<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-808/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0808</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:832">EU:T:2019:832</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20191203">3.12.2019</DATE> – Kawża T‑808/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Pethke vs EUIPO</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Rapport ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolarità tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ evalwazzjoni ta’ appell</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑808/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ralph Pethke</HT>, residenti f’Alicante (Spanja), irrappreżentat minn H. Tettenborn, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn A. Lukošiūtė, bħala aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent dwar is-sena 2016 kif ukoll, jekk meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE> li tiċħad l-ilment tar-rikorrent,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta, matul id-deliberazzjonijiet, minn H. Kanninen, President, C. Iliopoulos u I. Reine (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-abilità, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz ta’ kull uffiċjal għandhom ikunu suġġetti għal rapport annwali kif previst mill-awtorità tal-ħatra ta’ kull istituzzjoni skont l-Artikolu 110. Dak ir-rapport għandu jiddikjara jekk il-livell ta’ prestazzjoni tal-uffiċjal kienx sodisfaċenti jew le. L-awtorità tal-ħatra<?PAGE NO="2"?> ta’ kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi d-disposizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal appell fi ħdan il-proċedura ta’ rappurtar, li għandu jiġi eżerċitat qabel ma jitressaq ilment kif imsemmi fl-Artikolu 90(2).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal. Għandu jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe kumment fuqhom li huwa jikkonsidra rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat b’effett mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, japplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8985 tas‑<DATE ISO="20131216">16 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>DĠI 43<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-DĠI 43, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ir-rwoli u l-gradi tad-diversi partijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-evalwatur huwa s-superjur ġerarkiku dirett tad-detentur tal-kariga u, bħala regola ġenerali, il-kap tad-diviżjoni tiegħu fil-kariga fl‑1 ta’ Diċembru tal-perijodu ta’ referenza.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-evalwatur tal-appell huwa s-superjur ġerarkiku dirett tal-evalwatur meta jsir l-ewwel intervent ta’ dan is-superjur ġerarkiku fil-proċedura ta’ evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.</ALINEA><ALINEA>[…] Jekk id-direttur ġenerali huwa l-evalwatur, l-evalwatur tal-appell huwa d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani. […]</ALINEA><ALINEA>Id-detentur tal-kariga li jkun ikkomunika informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22a(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal jista’, fil-mument tar-rifjut motivat tar-rapport previst fl-Artikolu 7(1), jitlob li r-rwol tal-evalwatur tal-appell jittieħed mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani jew mis-Segretarju Ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati mir-rieda li jaġixxi fl-interess tad-detentur tal-kariga jew fil-każ ta’ bidla fl-organigramma ta’ dipartiment jew ta’ direttorat ġenerali, id-direttur ġenerali jista’ jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 sabiex jieħu inkunsiderazzjoni tal-kuntest partikolari li jirriżulta mill-każ ineżami jew mill-bidla, rispettivament.</ALINEA><ALINEA>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-DĠI 43 jirregola l-proċedura ta’ appell kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rifjut motivat tar-rapport mid-detentur tal-kariga […] iwassal għal riferiment awtomatiku lill-evalwatur tal-appell. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba fformulata mid-detentur tal-kariga fir-rifjut motivat tiegħu tar-rapport, l-evalwatur tal-appell għandu jkollu djalogu miegħu fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tar-rifjut motivat tar-rapport. Id-detentur tal-kariga jista’ jkun assistit matul id-djalogu minn detentur tal-kariga ieħor, differenti mill-evalwatur. L-evalwatur tal-appell jista’ jitlob lil detentur tal-kariga ieħor, differenti mill-evalwatur, jassistih matul id-djalogu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ għoxrin jum tax-xogħol mid-data tar-rifjut motivat tar-rapport u wara d-djalogu previst fil-paragrafu 2, l-evalwatur tal-appell għandu jikkonferma r-rapport jew jemendah billi jimmotiva d-deċiżjoni tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Id-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell ma tistax tkun ibbażata fuq fatti li d-detentur tal-kariga ma kellux diġà l-possibbiltà li jikkummenta fuqhom matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni jew ta’ appell, sakemm din il-possibbiltà ma tingħatax lilu fi żmien xieraq mill-evalwatur tal-appell.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Wara d-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell, ir-rapport isir definittiv. