|
26.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
Il-Każ: M.10051 – Allianz SE/TEF Infra/UGG
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 403/06)
1.
Fit-18 ta’ Novembru 2020 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja), |
|
— |
Telefónica Infra, S.L.U. (“TEF Infra”, Spanja), |
|
— |
Unsere Grüne Glasfaser GmbH & Co. KG (“UGG”, il-Ġermanja). |
Allianz u TEF Infra se jakkwistaw indirettament kontroll konġunt skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fuq it-totalità tal-UGG. UGG bħalissa hija kkontrollata biss minn TEF Infra.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Allianz: kumpanija possedenti aħħarija tal-grupp Allianz. Il-grupp Allianz joffri firxa komprensiva ta’ prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-assi kemm lil klijenti privati kif ukoll lil dawk korporattivi f’aktar minn 70 pajjiż. |
|
— |
għal TEF Infra: f’isem il-Grupp Telefónica, il-ġestjoni u l-monetizzazzjoni ta’ portafoll ta’ assi, li jiffoka fuq l-iżvilupp u l-monetizzazzjoni tat-torrijiet, is-sistemi distribwiti tal-antenni, iċ-ċentri tad-data (inkluż l-EDGE), u l-proġetti tal-fibra fil-maħdar u ta’ kejbils taħt il-baħar, fost l-oħrajn. |
|
— |
għal UGG: it-tfassil, l-introduzzjoni, it-tħaddim u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ netwerks tal-fibra ottika FTTH f’żoni rurali u semirurali definiti fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10051 – Allianz SE/TEF Infra/UGG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).