|
11.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1183
tal-25 ta’ Frar 2020
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34445 (2012/C) implimentata mid-Danimarka għat-trasferiment tal-assi relatati mal-proprjetà minn FIH għall-FSC
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-Istati Membri u lil partijiet interessati oħra sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2009, id-Danimarka injettat DKK 1,9 biljun bħala kapital ibridu ta’ Grad 1 f’FIH Erhvervsbank A/S inklużi s-sussidjarji tagħha (“FIH”) skont l-Att Daniż dwar l-Injezzjonijiet tal-Kapital Iffinanzjati mill-Istat (2). |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Marzu 2012, id-Danimarka nnotifikat pakkett ta’ miżuri favur FIH. Bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012 (“id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ”) (3) il-Kummissjoni approvat dawk il-miżuri (4) fuq bażi temporanja minħabba li sabithom kompatibbli mas-suq intern. |
|
(3) |
Fl-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) minħabba tħassib fir-rigward tal-adegwatezza ta’ dawk il-miżuri, il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu li huwa meħtieġ u l-kontribuzzjoni proprja tal-bank, b’mod partikolari bil-ħsieb tar-rimunerazzjoni potenzjalment baxxa tal-miżuri tal-assi indeboliti mogħtija favur FIH. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Lulju 2012, FIH ħallset lura l-kapital ta’ DKK 1,9 biljun li kienet irċeviet fl-2009 skont l-Att Daniż dwar l-Injezzjonijiet tal-Kapital Iffinanzjati mill-Istat (5). |
|
(5) |
Skont id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, id-Danimarka ppreżentat pjan ta’ ristrutturar fl-4 ta’ Jannar 2013 (6), li hija mmodifikat sussegwentement. Fl-24 ta’ Ġunju 2013, id-Danimarka ppreżentat l-aġġornament finali ta’ dak il-pjan (“il-pjan ta’ ristrutturar”). |
|
(6) |
Fit-3 ta’ Frar 2014, id-Danimarka ppreżentat dokument dwar il-kundizzjonijiet li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-ristrutturar ta’ FIH, li d-Danimarka impenjat ruħha li timplimenta (l-“impenji”). |
|
(7) |
L-awtoritajiet Daniżi pprovdew informazzjoni addizzjonali matul il-perjodu ta’ bejn it-30 ta’ Ġunju 2012 u t-3 ta’ Frar 2014. |
|
(8) |
Fil-11 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni (7), li permezz tagħha sabet li l-miżuri favur FIH jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li kienet kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji meħuda (“id-deċiżjoni tal-2014”). |
|
(9) |
Fl-24 ta’ Mejju 2014, FIH u l-kumpanija omm tagħha FIH Holding A/S (“FIH Holding”) ressqu applikazzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni tal-2014. B’riżultat tal-azzjoni tagħhom, permezz tas-sentenza tal-15 ta’ Settembru 2016 (8), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-2014. Fuq appell, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali ġiet miċħuda mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2018 (9) u l-kawża ġiet riferuta lura lill-Qorti Ġenerali. Fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha (10) li fiha sabet li, meta l-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta’ solliev tal-kapital li rriżulta mit-trasferiment tal-assi lill-FSC, hija użat ċifra żbaljata. Minkejja li din iċ-ċifra żbaljata kienet intużat qabel minn FIH u l-awtorità ta’ superviżjoni finanzjarja Daniża, din ġiet sussegwentement rettifikata minn DKK 375 miljun għal DKK 275 miljun (11). B’riżultat ta’ dan, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-2014. Konsegwentement, l-investigazzjoni miftuħa bid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ kellha bżonn terġa’ titkompla sabiex jitqies l-eżitu tal-proċedura tal-qorti f’konformità mal-Artikolu 266 tat-Trattat, u l-Kummissjoni teħtieġ tadotta deċiżjoni ġdida li tagħlaq l-investigazzjoni u tneħħi l-irregolarità msemmija hawn fuq. |
|
(10) |
Bħala parti mill-investigazzjoni formali li tkompliet, fit-13 ta’ Jannar 2020, l-awtoritajiet Daniżi pprovdew informazzjoni addizzjonali. F’dik l-ittra, l-awtoritajiet Daniżi kkonfermaw ukoll li filwaqt li l-impenji kollha ppreżentati minnhom fit-3 ta’ Frar 2014 (ara l-premessa 6) jew kienu ġew implimentati jew ma kinux għadhom rilevanti, l-awtoritajiet Daniżi ma kinux se jreġġgħu lura l-impenji implimentati. Abbażi ta’ din is-sottomissjoni l-ġdida mill-awtoritajiet Daniżi, il-Kummissjoni tista’ tagħlaq l-investigazzjoni formali permezz ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Għal raġunijiet ta’ urġenza, id-Danimarka taċċetta li din id-Deċiżjoni tiġi adottata b’mod eċċezzjonali fil-lingwa Ingliża (12). |
2. DESKRIZZJONI
2.1. Il-benefiċjarju
|
(12) |
FIH hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li, fi żmien id-deċiżjoni tal-2014, kienet irregolata mil-leġiżlazzjoni bankarja Daniża u issuperviżżata mill-Awtorità ta’ Superviżjoni Finanzjarja Daniża (“FSA”). Din ġiet stabbilita fl-1958 u l-Kwartieri Ġenerali tagħha jinsabu f’Copenhagen, id-Danimarka. Hija posseduta kollha minn FIH Holding. |
|
(13) |
FIH Group jikkonsisti f’FIH Holding u f’FIH Erhvervsbank, flimkien mas-sussidjarji akkwiżiti totalment minn din tal-aħħar. Dawk is-sussidjarji, fil-31 ta’ Diċembru 2012, kienu FIH Partners A/S (li tkopri s-segment tan-negozju tal-finanzi korporattivi), FIH Kapital Bank A/S (13), FIH Realkredit A/S, li hija istituzzjoni ta’ kreditu ipotekarju (14), u FIH Leasing og Finans A/S. L-attivitajiet ta’ FIH jikkonsistu fi tliet segmenti: l-ibbankjar (15), is-swieq (16) u l-finanzi korporattivi (17). |
|
(14) |
Mill-31 ta’ Diċembru 2012, FIH Holding kienet il-proprjetà tal-Fond tal-Pensjonijiet Supplimentari tas-Suq tax-Xogħol Daniż li kellu 48,8 % tal-ishma ta’ FIH Holding, ta’ PF I A/S (18) li kellha 48,8 % tal-ishma, u tal-Bord Eżekuttiv u l-impjegati eżekuttivi li kellhom 2,3 % tal-ishma, u FIH Holding innifisha kellha 0,1 % tal-ishma. |
|
(15) |
