |
Iva, għall-applikazzjoni. RTT nattiva minn nofs l-2026 |
|
PL |
April 25 |
Ġunju 25 |
|
PT |
Mejju 2024 |
Jannar 2025 |
|
RO |
Ir-Raba’ Trimestru 2025 |
Ir-Raba’ Trimestru 2027 |
|
SE |
Migrazzjoni tal-PSAP |
It-tielet trimestru 2025 |
|
SI |
L-ewwel trimestru tal-2025 |
Tmiem l-2025 |
|
SK |
It-tielet trimestru 2024 |
M/A |
Ġiet ipprovduta informazzjoni dwar telefonati foloz minn 20 Stat Membru.