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness I tad-DĠI 43 jirregola l-każijiet partikolari. Konformement mal-punt 2 tiegħu, jekk, matul il-perijodu ta’ referenza, iżda mhux inqas minn erba’ xhur wara l-perijodu kopert mir-rapport preċedenti jew mill-kontribuzzjoni preċedenti inkluża fir-rapport, id-detentur tal-kariga jiġi ttrasferit f’kariga oħra fi ħdan il-Kummissjoni jew jiġi ssekondat skont l-Artikolu 37(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, is-superjur ġerarkiku dirett tiegħu għandu jabbozza kontribuzzjoni fuq il-prestazzjoni tad-detentur tal-kariga, li tiġi inkluża fir-rapport ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tad-DĠI 43, l-EUIPO adotta l-istruzzjonijiet tas-servizz dwar l-evalwazzjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tal-EUIPO f’dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Work Instruction: Appraisals at EUIPO<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Fir-rigward tal-Artikolu 3 tad-DĠI 43, l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO jipprevedu li, jekk id-direttur eżekuttiv huwa l-evalwatur, l-evalwatur tal-appell ikunn kumitat kompost mill-assistent direttur eżekuttiv, mid-direttur tad-dipartiment għar-riżorsi umani u mid-direttur tad-dipartiment għall-kwistjonijiet legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Ralph Pethke, avukat, daħal fis-servizz tal-EUIPO fl‑2000 bħala membru tal-persunal temporanju. Fl‑2002, huwa ġie nnominat uffiċjal permanenti fil-kategorija AD (amministratur).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl‑2006, ir-rikorrent għadda minn proċedura ta’ selezzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kap ta’ diviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fil-qasam tal-ġestjoni. Konsegwentement, huwa ġie assenjat bħala kap ta’ diviżjoni f’dipartiment tat-trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>F’Mejju 2011, ir-rikorrent, sadanittant promoss għall-grad AD 11, ġie assenjat mill-ġdid fil-kariga ta’ assistent direttur tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Affarijiet Legali. F’Ottubru 2012, huwa ġie assenjat mill-ġdid fil-kariga ta’ direttur tad-Dipartiment tal-Persunal u l-Finanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’Ottubru 2014, ir-rikorrent ġie assenjat mill-ġdid fil-kariga ta’ direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet. Is-superjur ġerarkiku tiegħu kien id-direttur eżekuttiv tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rapport annwali ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2014, ġie konkluż li, ġeneralment, l-abbiltà, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz tar-rikorrent kienu jikkorrispondu mal-livell meħtieġ mill-kariga okkupata. Fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2015, dan jikkonkludi li, ġeneralment, l-abbiltà, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz tar-rikorrent kienu ’l fuq mil-livelli meħtieġa mill-kariga okkupata. Peress li s-suċċess miksub fil-qafas tar-riorganizzazzjoni tal-EUIPO mwettqa matul is-snin 2014 u 2015 ma kienx ġie apprezzat kif xieraq, ir-rikorrent madankollu rrifjuta li jiffirma dawn ir-rapporti, mingħajr, madankollu, ma ppreżenta ebda lment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, id-direttur eżekuttiv tal-EUIPO assenja mill-ġdid lir-rikorrent, dak iż-żmien direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet, fid-Dipartiment tal-Osservazzjonijiet tal-EUIPO, bħala espert legali għoli biż-żamma tiegħu fil-grupp ta’ funzjonijiet tiegħu kif ukoll tal-Grad 12 tiegħu u tal-iskala 2 tiegħu. Din id-deċiżjoni kienet is-suġġett ta’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, miċħuda permezz tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pethke vs EUIPO</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑169/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:135">EU:T:2019:135</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, id-direttur tad-Dipartiment tal-Osservazzjonijiet tal-EUIPO (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>evalwatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li kien sar is-superjur ġerarkiku tar-rikorrent mis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, żamm l-intervista annwali ta’ evalwazzjoni mar-rikorrent għas-sena 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, l-evalwatur iffirma r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent dwar is-sena 2016 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>RE 2016<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Minn dan ir-rapport jirriżulta li, dwar il-perijodu bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE>, l-evalwatur ikkonsulta wkoll d-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, li kien is-superjur ġerarkiku tar-rikorrent matul dan il-perijodu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ex superjur ġerarkiku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Dan tal-aħħar ta l-kontribut tiegħu bil-miktub, li ġie inkluż fir-RE 2016, konformement mal-punt 2 tal-Anness I tad-DĠI 43.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-RE 2016 jikkonkludi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>ġeneralment, l-abbiltà, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz [tar-rikorrent] jikkorrispondu mal-livell meħtieġ mill-kariga okkupata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kompetenzi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], l-evalwatur immotiva l-evalwazzjoni tiegħu tar-rikorrent billi għamel riferiment komplet għall-kontribuzzjoni abbozzata mill-ex superjur ġerarkiku. Barra minn hekk, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Evalwazzjoni tal-evalwatur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jissemma qabelxejn li r-rikorrent kien ġie assenjat mill-ġdid fid-Dipartiment tal-Osservazzjonijiet minn nofs Ottubru 2016 biss. Sussegwentement, l-evalwatur jagħmel riferiment għall-evalwazzjoni tar-rikorrent dwar l-ewwel disa’ xhur tal‑2016, imwettqa mis-superjur ġerarkiku tiegħu matul dan il-perijodu, jiġifieri d-direttur eżekuttiv tal-EUIPO. Din l-evalwazzjoni hija rriprodotta kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[I]l-prestazzjoni [tar-rikorrent] fid-[Dipartiment tal-Operazzjonijiet] kienet iktar baxxa fir-rigward ta’ riżultati u ta’ telf ta’ produttività b’mod partikolari fil-qasam tal-oppożizzjonijiet, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza f’dak li jirrigwarda l-effiċjenza u l-komunikazzjoni parzjali u inkompleta tar-riżultati [lid-direttur eżekuttiv]. L-imġiba tiegħu ġiet ikkritikata wkoll, sa fejn huwa ma kienx qasam informazzjoni importanti b’mod xieraq.