Fi tmiem l-2011, FIH Group kellu karta bilanċjali ta’ DKK 84,16 biljun (EUR 11,28-il biljun) u l-proporzjon kapitali totali (19) tiegħu kien ta’ 17,8 % li żdied għal 21,2 % sal-31 ta’ Diċembru 2012. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, FIH kellha karta bilanċjali ta’ DKK 60,76 biljun (EUR 8,1 biljun) (20) u assi mwieżna għar-riskju ta’ DKK 29,84 biljun (EUR 3,98 biljun). |
|
(16) |
FIH kien bank niċċa ffukat li jispeċjalizza fil-finanzjament fuq terminu medju kif ukoll fis-servizzi ta’ konsulenza dwar l-immaniġġjar tar-riskju u l-finanzjament korporattiv għall-intrapriżi Daniżi b’karta bilanċjali li taqbeż DKK 10 miljun (EUR 1,34 miljun). Oriġinarjament, l-attivitajiet bankarji ta’ FIH koprew tliet segmenti: il-Finanzjament tal-Proprjetà, il-Finanzjament tal-Akkwiżizzjoni u l-Ibbankjar Korporattiv. |
|
(17) |
FIH kien is-sitt l-akbar bank tad-Danimarka skont il-kapital operatorju (21) fiż-żmien tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, u kien jagħti servizz lil aktar minn 2 000 klijent bankarju fil-livell ta’ grupp. Is-sehem mis-suq ta’ FIH f’self bankarju u krediti ipotekarji dak iż-żmien kien stmat għal 1,7 %. Dan kellu sehem mis-suq f’SME/self korporattiv ta’ 2,5 %. F’Ġunju 2012, FIH kellu sehem mis-suq ta’ 2,1 % tas-suq totali għas-self lil kumpaniji (banek u banek ipotekarji). |
|
(18) |
FIH Group kellu prestazzjoni batuta fis-snin qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2014. Fil-25 ta’ Ġunju 2009, huwa applika għall-Iskema Daniża ta’ Rikaplitalizzazzjoni (22) u fit-30 ta’ Ġunju 2009 irċieva injezzjoni tal-kapital ibridu tal-Grad 1 iffinanzjat mill-Istat ta’ DKK 1,9 biljun fil-forma ta’ nota ta’ self. Il-kupun ta’ dik in-nota ammonta għal 11,46 % kull sena. Fis-sena sħiħa tal-2009, FIH Group irrapporta telf qabel it-taxxa ta’ DKK 148 miljun (EUR 19,9-il miljun). |
|
(19) |
Għalkemm fl-2010, FIH Group kellu profitt qabel it-taxxa ta’ DKK 316-il miljun (EUR 42,5 miljun), dak il-profitt prinċipalment seħħ minħabba aġġustamenti pożittivi tal-valur tas-suq mhux rikorrenti, inkluż qligħ mhux realizzat fuq parteċipazzjoni indiretta. Fl-2011, FIH Group irrapporta telf qabel it-taxxa ta’ DKK 1,27 biljun (EUR 170 miljun) minħabba imposti tal-indeboliment fuq self u aġġustamenti negattivi tal-valur tas-suq. Fil-31 ta’ Diċembru 2012 kellu telf qabel it-taxxa ta’ DKK 47 miljun (EUR 6,4 miljun). Għal tmiem l-2013, ġie bbaġitjat profitt qabel it-taxxa ta’ DKK 95 miljun (EUR 12,8-il miljun). Fl-2013, il-profitt nett tat-tielet kwart għall-operazzjonijiet kontinwi qabel it-tassazzjoni kien ta’ DKK 23,2 miljun (EUR 3,09 miljun). Għall-operazzjonijiet totali wara t-tassazzjoni, FIH irreġistra telf ta’ DKK 20,1 miljun (EUR 2,71 miljun) fl-2012. |
|
(20) |
Fl-2009 u fl-2010, Moody’s naqset il-klassifikazzjoni ta’ FIH minn A2 għal Baa3. Fl-2010, il-proprjetarji ta’ FIH (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja Iżlandiża u l-Bank Ċentrali tal-Iżlanda) (23) qablu li jbigħu l-ishma tagħhom f’FIH lill-proprjetarji attwali. Kien mistenni li dik is-sjieda ġdida ġġib magħha titjib sinifikanti fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ FIH, minħabba li s-sjieda ta’ qabel ta’ Kaupthing Bank hf kienet wieħed mill-punti ta’ tħassib ewlieni għad-deklassifikazzjoni ta’ Moody’s. Madankollu, prinċipalment minħabba ċirkostanzi speċifiċi għal FIH, bħal pereżempju r-rifinanzjament ta’ ħruġ ta’ bonds garantiti mill-gvern, il-kwalità tal-kreditu u l-iskopertura għas-settur tal-proprjetà, fl-2011, Moody’s naqset il-klassifikazzjoni ta’ FIH aktar sa B1 b’perspettiva negattiva. |
|
(21) |
It-tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-2011 kien konformi mal-prezzijiet tas-suq dak iż-żmien għall-bonds ta’ FIH li ma bbenefikawx minn garanzija tal-gvern: id-dejn ta’ bejn sentejn u erba’ snin ta’ FIH kien ipprezzat f’firxiet ta’ 600-700 punt bażi fuq swap b’maturità ekwivalenti marbuta mal-EURIBOR. |
2.2. L-avvenimenti li wasslu għall-miżuri ta’ għajnuna
|
(22) |
Fl-2011 u fl-2012, FIH bassret xi diffikultajiet fir-rigward ta’ dejn li jimmatura fl-2012 u fl-2013. L-isfida ta’ finanzjament li rriżultat kienet ikkawżata prinċipalment minn tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ FIH u bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq kapitali (24). F’Lulju 2009, FIH diġà kienet kisbet assistenza għal-likwidità fil-forma ta’ garanzija tal-gvern li tilħaq total ta’ DKK 50 biljun (EUR 6,31 biljun), li hija diġà kienet użat kollha. Hija kienet kisbet ukoll injezzjoni tal-kapital ibridu tal-Grad 1 ta’ DKK 1,9 biljun (EUR 255 miljun) mill-Istat skont l-Iskema Daniża ta’ Garanzija. Mill-31 ta’ Diċembru 2011, FIH kellha bonds garantiti mill-gvern li ammontaw għal DKK 41,7 biljun (EUR 5,56 biljun), li kienu jikkostitwixxu 49,94 % tal-karta bilanċjali tal-bank. |
|
(23) |
Minħabba li dawk il-bonds garantiti mill-Istat kienu se jimmaturaw fl-2012 u fl-2013, FIH kienet se tiffaċċja problema ta’ finanzjament. Fit-tieni nofs tal-2011, l-FSA stmat li kien hemm riskju relattivament għoli li FIH ma tkunx tista’ tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ likwidità fil-perjodu ta’ 12-18-il xahar li kien ġej minħabba l-inkapaċità mhux mistennija tagħha li tikseb finanzjament mis-swieq miftuħa. |
|
(24) |
Sabiex jiġu indirizzati dawk il-problemi emerġenti tal-likwidità, FIH kellha twettaq tnaqqis sostanzjali tal-karta bilanċjali tagħha. |
2.3. Il-miżuri ta’ għajnuna
|
(25) |
F’Lulju 2012, sabiex jiġu solvuti l-problemi ta’ likwidità li FIH kienet mistennija tiffaċċja, id-Danimarka pproponiet miżura ta’ assi indeboliti kumplessa biex jiġu trasferiti l-assi finanzjarji tal-proprjetà problematiċi ta’ FIH lil sussidjarja ġdida ta’ FIH Holding (“Newco”). Fl-istess ħin, id-Danimarka impenjat ruħha li tipprovdi finanzjament u rikapitalizzazzjoni lil Newco kull meta jkun meħtieġ. |
|
(26) |
Il-“miżuri” (25) kienu jikkonsistu f’żewġ fażijiet ta’ ftehim għax-xiri tal-ishma (26) u bosta ftehimiet sekondarji skont liema, l-assi ta’ FIH Group, li kienu jammontaw għal madwar DKK 17,1-il biljun (EUR 2,3 biljun jew 28 % tal-assi totali ta’ FIH fi żmien it-trasferiment), ġew trasferiti lil Newco. Newco (27) mbagħad inxtrat mill-Kumpanija Daniża tal-Istabbiltà Finanzjarja (“FSC”) (28), u wara sar stralċ tagħha b’mod ordnat skont l-iskema Daniża approvata tal-istralċ (29), b’mod konformi mal-prinċipji tal-iskema (30). Il-proċess ta’ stralċ kien mistenni li jdum sal-31 ta’ Diċembru 2016 iżda jista’ jdum sal-31 ta’ Diċembru 2019 biex jitlesta. L-FSC setgħet tiffinanzja kważi l-ammont kapitali kollu ta’ DKK 2 biljun għax-xiri ta’ Newco permezz ta’ tifdija bikrija tan-nota ta’ self tal-kapital ibridu tal-Grad 1 ta’ DKK 1,9 biljun li kienet ingħatat lil FIH (31) mill-Istat fl-2009. L-FSA approvat il-ħlas lura minn FIH tal-injezzjoni kapitali tal-Istat fit-2 ta’ Lulju 2012, abbażi ta’ analiżi ta’ solvenza u likwidità li inkludiet il-miżura tat-trasferiment tal-assi (32). |
|
(27) |
Fil-fażi 1 kien hemm separazzjoni tal-fużjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ FIH Erhvervsbank u FIH Kapital Bank A/S f’Newco, is-sussidjarja l-ġdida proprjetà ta’ FIH Holding. L-assi trasferiti lil Newco kienu self u titoli immobiljari li jammontaw għal DKK 15,2-il biljun (EUR 2,1 biljun) u derivattivi ta’ DKK 1,6 biljun (EUR 215-il miljun). L-obbligazzjonijiet inizjali ta’ Newco kienu jikkonsistu minn żewġ selfiet (l-Ewwel Self u t-Tieni Self) b’parti ta’ ekwità li jifdal ta’ DKK 2 biljun. |
|
(28) |
L-Ewwel Self kien self għall-assorbiment tat-telf minn FIH lil Newco ta’ DKK 1,65 biljun (EUR 221 miljun). Dan is-self kien jitħallas lura minn Newco lil FIH biss jekk il-proċess ta’ stralċ tal-assi trasferiti lil Newco kien jiġġenera rikavati li jaqbżu l-prezz tax-xiri tal-FSC ta’ DKK 2 biljun (EUR 268 miljun). Fir-rigward tar-rimunerazzjoni għall-Ewwel Self, Newco kellha tħallas ir-rata tal-Bonds tal-Gvern Daniż ta’ ħames snin kif ukoll 1,15 % (33). |
|
(29) |
It-Tieni Self kien self minn FIH Erhvervsbank lil Newco ta’ madwar DKK 13,45-il biljun (EUR 1,8 biljun). Bħala rimunerazzjoni għat-Tieni Self, Newco kellha tħallas lil FIH ir-rata DKK CIBOR ta’ tliet xhur kif ukoll 1,12 %. Il-maturità tat-Tieni Self kienet taqbel mal-maturità tas-self li nħareġ qabel minn FIH skont il-garanzija tal-gvern. Għalhekk, it-Tieni Self u dak is-self li jaqbel immaturaw bis-sħiħ f’nofs l-2013 u sar qbil kuntrattwali li, billi Newco ħallset lura s-self lil FIH, FIH tħallas is-self pendenti li kien garantit mill-gvern. Billi l-ammont nozzjonali tat-Tieni Self tħallas minn Newco lil FIH, l-FSC ipprovdiet finanzjament lil Newco fl-ammonti li kienu meħtieġa għall-finanzjament mill-ġdid tal-assi ta’ Newco. |
|
(30) |
Fil-fażi 2, li twettqet minnufih wara t-tlestija tal-fażi 1, l-FSC xtrat l-ishma kollha f’Newco minn FIH Holding. Il-prezz li tħallas inizjalment (34) mill-FSC lil FIH Holding għal Newco kien il-kapital ta’ ekwità (valur nett) fl-1 ta’ Jannar 2012, li kien jammonta għal DKK 2 biljun. |
|
(31) |
FIH Holding imbagħad tista’ tuża r-rikavati fi flus bħala likwidità immedjata biex tħallas lura ftit mid-dejn garantit mill-gvern. Fl-istess ħin, it-trasferiment tal-assi wassal għal sostituzzjoni tas-selfiet immobiljari b’selfiet lil entità sponsorjata mill-gvern, u b’hekk tnaqqsu l-assi mwieżna għar-riskju ta’ FIH b’madwar DKK 10 biljun (35). |
|
(32) |
Minbarra l-ftehim għax-xiri tal-ishma, il-miżuri jinkludu bosta ftehimiet sekondarji bejn FIH Holding u l-FSC:
|
|
(33) |
Fir-riżoluzzjoni ta’ Newco, l-FSC kienet intitolata kuntrattwalment li tirkupra mill-inqas DKK 2 biljun inizjali tagħha ta’ investiment nett mill-ispejjeż imġarrba minn FIH u mill-FSC fit-tranżazzjoni. Jekk il-proċess ta’ stralċ jiġġenera rikavati inqas mill-prezz tax-xiri ta’ DKK 2 biljun, FIH tkopri d-differenza mill-Ewwel Self, is-self għall-assorbiment tat-telf, u mill-garanzija, rispettivament. Jekk ir-rikavati tal-proċess ta’ stralċ jaqbżu DKK 1,5 biljun, 25 % addizzjonali ta’ kull ammont żejjed jitħallsu lill-FSC flimkien mal-ammont minimu ta’ DKK 2 biljun li kellha tirċievi. Kull eċċess addizzjonali jitħallas lil FIH Holding. Fil-prattika, jekk ir-rikavati finali jkunu inqas minn DKK 1,5 biljun, l-FSC tikseb DKK 2 biljun. Jekk, pereżempju, ir-rikavati finali kienu ta’ DKK 1,9 biljun, l-FSC tirċievi DKK 2,1 biljun. |
2.4. Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(34) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri, il-limitazzjoni tagħhom għall-minimu meħtieġ, jekk kienx hemm kontribuzzjoni proprja minn FIH Group u jekk kienx hemm limitazzjoni suffiċjenti tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(35) |
Dak it-tħassib oriġina mill-kumplessità sinifikanti tal-miżuri li kienu jidhru elaborati wisq biex isolvu l-isfidi ta’ likwidità futuri ta’ FIH. B’mod partikolari ma kienx ċar sa liema punt, id-diversi ftehimiet sekondarji u l-interkonnettività fil-formola ta’ rimunerazzjoni kienu meħtieġa, xierqa u mmirati sew għall-iskopijiet tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (37). |
|
(36) |
Barra minn hekk, fi żmien id-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, FIH kellha l-ħsieb li tidħol b’mod aggressiv fis-suq tad-depożiti fil-livell ta’ konsumatur tal-Internet billi tieħu rwol ta’ “price leader”. Id-dħul f’dak is-suq kien komponent ewlieni tal-istrateġija ta’ FIH għall-indirizzar tal-problemi finanzjarji tagħha. |
|
(37) |
Barra minn hekk, kien jidher li r-rimunerazzjoni suġġerita li trid titħallas lill-FSC għall-assi u għall-obbligazzjonijiet trasferiti x’aktarx ma kinitx konformi mal-livell ta’ rimunerazzjoni msemmi fil-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti (38) li skontha l-banek jenħtieġ li jġarrbu t-telf assoċjat mal-assi indeboliti sal-massimu possibbli. Il-punt 21 jirrikjedi rimunerazzjoni korretta tal-Istat għal kull miżura ta’ salvataġġ tal-assi biex tiġi żgurata responsabbiltà u kondiviżjoni tal-piżijiet ekwivalenti tal-azzjonisti, ikun xi jkun il-mudell speċifiku magħżul. |
3. RISTRUTTURAR
3.1. Il-pjan ta’ ristrutturar
|