</P><P>Bħala direttur tad-[Dipartiment tal-Operazzjonijiet], [ir-rikorrent] ma ħax il-miżuri neċessarji sabiex jittratta s-sitwazzjoni, li kien poġġa lill-EUIPO f’sitwazzjoni kumplessa fir-rigward ta’ dewmien akkumulat u kien wassal [lill-ex superjur ġerarkiku] biex jitlef il-kunfidenza fil-konfront tar-rikorrent bħala direttur. Minkejja li [r-rikorrent] kellu l-kompetenzi u l-abbiltajiet meħtieġa għal pożizzjoni maniġerjali, madankollu, fl‑2016, huwa ma weriex li għandu l-kapaċitajiet li jieħu l-passi t-tajbin sabiex jamministra s-sitwazzjoni eċċezzjonali.</P><P>Matul l-intervista ta’ evalwazzjoni (il-President tal-Kumitat tal-Persunal kien preżenti), [ir-rikorrent] ikkontesta diversi fatti, riżultati u ċifri tal-produzzjoni inklużi fl-evalwazzjoni tad-direttur eżekuttiv. L-uniku element insodisfaċenti li huwa qabel dwaru [kien jirrigwarda] il-ħeffa fid-deċiżjonijiet ta’ oppożizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, taħt l-istess titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Evalwazzjoni tal-evalwatur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], l-evalwatur iwieġeb għall-kritika espressa mir-rikorrent dwar il-pożizzjoni tiegħu fi ħdan id-Dipartiment tal-Osservazzjonijiet. F’dan ir-rigward, huwa jindika li dan id-dipartiment kien kuntent li r-rikorrent kien reġa’ ngħaqad magħhom, fid-dawl tal-esperjenza kbira tiegħu u tal-abbiltajiet tiegħu fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk huwa nnotat li xi kompiti importanti kienu ngħataw f’qasir żmien lir-rikorrent, bi qbil ma’ dan tal-aħħar, u li l-prestazzjoni tiegħu kienet tajba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrent wera n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mar-RE 2016 u talab intervista mal-evalwatur tal-appell, jiġifieri d-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, li huwa l-ex superjur ġerarkiku. Din l-intervista nżammet fis‑<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika fl-istess jum, id-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, fil-kwalità tiegħu ta’ evalwatur tal-appell, stieden lir-rikorrent jikkomunika bil-miktub, sat‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil tiegħu mar-RE 2016 sabiex ikun jista’ jeħodhom inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-iffinalizzar ta’ dan ir-rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrent ikkomunika lill-evalwatur tal-appell il-kummenti addizzjonali tiegħu fuq ir-RE 2016. Ir-rikorrent qajjem, b’mod partikolari, il-ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa qies, minn naħa, li d-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, bħala evalwatur tal-appell, ma kellux id-dritt li jirrifjuta li jlesti l-proċess orali ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim imwaqqaf mill-Kummissjoni u l-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO fil-kuntest tar-rimedju intern kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni. Min-naħa l-oħra, huwa osserva li l-evalwatur ma kienx għamel evalwazzjoni personali għal parti sinjifikanti mill-perijodu kopert mir-RE 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Dawn il-kummenti tar-rikorrent kienu jirrigwardaw ukoll it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Kompetenzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] tar-rapport, peress li l-punti li kienu mqajma fih kienu, skont hu, inġustifikati. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent innota li n-nuqqasijiet relatati mal-kwistjonijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, tar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>reżiljenza<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> kif ukoll tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħidma ma’ oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> issemmew mingħajr ebda preċiżjoni konkreta. Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kwalità u riżultati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, ir-rikorrent indika li, fit-tielet trimestru tas-sena 2016, il-kwalità kienet laħqet il-livell ta’ konformità jew ta’ eċċellenza. Fir-rigward tar-riżultati, ir-rikorrent indika li l-problemi ta’ dewmien fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ oppożizzjoni u għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu minħabba t-trasferiment ta’ 15 % tal-persunal esperjenzat fid-dipartimenti l-oħrajn tal-EUIPO fl‑2014 u fl‑2015, minkejja l-prekawzjonijiet irrepetuti tiegħu u dawk tal-kollegi tiegħu dwar il-konsegwenzi ta’ dan it-tnaqqis tal-persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent talab, l-ewwel nett, li jitħassru r-referenzi kollha, fir-RE 2016, għall-kontribuzzjoni tal-ex superjur ġerarkiku, it-tieni nett, li titħassar din il-kontribuzzjoni bħala tali u li jiġi spjegat li din kienet tħassret fid-dawl tar-riżultat tal-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ appell u, it-tielet nett, li l-evalwatur jiġi obbligat iwettaq l-evalwazzjoni imparzjali rispettiva tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>, l-evalwatur tal-appell informa lir-rikorrent li l-intervista ta’ appell kienet magħluqa u li kienet ser tittieħed inkunsiderazzjoni flimkien mal-kummenti addizzjonali tar-rikorrent mibgħuta permezz tal-ittra elettronika tiegħu tat‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>. F’dak li jirrigwarda t-talba tar-rikorrent li jitħassru, fir-RE 2016, ir-referenzi kollha għall-evalwazzjoni tal-ex superjur ġerarkiku dwar il-perijodu bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE>, dan tal-aħħar spjega li, konformement mal-punt 2 tal-Anness I tad-DĠI 43 u