(38) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2013, id-Danimarka ppreżentat verżjoni aġġornata finali tal-pjan ta’ ristrutturar għal FIH Group għall-perjodu mill-2012 sal-2016. Il-pjan kien jinkludi xenarju tal-aħjar każ u tal-agħar każ (39) bil-għan li tintwera l-abbiltà ta’ FIH li trodd lura l-vijabbiltà fuq terminu twil, kondiviżjoni tal-piżijiet suffiċjenti u miżuri xierqa għall-indirizzar tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(39) |
Il-pjan ta’ ristrutturar kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet fir-rigward tal-evoluzzjoni tat-tkabbir tal-prodott domestiku gross kif imbassar mill-Fond Monetarju Internazzjonali, u l-evoluzzjoni tal-bidliet fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir u medju kif ibbażati fuq l-istima tal-iżviluppi fir-rati tal-imgħax fuq terminu qasir tal-Ministeru tan-Negozju u t-Tkabbir Daniż sal-2014. Il-pjan jassumi rkupru moderat tat-tkabbir tal-prodott domestiku gross fl-2013 u wara. |
|
(40) |
Fl-aħjar xenarju possibbli (40), FIH kienet mistennija li ttejjeb b’mod kontinwu r-riżultati tagħha sal-2016. Ir-redditu qabel it-taxxa fuq l-ekwità normalizzata (41) fil-livell tal-grupp kien ibbaġitjat li jkun 10,3 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u 11,2 % (42) fil-31 ta’ Diċembru 2016. |
|
(41) |
Ix-xenarju tal-agħar każ (43) kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet tas-suq inqas favorevoli, inklużi, fost l-oħrajn, kundizzjonijiet tas-suq li marru għall-agħar għall-finanzjament lill-banek kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ prezz; domanda aktar baxxa għal self u servizzi ta’ konsulenza; moviment mhux favorevoli fir-rati tal-kambju, ir-rati tal-imgħax eċċ; u imposti tal-indeboliment li jibqgħu ’l fuq mil-livelli storiċi fiċ-ċiklu kummerċjali kollu. Skont l-istimi ta’ FIH dawk l-iżviluppi flimkien iwasslu għal redditu qabel it-taxxa fuq l-ekwità normalizzata fil-livell tal-grupp ta’ 0,9 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u 2,0 % fil-31 ta’ Diċembru 2016. |
|
(42) |
Fiż-żewġ xenarji kien hemm livell relattivament baxx ta’ redditi fuq l-ekwità li prinċipalment kien dovut għall-projbizzjoni fuq id-dividendi u l-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet ta’ kupuni mbassar fl-impenji tad-Danimarka meħuda fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Bħala riżultat ta’ dawk l-impenji, FIH Group iżomm profitti sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar u s-saldu tal-miżuri. |
|
(43) |
Oriġinarjament, l-attivitajiet bankarji ta’ FIH koprew tliet segmenti: il-Finanzjament tal-Proprjetà, il-Finanzjament tal-Akkwiżizzjoni u l-Ibbankjar Korporattiv. Is-segment tan-negozju tal-Finanzjament tal-Proprjetà kien twaqqaf bħala parti mir-ristrutturar ta’ FIH, minħabba li s-self fil-Finanzjament tal-Proprjetà nbiegħ lill-FSC fl-2012. Barra minn hekk, is-self fl-unità tan-negozju tal-Finanzjament tal-Akkwiżizzjoni tagħha jitwaqqaf gradwalment. Għalhekk, l-Ibbankar Korporattiv ikun l-unika unità tan-negozju li jkompli jopera. Minn Marzu 2013, l-għadd ta’ impjegati full-time naqas għal 214 minn 356. |
|
(44) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, il-karta bilanċjali kellha tonqos għal DKK 27,68 biljun (EUR 3,74 biljun) sal-31 ta’ Diċembru 2013. Fil-31 ta’ Diċembru 2016, FIH bassret proporzjon kapitali totali ta’ 19,6 %. |
|
(45) |
Il-proporzjon tal-likwidità statutorja (44) li fil-31 ta’ Diċembru 2012 kien ta’ 214 %, huwa mistenni li jkun 239,7 % fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(46) |
Matul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-proporzjon kapitali totali kien mistenni li jammonta għal 19,6 % u l-proporzjon tal-likwidità statutorja kien mistenni li jammonta għal 175 % u għalhekk jaqbeż b’mod sinifikanti r-rekwiżiti regolatorji. |
|
(47) |
Skont l-aħjar xenarju possibbli (45), ir-redditu qabel it-taxxa fuq l-hekk imsejħa ekwità normalizzata (46) tal-pjan ta’ ristrutturar kien ibbaġitjat li jkun ta’ 9 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u ta’ 10,1 % fil-31 ta’ Diċembru 2016. Fl-agħar xenarju possibbli, dawk iċ-ċifri kienu 0,9 % u 4,7 % rispettivament (47). |
|
(48) |
Is-sitwazzjoni tal-bank kienet tjiebet b’mod sinifikanti minn nofs l-2011 meta l-FSA bassret li FIH tiffaċċja ħtiġijiet ta’ likwidità maġġuri li ma tistax tissodisfa. FIH kienet ħallset lura l-bonds garantiti mill-gvern pendenti li kien fadal u l-isfida tar-rifinanzjament għalhekk kienet solvuta sat-13 ta’ Ġunju 2013. Barra minn hekk, FIH fdiet il-kapital ibridu tal-Grad 1 tal-gvern fit-2 ta’ Lulju 2013. |
|
(49) |
Mid-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2014, FIH ma kellha l-ebda problema biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ solvenza regolatorja jew ta’ likwidità tagħha. |
3.2. L-azzjonijiet meħuda mid-Danimarka biex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni
|
(50) |
Sabiex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, id-Danimarka u FIH Group ħadu serje ta’ azzjonijiet. |
|
(51) |
FIH għamlet pagament “ta’ darba” lill-FSC ta’ DKK 310,25 miljun (EUR 39,12 miljun) bid-data tal-valur tkun l-4 ta’ Diċembru 2013 (48). |
|
(52) |
FIH ħallset, bid-data tal-valur tat-18 ta’ Diċembru 2013, ammont ta’ DKK 61,7 miljun lil Newco bħala ħlas lura parzjali tad-drittijiet li rċeviet skont il-ftehim ta’ amministrazzjoni għall-2012, u b’mod retroattiv naqset id-drittijiet ta’ ġestjoni għall-amministrazzjoni u l-iħħeġġjar għall-2013 mitluba mingħand Newco għal 0,05 % tal-portafoll ta’ self pendenti. |
|
(53) |
FIH naqqset l-assi totali tagħha minn DKK 109,3 biljun (EUR 14,67-il biljun) fil-31 ta’ Diċembru 2010 għal DKK 60,8 biljun (EUR 8,16 biljun) sal-31 ta’ Diċembru 2012, u dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 44 %. |
|
(54) |
FIH naqqset aktar il-portafoll tas-self tagħha minn DKK 58,0 biljun (EUR 7,79 biljun) fil-31 ta’ Diċembru 2010 għal DKK 16,2-il biljun (EUR 2,17 biljun) sal-31 ta’ Diċembru 2012, jiġifieri, b’total ta’ DKK 41,8 biljun li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 72 %. |
|
(55) |
Barra minn hekk, FIH naqqset b’mod sinifikanti l-linji tar-riskju fis-Swieq (49). |
|
(56) |
FIH naqqset l-għadd tal-impjegati full-time tagħha minn 356 fil-31 ta’ Diċembru 2010 għal 214 sal-31 ta’ Marzu 2013, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 41 %. |
|
(57) |
Barra minn hekk, FIH naqqset il-preżenza ġeografika tagħha minħabba li kienet għalqet żewġ uffiċċji reġjonali mill-erbgħa li kellha. |
3.3. L-impenji proposti mid-Danimarka
|
(58) |
Fid-dawl tat-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ u sabiex tiżgura l-kompatibbiltà mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, b’mod partikolari fir-rigward tar-rimunerazzjoni xierqa tal-miżuri tat-trasferiment tal-assi, id-Danimarka pprovdiet impenji addizzjonali li huma stabbiliti fil-premessi minn 59 sa 65. Fl-ittra tagħha mibgħuta fit-13 ta’ Jannar 2020, id-Danimarka kkonfermat li dawk l-impenji kollha kienu jew ġew implimentati jew ma kinux għadhom rilevanti; Barra minn hekk, id-Danimarka impenjat ruħha li ma treġġax lura l-impenji implimentati. |
|
(59) |
FIH tagħmel ħlas annwali ta’ DKK 2,1 miljun (EUR 0,3 miljun) lill-FSC mit-30 ta’ Settembru 2014 sas-saldu finali tat-tranżazzjoni b’pagament ACT/ACT (50) pro rata temporis għall-perjodu tal-aħħar fid-data tas-saldu (dan jista’ jkun sal-31 ta’ Diċembru 2019). Kwalunkwe ammont diġà mħallas minn FIH lill-FSC li jaqbeż dan l-ammont f’konformità mad-deċiżjoni tal-2014, u li jaqbeż l-ammonti totali li għandhom jitħallsu minn FIH skont din id-Deċiżjoni, jitħallas lura lil FIH mingħajr imgħax. |
|
(60) |
FIH tnaqqas id-drittijiet ta’ ġestjoni li titlob lill-FSC jew tagħmel pagament f’somma f’daqqa lill-FSC, b’valur attwali tat-tnaqqis jew tal-pagament ekwivalenti għal DKK 143,2 miljun (EUR 19,09-il miljun). |
|
(61) |
Sabiex tikseb dak l-eżitu, FIH ħallset ammont ta’ DKK 61,7 miljun lil Newco bħala ħlas lura parzjali tad-drittijiet li Newco ħallset lil FIH skont il-ftehim ta’ amministrazzjoni għall-2012. FIH naqqset ukoll id-drittijiet ta’ ġestjoni għall-amministrazzjoni u l-iħħeġġjar li titlob lil Newco għal 0,05 % tal-portafoll tas-self pendenti għas-sena 2013. |
|
(62) |
Barra minn hekk, FIH tnaqqas id-drittijiet ta’ ġestjoni għall-amministrazzjoni u l-iħħeġġjar li titlob lil Newco għal 0,05 % kull sena tal-portafoll tas-self pendenti, mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
(63) |
FIH tħallas dritt annwali addizzjonali lill-FSC ta’ DKK 47,2 miljun (EUR 6,29 miljun) fil-każ li l-FSA biddlet il-pożizzjoni regolatorja tagħha fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali fil-livell tal-parteċipazzjoni sabiex il-kapaċità ta’ self regolatorja ta’ FIH tibqa’ mingħajr restrizzjonijiet mill-pożizzjoni kapitali ta’ FIH Holding. |
|
(64) |
L-impenji jipprevedu wkoll l-irtirar ta’ FIH minn ċerti linji operatorji (il-finanzjament tal-proprjetà, l-ekwità privata, il-ġestjoni tal-ġid privat) kif ukoll sett ta’ restrizzjonijiet fuq l-imġiba inkluża projbizzjoni fuq gwida tal-prezzijiet għad-depożiti, projbizzjoni fuq prattiki kummerċjalment aggressivi u projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet, kif ukoll għal-likwidazzjoni ta’ FIH Realkredit A/S li kien il-bank ipotekarju ta’ FIH Group. FIH Realkredit A/S ġiet likwidata fl-2013. |
|
(65) |
Lista sħiħa ta’ impenji (51), kif aġġornata l-aħħar mill-awtoritajiet Daniżi fl-ittra tagħhom mibgħuta fit-13 ta’ Jannar 2020, hija stabbilita fl-Anness. |
4. IL-POŻIZZJONI TAL-AWTORITAJIET DANIŻI
|
(66) |
Meta d-Danimarka nnotifikat il-miżuri lill-Kummissjoni, il-pożizzjoni inizjali tagħha (52) kienet li t-trasferiment tal-ekwità lil Newco kien jinvolvi għajnuna mill-Istat lil Newco, iżda li kwalunkwe għajnuna bħal din tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(67) |
Fl-istess sottomissjoni, id-Danimarka ddikjarat li FIH Group ma kien irċieva l-ebda għajnuna mill-Istat minħabba li l-FSC kieku jħallas il-prezz tas-suq għal Newco. Filwaqt li ma ssostanzjatx kwantitattivament dik il-pretensjoni, billi għamlet referenza għad-data rilevanti tas-suq jew billi spjegat ir-raġunament għall-kostijiet tat-tranżazzjoni, id-Danimarka enfasizzat li:
|
|
(68) |
Id-Danimarka kkonkludiet li FIH ma jkollhiex vantaġġ. Jekk il-Kummissjoni jkollha opinjoni differenti dwar dik il-kwistjoni, id-Danimarka qalet li kwalunkwe għajnuna lil FIH tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern minħabba li l-arranġament kien jammonta għal ristrutturar ta’ FIH b’mod konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (53). |
|
(69) |
Id-Danimarka segwiet is-sottomissjoni inizjali tagħha bi preżentazzjoni fl-20 ta’ Marzu 2012 (54) li fiha indikat li FIH ma kinitx talbet il-miżuri u li fiż-żmien meta FIH ikkonkludiet dawk il-miżuri, hija kellha alternattivi ta’ diżingranaġġ li appoġġaw il-pretensjoni li t-tranżazzjoni kienet innegozjata f’termini tas-suq. Hija ddikjarat ukoll li tniżżil inizjali fil-valur tal-portafoll tal-assi ta’ DKK 1,4 biljun u skont ta’ aġġustament għar-riskju ieħor ta’ DKK 1,3 biljun kienu jikkorrispondu għal prezz tas-suq. Barra minn hekk, kull telf li jirriżulta minn qligħ skont il-prestazzjoni jiġi kkoreġut permezz tal-formola varjabbli tal-ftehim għax-xiri tal-ishma, sabiex mekkaniżmu ta’ aġġustament ex post effettiv jiżgura l-ipprezzar b’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq. Id-Danimarka ma elaboratx dwar l-ammont tal-iskont u l-aġġustament għar-riskju proposti jew ir-raġunijiet għaliex dawn iwasslu għal prezz tas-suq. |
|
(70) |
F’korrispondenza sussegwenti mal-Kummissjoni (55), id-Danimarka ddikjarat li t-telf massimu li kienet esposta għalih l-FSC kien ta’ DKK 1,05 biljun, jiġifieri, id-differenza bejn is-self għall-assorbiment tat-telf ta’ DKK 1,65 biljun minn naħa u s-somma tat-tniżżil fil-valur kontabilistiku u l-ammont preliminari tal-aġġustament għar-riskju tal-FSC li jwassal għal total ta’ DKK 2,7 biljun min-naħa l-oħra. Hija ddikjarat ukoll li l-Istat gawda minn tnaqqis konsiderevoli tar-riskju tiegħu relatat mas-selfiet garantiti mill-Istat ta’ FIH u ħlas lura minn FIH ta’ injezzjoni tal-kapital preċedenti ta’ DKK 1,9 biljun. |
|
(71) |