mal-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO, il-kontribuzzjoni tal-evalwatur preċedenti dwar il-prestazzjoni tal-membru tal-persunal kienet tikkostitwixxi parti mir-rapport u li l-evalwatur attwali kellu jieħu din il-kontribuzzjoni inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, id-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, bħala evalwatur tal-appell, ikkonferma r-RE 2016 imfassal mill-evalwatur. Huwa kkonkluda li ma kienx hemm raġunijiet li jiġġustifikaw li tiġi emendata l-evalwazzjoni globali mwettqa mill-evalwatur, skont liema, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ġeneralment, l-abbiltà, l-effiċjenza u l-imġiba fid-dipartiment [tar-rikorrent kienu] jikkorrispondu mal-livell meħtieġ mill-kariga okkupata<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, bħala evalwatur tal-appell, qabelxejn indika li l-evalwazzjoni tar-rikorrent setgħet validament tkun ibbażata fuq ir-riżultati tal-istħarriġ imwettaq mal-persunal f’Jannar 2016, minħabba l-fatt li dawn ir-riżultati kienu disponibbli fi Frar 2016, li r-rikorrent kien id-direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet dak iż-żmien u li r-riżultati fir-rigward<?PAGE NO="6"?> tal-għan intiż li jiġi żviluppat l-impenn tal-persunal kienu rilevanti. Sussegwentement, huwa argumenta li, minkejja l-mobbiltà tal-persunal fl-imsemmi dipartiment, bejn Jannar u Settembru 2016, għoxrin membru tal-persunal kienu ngħaqdu ma’ dan id-dipartiment. Fir-rigward tal-produttività, huwa kkonstata li l-istess dipartiment kien akkumula dewmien fil-qasam ta’ deċiżjonijiet ta’ oppożizzjoni. Fl-aħħar nett, huwa kkritika l-komunikazzjoni tar-rikorrent fir-rigward taċ-ċifri dwar il-prestazzjoni u r-riżultati tad-dipartiment inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fil-konfront tar-RE 2016 u tad-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell tal‑<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE> mal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO fil-kwalità ta’ Awtorità tal-Ħatra. L-argumenti invokati insostenn tal-ilment kienu bbażati, minn naħa, fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u, min-naħa l-oħra, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwassal għal żnaturament tal-fatti. B’mod iktar partikolari, f’dak li jirrigwarda l-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, ir-rikorrent invoka żewġ istanzi ta’ ksur tar-regoli tal-proċedura ta’ evalwazzjoni, imqajma diġà fil-kummenti addizzjonali tiegħu fuq ir-RE 2016, jiġifieri, minn naħa, li l-evalwatur kien espliċitament irrifjuta li jevalwa l-evalwazzjoni mwettqa mill-ex superjur ġerarkiku għall-perijodu ta’ bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE> u, min-naħa l-oħra, li l-evalwatur tal-appell kien waqqaf l-intervista kmieni fil-kuntest tal-proċedura quddiemu. Barra minn hekk, huwa kkritika lill-EUIPO li naqas milli jagħmel stħarriġ indipendenti tal-evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2016 minħabba l-fatt li l-evalwatur tal-appell tiegħu għal din is-sena kien l-ex superjur ġerarkiku, li kien ikkontribwixxa b’mod deċiżiv għall-abbozzar tar-RE 2016, bi ksur tal-proċedura prevista fl-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO. Huwa qies ukoll li l-evalwatur tal-appell kien ċaħad mingħajr raġuni parti kbira mill-kritika li huwa kien qajjem fil-konfront tar-RE 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE>, il-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO ċaħad l-ilment tar-rikorrent, ippreżentat konformement mal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, bħala infondat (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>deċiżjoni li tiċħad l-ilment<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). F’dak li jirrigwarda l-ilment tar-rikorrent ibbażat fuq l-assenza ta’ stħarriġ indipendenti tar-RE 2016, il-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO qies li l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO invokati mir-rikorrent ma kinux rilevanti, għaliex dawn kienu jirrigwardaw l-ipoteżi li fiha l-ex superjur ġerarkiku jaġixxi bħala evalwatur, li ma huwiex il-każ fil-każ ineżami. Huwa indika wkoll li r-regoli applikabbli ma kinux jipprevedu li l-evalwatur tal-appell għandu jwettaq reviżjoni indipendenti, peress li huwa s-superjur dirett tal-evalwatur u għalhekk indirettament tar-rikorrent. Huwa żied li r-rikorrent kien ikkontesta qabelxejn l-evalwazzjoni globali li tinsab fil-paġna 3 tar-RE 2016, skont liema, ġeneralment, l-abbiltà, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz tar-rikorrent kienu jikkorrispondu mal-livell meħtieġ mill-kariga. F’dan ir-rigward, huwa fakkar li din l-evalwazzjoni globali kienet ġiet imfassla b’mod sovran u b’mod indipendenti mill-evalwatur, u mhux mill-ex superjur ġerarkiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20171211">11 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta r-rikors odjern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-EUIPO ppreżenta r-risposta fis‑<DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180308">8 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-President tar-Raba’ Awla stieden lir-rikorrent sabiex jippreżenta r-replika, billi jiffoka fuq l-argument tal-EUIPO, fil-punt 121 tar-risposta, skont liema l-motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, kien parzjalment inammissibbli. Ir-rikorrent ippreżenta r-replika fis‑<DATE ISO="20180416">16 ta’ April 2018</DATE>, billi esprima ruħu wkoll fuq il-fondatezza tar-rikors. L-EUIPO ppreżenta l-kontroreplika fit‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tagħmel xi mistoqsijiet lill-partijiet fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. Wara li wieġbu fit-terminu mogħti, il-partijiet ġew mistiedna mill-Qorti Ġenerali sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet eventwali<?PAGE NO="7"?