Permezz ta’ memorandum ippreżentat fit-23 ta’ April 2012 (56), id-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni li “għalissa mhux se tipprovdi lill-Kummissjoni b’argumenti ulterjuri rigward l-użu tal-Prinċipju tal-Investitur f’Ekonomija tas-Suq”. Fl-istess ħin, din ipprovdiet xi spjegazzjonijiet fir-rigward tal-metodoloġiji ta’ valwazzjoni użati mill-kunsulent legali tal-FSC. |
|
(72) |
Sussegwentement, fis-16 ta’ Mejju 2012, id-Danimarka ddikjarat li FIH Holding u l-FSC kienu nnegozjaw il-kundizzjonijiet għat-tranżazzjoni abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali normali fir-rigward tal-kondiviżjoni tar-riskju u tal-profitt u ddikjarat li t-tranżazzjoni kienet saret f’termini tas-suq. Din id-dikjarazzjoni kienet iċċertifikata mid-ditta tal-kontabbiltà tal-FSC, KPMG (57). |
|
(73) |
Fis-7 ta’ Ġunju 2012, id-Danimarka ppreżentat rapport ta’ KPMG li jivvaluta l-miżuri billi jqis l-elementi kollha ta’ kontribuzzjoni fl-istess ħin. KPMG ma rat l-ebda “raġuni biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet tal-ftehim ma jikkorrispondux għar-riskji għall-FSC”, filwaqt li semmiet il-livell għoli ta’ kollateral, l-użu potenzjali ta’ bonds koperti, is-self għall-assorbiment tat-telf u qligħ skont il-prestazzjoni ta’ 25 % għall-FSC. |
|
(74) |
Fil-11 ta’ Settembru 2012, fit-tweġiba tagħha għall-ftuħ tal-proċedimenti, id-Danimarka ma kkontestatx direttament il-fehma tal-Kummissjoni li l-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, iżda hija rreferiet għal-linja ta’ argument tagħha tad-29 ta’ Marzu 2012 (58), fejn sostniet li kwalunkwe trasferiment ’il fuq mill-valur tas-suq jiġi kkumpensat mis-self għall-assorbiment tat-telf u mill-garanzija tal-aġġustament tal-prezzijiet mogħtija minn FIH Holding. Barra minn hekk, id-Danimarka semmiet żidiet fil-marġnijiet fuq it-tiġdid u rata ta’ tifdija ogħla minn dik antiċipata bħala eżempji biex issostni dik il-fehma, iżda mingħajr ma tenniet b’mod espliċitu li jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq (“MEOP”) (59). |
|
(75) |
Minflok, id-Danimarka argumentat li l-miżuri kienu kompatibbli, u tat argumenti biex turi li kienu xierqa, li l-għajnuna kienet limitata għall-massimu meħtieġ u li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kienet limitata (60). |
|
(76) |
L-awtoritajiet Daniżi fakkru wkoll il-pożizzjoni tagħhom fin-nota tat-23 ta’ April 2012 li l-miżuri kienu r-riżultat ta’ negozjati bejn FIH u l-FSC (61) u argumentaw li parti mill-gwida fil-Komunikazzjoni Bankarja (62) kienet teħtieġ livell ta’ kumplessità fil-miżuri (63), filwaqt li kkuntestat li l-kumplessità tista’ tagħmilhom mhux xierqa. |
|
(77) |
Meta l-Kummissjoni għarrfet lid-Danimarka dwar il-valutazzjoni tal-esperti fir-rigward tal-valur tas-suq u l-valur ekonomiku reali tal-miżuri, id-Danimarka kkuntestat ir-riżultati u ressqet għadd ta’ mistoqsijiet u kjarifiki bejn is-7 ta’ Frar u l-11 ta’ Settembru 2013. |
|
(78) |
Id-Danimarka kkummentat li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu meħtieġ (64), minħabba li assumiet li l-valur tat-trasferiment ma jaqbiżx il-valur ekonomiku reali, iżda żiedet li valwazzjoni finali mill-Kummissjoni biss tista’ tistabbilixxi dan il-fatt. |
|
(79) |
Minbarra l-aspetti ta’ valwazzjoni, id-Danimarka nnotat l-effetti pożittivi tat-trasferiment fuq il-pożizzjoni regolatorja ta’ FIH, b’mod konformi mal-għan li tinġieb lura l-vijabbiltà fuq terminu twil imsemmi fil-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(80) |
Id-Danimarka argumentat ukoll li l-istrateġija tal-akkwiżizzjoni tad-depożiti ta’ FIH hija indipendenti mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat u ma twassalx l-intenzjoni ta’ rwol ta’ “price leader”, iżda hija parti essenzjali mill-istrateġija ta’ finanzjament tagħha. Madankollu, sabiex ittaffi t-tħassib tal-Kummissjoni, id-Danimarka pprovdiet impenn li FIH se taderixxi ma’ projbizzjoni fuq gwida tal-prezzijiet. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(81) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għajnuna mill-Istat hija kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tista’ tikkawża distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(82) |
Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri favur FIH deskritti fil-premessi 25 sa 33 jenħtieġ li jitqiesu flimkien bħala pakkett. Il-miżuri huma parti minn tranżazzjoni unika minħabba li l-elementi tagħhom huma interdipendenti (kronoloġikament u f’termini ta’ struttura) u tfasslu kollha flimkien biex jindirizzaw il-problema ta’ finanzjament ta’ FIH. |
5.1.1. Ir-riżorsi tal-Istat
|
(83) |
Il-miżuri deskritti fil-premessi 25 sa 33 jinvolvu riżorsi tal-Istat minħabba li kienu finanzjati direttament mill-FSC, li hija kumpanija tal-Istat (permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet tan-Negozju Daniż) responsabbli għall-provvista ta’ diversi tipi ta’ miżuri lill-banek Daniżi fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (65). L-ewwel nett, l-FSC ipprovdiet DKK 2 biljun fi flus għall-ftehim għax-xiri tal-ishma ta’ Newco. It-tieni nett, l-FSC impenjat ruħha li tiffinanzja l-assi ta’ Newco filwaqt li FIH tħallas lura s-self tagħha garantit mill-Istat. Dan l-impenn jista’ jaqbeż DKK 13-il biljun. It-tielet nett, l-FSC iddeċidiet li tirrinunzja għal ammont ta’ mgħax sabiex tħallas garanzija minn FIH Holding. |
5.1.2. L-Eżistenza ta’ vantaġġ
|
(84) |
Il-miżuri deskritti fil-premessi 25 sa 33 ipprovdew vantaġġ minħabba li rriżultaw f’salvataġġ tal-assi għal FIH, u b’hekk tejbu l-proporzjonijiet tal-kapital tal-grupp, filwaqt li fl-istess ħin ippermettew lill-bank jindirizza aħjar il-problemi ta’ finanzjament tiegħu. |
|
(85) |
L-awtoritajiet Daniżi argumentaw li l-miżuri jirrispettaw il-MEOP u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil FIH Group. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni għalhekk se tivvaluta jekk il-miżuri favur FIH Group jissodisfawx it-test tal-MEOP. Dan it-test jeżamina jekk operatur tas-suq ħax sehem f’operazzjoni speċifika bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk tal-investitur pubbliku fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni biex isiru disponibbli r-riżorsi pubbliċi. Ma jkun hemm l-ebda għajnuna mill-Istat meta jingħataw fondi pubbliċi f’ċirkostanzi u f’termini li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(87) |
Fil-każ partikolari ta’ FIH Group, il-Kummissjoni tqis li huwa rilevanti li jiġi eżaminat (i) jekk inizjalment kienx hemm investitur privat li kien lest li jiffinanzja l-miżuri bl-istess termini u kundizzjonijiet bħall-Istat Membru, (ii) jekk iva, x’kien ir-redditu fuq l-investiment li talab meta mqabbel mar-redditu għall-Istat, u (iii) fin-nuqqas ta’ interess privat, x’inhu r-redditu mistenni (66) u d-distribuzzjoni tar-redditi potenzjali mill-miżuri għall-Istat, meta mqabbla ma’ dawk ir-redditi li jistenna investitur tas-suq jekk tali investitur ikollu jieħu l-miżuri f’kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq. Jekk l-Istat jaċċetta dawk il-kundizzjonijiet jew aħjar, il-miżuri jistgħu jitqiesu li twettqu skont it-termini tas-suq. B’mod partikolari, huwa importanti li wieħed jivverifika jekk it-tranżazzjoni kollha kemm hi tiġġenerax fluss tal-flus pożittiv, peress li l-ebda operatur privat, li jkollu l-għan li jimmassimizza l-profitt tiegħu, ma jidħol għal operazzjoni li tagħmel telf. |
|
(88) |
L-evidenza l-aktar ċara li tranżazzjoni hija konformi mal-MEOP għandha turi li t-termini tan-negozjar mhux biss ikunu aċċettabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq ipotetiku, iżda li fil-fatt ikun hemm it-tali operatur li qed jieħu sehem fl-istess investiment bl-istess termini bħal dawk tal-Istat. Il-preżenza ta’ investituri oħra tipprovdi punt ta’ riferiment biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-valutazzjoni tagħha dwar l-applikabbiltà tal-MEOP. |
|
(89) |
Fiż-żmien li d-Danimarka tat il-miżuri, ma kien hemm l-ebda parteċipant tas-suq lest li jagħti miżuri simili lil FIH għal dawk li ngħataw minn entitajiet taħt il-kontroll tal-Istat. B’mod partikolari, la l-konsorzju tas-sidien u lanqas parti terza ma esprimew l-ebda intenzjoni li jinvestu f’FIH. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni sabiex tikkonkludi li f’dawk iċ-ċirkostanzi operatur f’ekonomija tas-suq ikun lest li jieħu sehem fil-miżuri. In-nuqqas ta’ interess privat huwa indikazzjoni tad-diffikultajiet finanzjarji u l-pożizzjoni dgħajfa tal-bank. |
|
(90) |
Fin-nuqqas ta’ operatur li jinvesti bl-istess termini bħal dawk tal-Istat, miżura xorta tista’ tkun mingħajr għajnuna, jekk f’ċirkostanzi simili operatur privat ikun ta l-istess finanzjament, u jitlob redditu li jkun mill-inqas daqs ir-redditu li jkun irċieva l-Istat. Din il-valutazzjoni, fil-prinċipju, jenħtieġ li tkun ibbażata fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jqis l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fiż-żmien meta jkun ingħata l-finanzjament pubbliku u jenħtieġ li ma tiddependi fuq l-ebda analiżi bbażata fuq sitwazzjoni aktar tard. |
|
(91) |
Barra minn hekk, waħda mis-sitwazzjonijiet li fiha huwa l-aktar diffiċli biex jiġi applikat l-MEOP hija meta kumpanija tkun diġà benefiċjarja tal-għajnuna mill-Istat. F’dan il-każ, FIH diġà kienet irċeviet rikapitalizzazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2009, li hija ħallset lura fit-2 ta’ Lulju 2012. L-istrumenti ibridi użati għar-rikapitalizzazzjoni ġew remunerati bi 11,45 %. FIH ħadet sehem ukoll fl-iskema ta’ garanzija Daniża. Filwaqt li dawk il-fatti ma jeskludux l-applikazzjoni tal-MEOP f’dan il-każ per se, huma indikattivi tad-diffikultajiet li tiffaċċja FIH u jaffettwaw ir-rieda tal-investituri privati biex jinvestu fil-miżuri. L-għajnuna preċedenti diġà tikkawża distorsjoni taċ-ċirkostanzi ekonomiċi, u toħloq perċezzjoni ta’ appoġġ mill-Istat kontinwu. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset is-sostituzzjoni ta’ tali vantaġġi b’vantaġġi ġodda. |
|
(92) |
L-FSA kienet tal-opinjoni li FIH kienet f’pożizzjoni prekarja billi kien hemm riskju sinifikanti li FIH ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti statutorji tagħha fir-rigward tal-likwidità meta jiskadi d-dejn tagħha garantit mill-gvern. Għaldaqstant, din is-sitwazzjoni setgħet wasslet għall-irtirar tal-liċenzja bankarja ta’ FIH (67). Il-pożizzjoni tal-FSA għalhekk tappoġġa l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li operatur tas-suq x’aktarx ma kienx jinvesti f’FIH. Filwaqt li jista’ jiġi argumentat li r-rapport tal-FSA ma kienx fid-dominju pubbliku, operatur tas-suq kien ikollu aċċess għall-profil tal-maturità tad-dejn ta’ FIH garantit mill-gvern u għalhekk kien ikun jista’ jasal għall-istess konklużjoni. |
|
(93) |
Fin-nuqqas ta’ investitur privat, sabiex tiġi vverifikata aktar l-applikabbiltà tal-MEOP, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk ir-redditu globali tal-miżuri favur FIH huwiex ugwali jew ogħla mir-redditu mistenni li investitur privat ipotetiku jitlob sabiex jagħmel dak l-investiment. Ir-redditu mistenni tal-miżuri jiddependi fuq il-fluss futur tad-dħul mill-flussi ta’ flus, li jrid jiġi skontat sal-ġurnata tal-lum sabiex jiġi derivat il-valur preżenti nett bl-użu ta’ proporzjon xieraq ta’ skont. |
|
(94) |
Abbażi ta’ parir espert, il-Kummissjoni stmat il-valur tas-suq tal-assi ta’ Newco u mmudellat ir-redditu mistenni għall-FSC għad-distribuzzjoni totali tal-valuri ta’ likwidazzjoni tal-ekwità ta’ Newco. B’hekk qieset l-elementi kollha fil-ftehim għax-xiri tal-ishma, bħal pereżempju l-valur ta’ likwidazzjoni nett, id-dħul u l-kostijiet imġarrba mill-FSC u minn FIH Group u l-aġġustament tal-prezz tax-xiri, li kien jinkludi s-self għall-assorbiment tat-telf. L-użu ta’ mudell ta’ distribuzzjoni huwa meħtieġ biex jiġi kkalkulat il-valur preżenti nett tal-benefiċċji li jirriżultaw minn żieda fil-parteċipazzjoni tal-ekwità ta’ 25 % u l-effetti negattivi mill-kumbinazzjoni ta’ telf kbir ta’ assi f’Newco u inadempjenza ta’ FIH Holding li kieku kellu jseħħ dan ix-xenarju (68).