> tagħhom fuq dawn it-tweġibiet. Il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fit-terminu mogħti. Wara l-osservazzjonijiet min-naħa tar-rikorrent fl‑<DATE ISO="20190401">1 ta’ April 2019</DATE>, il-Qorti Ġenerali adottat miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ġdida, billi għamlitlu mistoqsija addizzjonali. Fid-dawl tat-tweġiba tar-rikorrent ipprovduta fit‑<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-EUIPO jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq it-tweġibiet tar-rikorrent ipprovduti kemm fl-osservazzjonijiet tiegħu tal‑<DATE ISO="20190401">1 ta’ April 2019</DATE> kif ukoll f’dawk tat‑<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tagħti deċiżjoni mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla r-RE 2016, fil-verżjoni li ġiet ikkomunikata lilu fl‑<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent iqajjem sitt motivi, ibbażati, l-ewwel nett, fuq ir-rifjut tal-evalwatur li jeżamina personalment l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tiegħu għall-perijodu bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE>, it-tieni nett, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-evalwatur tal-appell, it-tielet nett, fuq in-nuqqas ta’ indipendenza ta’ dan tal-aħħar, ir-raba’ nett, fuq waqfien arbitrarju tad-djalogu fil-kuntest tal-proċedura quddiem l-evalwatur tal-appell, il-ħames nett, fuq l-assenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li tikkonferma r-RE 2016 u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment u, is-sitt nett, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ir-RE 2016 tiegħu huwa bbażat fuq informazzjoni dwar prestazzjoni inkompleta u magħżula arbitrarjament. Fir-replika, bi tweġiba għall-punt 12 tar-risposta, huwa jżid barra minn hekk illegalità bbażata fuq il-fatt li l-kontribuzzjoni għall-evalwazzjoni annwali li tirrigwarda l-perijodu mill‑1 ta’ Jannar sas‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE> ġiet abbozzata minn rappreżentant tad-direttur eżekuttiv tal-EUIPO, u mhux mill-imsemmi direttur eżekuttiv innifsu. Fl-aħħar nett, fl-osservazzjonijiet tiegħu tal‑<DATE ISO="20190401">1 ta’ April 2019</DATE> fuq it-tweġiba tal-EUIPO għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ir-rikorrent jilmenta wkoll dwar l-applikazzjoni retroattiva u illegali fil-konfront tiegħu tal-verżjoni 6.7 tad‑<DATE ISO="20161219">19 ta’ Diċembru 2016</DATE> tal-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ir-rikorrent b’mod partikolari ppreċiża l-portata tat-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ indipendenza tal-evalwatur tal-appell, billi kkonferma li dan kellu jinftiehem fis-sens li huwa bbażat, essenzjalment, fuq in-nuqqas ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell. Għaldaqstant għandu jitqies li t-tielet motiv huwa intiż, essenzjalment, li jikkontesta l-imparzjalità tal-evalwatur tal-appell u għandu jiġi eżaminat l-ewwel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jargumenta, essenzjalment, li l-ex superjur ġerarkiku ma setax ikun evalwatur tal-appell imparzjali fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni li tirrigwardah għas-sena 2016, għaliex huwa kien diġà kkontribwixxa b’mod deċiżiv għall-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għal din l-istess sena. Huwa jqis li dan il-mod ta’ proċedura jikser l-Artikolu 3 tad-DĠI 43 u tal-istruzzjonijiet<?PAGE NO="8"?> tas-servizz tal-EUIPO u jwassal li jiġi prekluż stħarriġ indipendenti tal-kontribuzzjoni tal-ex superjur ġerarkiku u għalhekk evalwazzjoni aħjar u marka finali xierqa. Skont hu, mill-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO jirriżulta li kumitat ta’ appell għandu jiddeċiedi fuq l-ilmenti dwar l-evalwazzjonijiet imwettqa mid-direttur eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-EUIPO jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent. Huwa jqis li l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO invokati mir-rikorrent ma humiex rilevanti, għaliex dawn jirrigwardaw l-ipoteżi skont liema d-direttur eżekuttiv jaġixxi bħala evalwatur, li ma huwiex il-każ fil-każ ineżami. L-EUIPO jindika wkoll li r-regoli applikabbli ma jipprevedux li l-evalwatur tal-appell iwettaq reviżjoni indipendenti, peress li huwa s-superjur dirett tal-evalwatur u għalhekk indirettament tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari fuq il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita sew fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-uffiċjali, l-evalwaturi jgawdu minn setgħa diskrezzjonali mill-iktar wiesgħa fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw ix-xogħol tal-persuni li huma responsabbli li jevalwaw u ma huwiex il-kompitu tal-qorti li tintervjeni f’din l-evalwazzjoni u li tistħarreġ il-fondatezza tagħha, ħlief fil-każ ta’ żball jew ta’ eċċess manifest (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921021">21 ta’ Ottubru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Maurissen vs Il‑Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑23/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1992:106">EU:T:1992:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050504">4 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Schmit vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑144/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:158">EU:T:2005:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, l-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat fuq il-kontenut tar-rapporti ta’ evalwazzjoni huwa limitat għall-istħarriġ tar-regolarità proċedurali, tal-eżattezza materjali tal-fatti, kif ukoll tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni jew ta’ użu ħażin ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941026">26 ta’ Ottubru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Marcato vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑18/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1994:255">EU:T:1994:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda dan l-istħarriġ tar-regolarità proċedurali, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ddeċidew b’mod ġenerali li, fil-każ li istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jkollha setgħa diskrezzjonali, l-osservanza tal-garanziji proċedurali mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jkollha importanza iktar u iktar fundamentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Renju tal-Olanda vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:613">EU:C:2008:613</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951109">9 ta’ Novembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>France-Aviation vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑346/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:187">EU:T:1995:187</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fost dawn il-garanziji hemm, b’mod partikolari, l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, il-punti rilevanti kollha tal-każ (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Atlantic Container Line <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑191/98, T‑212/98 sa T‑214/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:245">EU:T:2003:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0404">404</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż minn dan li s-setgħa diskrezzjonali partikolarment wiesgħa li jgawdu minnha l-evalwaturi għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ uffiċjal għandha tiġi bbilanċjata bl-osservanza partikolarment stretta tar-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ din l-evalwazzjoni u l-andament tal-proċedura prevista għal dan l-għan (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑92/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:220">EU:T:2002:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050405">5 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Christensen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑336/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:115">EU:T:2005:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari fuq id-dmir ta’ imparzjalità tal-uffiċjali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dmir ta’ imparzjalità tal-uffiċjali huwa stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal, skont liema l-uffiċjal għandu jissodisfa l-funzjonijiet li huma fdati lilu b’mod oġġettiv u imparzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw id-drittijiet fundamentali ggarantiti bid-dritt tal-Unjoni, li fosthom hemm id-dritt għal amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ziegler vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:513">EU:C:2013:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0154">154</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprovdi b’mod partikolari li kull persuna għandha d-dritt li l-affarijiet tagħha jiġu ttrattati b’mod imparzjali mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rekwiżit ta’ imparzjalità, impost fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, huwa intiż li jiżgura l-ugwaljanza fit-trattament, li hija l-bażi tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit huwa intiż, b’mod partikolari, li jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess eventwali fir-rigward tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal li jaġixxu għan-nom tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi. Fid-dawl tal-importanza fundamentali tal-garanzija ta’ indipendenza u ta’ integrità f’dak li jirrigwarda kemm il-funzjonament intern kif ukoll l-immaġini estern tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni, ir-rekwiżit ta’ imparzjalità jkopri ċ-ċirkustanzi kollha li l-uffiċjal jew il-membru tal-persunal li jkollu jiddeċiedi fuq każ għandu raġonevolment jifhem li huma ta’ natura li jidhru, f’għajnejn terzi, li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tiegħu fil-qasam (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Komninou <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑167/06 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:633">EU:C:2007:633</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet, korpi u organi huma meħtieġa jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżit ta’ imparzjalità fiż-żewġ komponenti tiegħu li huma, minn naħa, l-imparzjalità suġġettiva, skont liema ebda membru tal-istituzzjoni kkonċernata ma għandu jimmanifesta pożizzjoni diġà meħuda jew preġudizzju personali u, min-naħa l-oħra, l-imparzjalità oġġettiva, li konformement magħha din l-istituzzjoni għandha toffri garanziji suffiċjenti sabiex jiġi eskluż kull dubju leġittimu dwar eventwali preġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:982">EU:C:2017:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet preċedenti kollha li għandha tiġi eżaminata l-fondatezza tal-motiv ibbażat, essenzjalment, fuq in-nuqqas ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-fondatezza tal-motiv ibbażat, essenzjalment, fuq in-nuqqas ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel nett, id-direttur tad-Dipartiment tal-Osservazzjonijiet, li kien sar is-superjur ġerarkiku tar-rikorrent mis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ikkonsulta lill-ex superjur ġerarkiku dwar il-perijodu ta’ bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li jikkostitwixxi tliet kwarti mill-perijodu ta’ evalwazzjoni inkwistjoni (ara l-punt 14 iktar ’il fuq). It-tieni nett, il-kontribuzzjoni tal-ex superjur ġerarkiku ġiet inkluża kif inhi fir-RE 2016 (ara l-punt 14 iktar ’il fuq). It-tielet nett, huwa s-superjur ġerarkiku tar-rikorrent mis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE> li ffirma r-RE 2016 bħala evalwatur (ara l-punti 13 u 14 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rimarki tiegħu fuq ir-RE 2016, ir-rikorrent prinċipalment ikkritika t-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Kompetenzi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] tar-RE 2016 (ara l-punt 21 iktar ’il fuq), li huwa bbażat kollu fuq il-kontribuzzjoni tal-ex superjur ġerarkiku fir-rigward tal-perijodu bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑<DATE ISO="20161016">16 ta’ Ottubru 2016</DATE>, inkluża ukoll taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Evalwazzjonijiet tal-evalwatur<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li tikkostitwixxi l-maġġorparti tagħha (ara l-punt 16 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-proċedura quddiem l-evalwatur tal-appell, ir-RE 2016 ġie rrivedut mill-ex superjur ġerarkiku bħala evalwatur tal-appell, li, wara li eżamina l-kritika tar-rikorrent imfakkra fil-punt 49 iktar ’il fuq dwar il-kontribuzzjoni tal-ex superjur ġerarkiku, ikkonkluda li ma kienx hemm raġunijiet li kienu jiġġustifikaw li tiġi emendata l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>evalwazzjoni globali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> imwettqa mill-evalwatur (ara l-punt 24 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-proċedura ta’ rimedju intern kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tista’ tikkontribwixxi għall-oġġettività tal-evalwazzjoni u sabiex tevita li tinfetaħ proċedura kontenzjuża biss jekk din toffri lill-membru tal-persunal li jikkontesta r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu l-garanzija li verament ser jitwettaq eżami mill-ġdid (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>CJ vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:281">EU:C:2019:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ fil-kawża odjerna, fejn l-evalwatur tal-appell, li huwa l-ex superjur ġerarkiku u l-awtur ta’ kontribuzzjoni inkluża fir-RE 2016, kellu jeżamina mill-ġdid l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent abbażi tal-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar, li, fil-mertu, kienu sempliċement jikkritikaw il-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu, li kienet tagħmel parti essenzjali mill-evalwazzjoni tal-evalwatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Dan ingħad, il-proċedura ta’ rimedju intern kif implimentata fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ ma hijiex ta’ natura li toffri garanziji suffiċjenti sabiex teskludi kull dubju leġittimu dwar l-imparzjalità tal-evalwatur tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ma huwiex rilevanti l-fatt, invokat mill-EUIPO, li ma kienx l-ex superjur ġerarkiku li kien ippropona l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent u li ma kienx hu li kien għażel, fost l-alternattivi li jinsabu fil-paġna 3 tar-RE 2016, l-għażla li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ġeneralment, l-abbiltà, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz [tar-rikorrent] [kienu] jikkorrispondu mal-livell meħtieġ mill-kariga okkupata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Fil-fatt, dawn iċ-ċirkustanzi ma jikkontestawx il-fatt li l-evalwatur tal-appell kellu, meta eżamina l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent, jieħu pożizzjoni fuq il-kritika tar-rikorrent li kienet ifformulata esklużivament fil-konfront tal-punti inklużi fil-kontribuzzjoni tiegħu fir-RE 2016 bħala ex superjur ġerarkiku u li kien sar riferiment għaliha mill-evalwatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħrajn tal-EUIPO lanqas ma jistgħu jinvalidaw il-konklużjoni msemmija fil-punt 53 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-EUIPO jindika li l-evalwatur tal-appell jeżerċita l-kompitu tiegħu bħala persuna li taf lill-membru tal-persunal li għandu jiġi evalwat u jirrevedi f’din il-kwalità l-evalwazzjoni li l-evalwatur wettaq, li neċessarjament tinkludi punti suġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ċertament, skont il-ġurisprudenza, l-evalwaturi ma jistgħux jitqiesu bħala parzjali u nieqsa minn imparzjalità minħabba s-sempliċi fatt li, fil-kwalità tagħhom ta’ superjuri ġerarkiċi, huma responsabbli mix-xogħol tal-uffiċjali mpoġġija taħt l-awtorità tagħhom u li, konsegwentement, huma involuti fl-attivitajiet professjonali tagħhom, speċjalment peress li huwa biss dan l-involviment li jippermettilhom jagħmlu l-evalwazzjoni l-iktar xierqa possibbli fuq l-attivitajiet tal-persuni li jaħdmu taħt id-direzzjoni tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Andrieu vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑285/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:215">EU:T:2006:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, mill-proċess ma jirriżultax li r-rikorrent jikkontesta l-involviment tal-ex superjur ġerarkiku fil-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ appell bħala tali. Huwa jikkritika l-involviment tiegħu fil-proċedura ta’ appell għal raġuni speċifika, jiġifieri li, bħala superjur ġerarkiku dirett għal tliet kwarti mill-perijodu kkonċernat, huwa kkontribwixxa b’mod deċiżiv għall-abbozzar tar-RE 2016 u sussegwentement ta deċiżjoni fuq l-imsemmi rapport bħala evalwatur tal-appell, fid-dawl tal-osservazzjonijiet tar-rikorrent ibbażati fuq il-punti inklużi fil-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tal-EUIPO li jipprovdi li l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent ma għandha xejn negattiv, għaliex din tikkorrispondi ma’ dak li huwa mistenni minn kull membru tal-persunal, fi kwalunkwe każ, dawn huma evalwazzjonijiet suġġettivi magħmula mill-EUIPO, u mhux mir-rikorrent innifsu. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent għas-sena 2016 ma kinix l-aħjar minn fost il-possibbiltajiet previsti fil-formolarju ta’ evalwazzjoni. It-tieni nett, l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent għas-sena 2016 kienet agħar minn dik għas-sena 2015 (ara l-punt 11 iktar ’il fuq). It-tielet nett, ir-rikorrent irrifjuta li jiffirma r-rapporti ta’ evalwazzjoni għas-snin 2014 u 2015, minkejja li l-evalwazzjoni globali tiegħu kienet identika jew anki superjuri għal dik magħżula fir-RE 2016 (ara l-punt 11 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk l-evalwazzjoni globali tar-rikorrent għas-sena 2016 kellha titqies li ma għandha xejn negattiv, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrent jikkontesta l-kompetenza tal-ex superjur ġerarkiku u l-imparzjalità tiegħu, bħala evalwatur tal-appell, sabiex jivverifika mhux biss l-evalwazzjoni globali inkluża fir-RE 2016, iżda wkoll l-evalwazzjonijiet li hemm inklużi fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, l-evalwazzjonijiet ippreżentati fir-RE 2016 ma jistgħux jitqiesu li ma għandhom xejn negattiv. Fil-fatt, dawn l-evalwazzjonijiet huma bbażati kważi totalment fuq l-evalwazzjoni tal-ex superjur ġerarkiku dwar l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2016, li kienet tinkludi l-kritika li ġejja fil-konfront tar-rikorrent. L-ewwel nett, ġiet ifformulata xi kritika fil-konfront tar-rikorrent fir-rigward tal-prestazzjoni tiegħu fid-Dipartiment tal-Operazzjonijiet fir-rigward ta’ riżultati u telf ta’ produttività fil-qasam tal-oppożizzjonijiet, kif ukoll f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ trasparenza fl-effiċjenza u l-komunikazzjoni parzjali u inkompleta tar-riżultati lid-direttur eżekuttiv. It-tieni nett, ir-rikorrent ġie kkritikat li ma ħax il-miżuri neċessarji sabiex jittratta s-sitwazzjoni, li poġġa lill-EUIPO f’sitwazzjoni kumplessa fir-rigward ta’ dewmien akkumulat u wassal lill-ex superjur ġerarkiku biex jitlef il-kunfidenza fil-konfront tar-rikorrent bħala direttur. It-tielet nett, ġie indikat li, minkejja li r-rikorrent kellu l-kompetenzi u l-abbiltajiet meħtieġa għal pożizzjoni maniġerjali, madankollu, fl‑2016, huwa ma weriex li għandu l-kapaċitajiet li jieħu l-passi t-tajbin sabiex jamministra sitwazzjoni eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-EUIPO jindika li, f’dan il-każ, l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO li jipprevedu li kumitat ta’ appell għandu jiddeċiedi fuq l-ilmenti dwar l-evalwazzjonijiet imwettqa mid-direttur eżekuttiv, ma jistgħux ikunu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Bħalma jenfasizza l-EUIPO, huwa minnu li d-direttur eżekuttiv tiegħu ma kienx l-evalwatur tar-rikorrent għas-sena 2016 u li għaldaqstant ma kienx hemm lok li jsir riferiment għal kumitat ta’ appell sabiex jiġi vverifikat ir-RE 2016, konformement mal-Artikolu 3 tad-DĠI 43. Barra minn hekk, bħalma jindika l-EUIPO, l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO ma jinkludu ebda eċċezzjoni espressa li tirregola s-sitwazzjoni ta’ membru tal-persunal li kien is-superjur ġerarkiku tad-detentur tal-kariga fil-perijodu kkonċernat u li, minħabba mobbiltà interna jew promozzjoni, sar evalwatur tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt, bħalma jfakkar ġustament ir-rikorrent, li l-Artikolu 3(3) tad-DĠI 43 jawtorizza lid-direttur ġenerali, jiġifieri, fil-kuntest tal-EUIPO, lid-direttur eżekuttiv tiegħu, li jidderoga mill-proċedura prevista bħala prinċipju sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest partikolari li jirriżulta mill-każ ineżami, u dan fl-interess tad-detentur tal-kariga. Issa, l-obbligu ta’ imparzjalità jikkostitwixxi garanzija fundamentali li għandha tiġi osservata, sabiex id-dritt għar-rikorrent li jikseb verament eżami mill-ġdid tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 51 iktar ’il fuq, ma jitneħħulux is-sustanza u l-effett utli kollu tiegħu. B’dan il-mod, l-obbligu li tiġi żgurata l-imparzjalità tal-proċedura ta’ rimedju intern kien jiġġustifika li ssir deroga, f’dan il-każ, mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ appell li tinsab fl-istruzzjonijiet tas-servizz tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, għandu jintlaqa’ l-motiv ibbażat, essenzjalment, fuq in-nuqqas ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell. Din il-konklużjoni tiġġustifika fiha nfisha li r-RE 2016 jiġi annullat, sa fejn dan huwa vvizzjat b’illegalità, li fl-assenza tagħha dan seta’ jkollu kontenut differenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq l-argumenti u l-motivi l-oħrajn mqajma mir-rikorrent fil-kuntest tar-rikors odjern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-talba tar-rikorrent għall-annullament, sa fejn neċessarju, tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, huwa biss fl-istadju tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni li huma eżaminati b’mod iddettaljat l-argumenti sostnuti mir-rikorrent dwar l-osservanza tal-garanziji proċedurali relatati mal-proċedura ta’ rimedju intern fil-konfront tar-RE 2016, irrepetuti b’mod partikolari fit-tielet motiv. Minn dan isegwi li hemm lok ukoll li tiġi annullata, f’dan il-każ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-EUIPO tilef, hemm lok li jiġi ordnat ibati l-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Ralph Pethke dwar is-sena 2016 u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat‑<DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE> li tiċħad l-ilment imressaq minn R. Pethke, huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn R. Pethke.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Iliopoulos</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Reine</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="13"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari fuq il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari fuq id-dmir ta’ imparzjalità tal-uffiċjali</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-fondatezza tal-motiv ibbażat, essenzjalment, fuq in-nuqqas ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>