|
|
(95) |
Il-Graff turi, għal valuri ta’ likwidazzjoni differenti tal-assi ta’ Newco (minn DKK 5,1 biljun sa DKFK 28,3 biljun), il-valur preżenti nett tal-ftehim għax-xiri tal-ishma. Kull wieħed mix-xenarji jseħħ bi probabbiltà indikata permezz tal-linja bit-tikek kontra l-iskala fuq in-naħa tal-lemin (0,1 % sa 7,5 %). Fix-xenarji l-aktar possibbli, ir-redditu huwa xi ftit negattiv. |
|
(96) |
Barra minn hekk, il-Graff turi l-valur preżenti nett medju mwieżen skont il-probabbiltà ġenerali tal-operazzjoni tal-ftehim għax-xiri tal-ishma kien ukoll negattiv. Il-kalkolu mill-esperti juri li ammonta għal DKK 726 miljun. Għalhekk, il-ftehim għax-xiri tal-ishma ġġenera telf minflok profitt. Operatur f’ekonomija tas-suq kien ikollu jirrikjedi rimunerazzjoni tal-ekwità ta’ mill-inqas 10 % (69) kull sena fuq investiment simili ta’ DKK 2 biljun, li kien jiġġenera madwar DKK 1,33 biljun fil-perjodu ta’ eżistenza ta’ seba’ snin ta’ Newco. Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda operatur f’ekonomija tas-suq ma kien ikun lest li jinvesti bit-termini u l-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-ftehim għax-xiri tal-ishma. Għaldaqstant il-miżuri mhumiex konformi mal-MEOP (70). |
|
(97) |
Jenħtieġ li jiġi nnutat li fil-kalkolu stabbilit fil-premessi 94 sa 96, il-Kummissjoni qieset il-korrispondenza mid-Danimarka tas-7 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu 2013, kif ukoll korrispondenza sussegwenti (71), li fiha d-Danimarka ssottomettiet informazzjoni li ma kinitx żvelata qabel bħal, pereżempju, l-interpretazzjonijiet speċifiċi tal-komponenti tal-prezz tax-xiri varjabbli, id-data ta’ referenza tas-siltiet tal-iskopertura tas-self sottomessi li kienu indikati għat-trasferiment minn FIH għal Newco, l-evoluzzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-portafoll bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012 u analiżi aktar dettaljata tal-“linji ta’ kreditu mhux impenjati” fil-portafoll. |
|
(98) |
Barra minn hekk, il-kwantifikazzjonijiet inklużi fl-argumenti tad-Danimarka (72) ma jgħaddux minn skrutinju. L-ammonti ta’ tniżżil fil-valur ex ante u d-dispożizzjonijiet tar-riskju ma kinux issostanzjati minn rapport ta’ valwazzjoni indipendenti (73). Barra minn hekk, meta titqies il-possibbiltà li FIH Group ma jkunx jista’ jirrispetta l-garanziji ex post, ma hemmx raġuni għalfejn it-telf ta’ Newco ma jistax jaqbeż DKK 2,7 biljun, u f’dan il-każ l-FSC (u għalhekk il-Gvern Daniż) ikollha kuntrattwalment tirrikapitalizza lil Newco qabel il-likwidazzjoni finali tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pretensjoni li kull telf ta’ investiment ikun limitat għal DKK 1,05 biljun mhijiex sostanzjata. |
|
(99) |
Il-fatt li t-termini tal-miżuri kienu nnegozjati bejn l-FSC u FIH Holding mhux neċessarjament ifisser li l-miżuri twettqu f’termini tas-suq. Jekk id-Danimarka kellha l-intenzjoni li tagħti ammont sostanzjali ta’ għajnuna addizzjonali lil bank li kien qed jiffaċċja diffikultajiet ta’ likwidità gravi, dan il-fatt waħdu ma jeskludix in-negozjati bejn l-awtoritajiet u dak il-bank dwar punti speċifiċi tat-tranżazzjoni. Minħabba l-aspett bilaterali tan-negozjati li seħħew, dawn ma kellhomx karatteristiċi bħal dawk ta’ proċedura ta’ offerta mhux diskriminatorja miftuħa jew ta’ tqabbil għal tranżazzjonijiet tas-suq simili. Għalhekk, il-fatt li seħħew in-negozjati ma jwassalx awtomatikament għall-fatt li l-miżuri huma konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(100) |
Fir-rigward tar-rapport ta’ KPMG tas-7 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni taqbel li minħabba l-kumplessità tal-miżuri, it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jenħtieġ li jiġu vvalutati fl-intier tagħhom, għaliex ma hemmx dispożizzjonijiet individwali li jistgħu jiġu allokati għar-rimunerazzjoni ta’ kull element individwali. Madankollu, l-analiżi inkluża fir-rapport ta’ KMPG ma ħarsitx lejn il-possibbiltà ta’ xenarji negattivi aktar estremi li fihom FIH Holding forsi ma tkunx tista’ tirrispetta l-impenji tagħha. Barra minn hekk, l-analiżi ma rnexxilhiex tindirizza rimunerazzjoni fuq il-kapital ta’ DKK 2,0 biljun investit. Kif spjegat fil-premessa 98, ma jistax ikun hemm konformità mal-imġiba tas-suq minħabba li ma hemm l-ebda rimunerazzjoni annwali fuq il-kapital u minħabba parteċipazzjoni ta’ 25 % biss ta’ kull żieda fl-ekwità fuq perjodu ta’ investiment ta’ seba’ snin, kemm fuq bażi awtonoma kif ukoll bħala parametru fil-mudell ta’ rimunerazzjoni sħiħ (74). |
|
(101) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li taħt rikapitalizzazzjoni ibrida tal-Grad 1 preċedenti (75) FIH kellha tħallas kupun annwali ta’ 11,46 % kull sena. Barra minn hekk, fil-bidu ta’ Marzu 2012, id-dejn superjuri ta’ FIH kien ikkwotat fis-suq bi qligħ implikat li jaqbeż l-10 %. Għalhekk, ir-raġunament tal-Kummissjoni li rimunerazzjoni għall-kapital jenħtieġ li tkun mill-inqas 10 % huwa ġġustifikat. Operatur tas-suq probabbilment jirrikjedi rimunerazzjoni ta’ livell aktar għoli minn hekk, minħabba r-riskji partikolari relatati mal-konċentrazzjoni u mal-kwalità inferjuri (76) tal-portafoll tal-proprjetà immobbli ta’ Newco flimkien mal-klassifikazzjoni tal-kreditu subordinata ta’ investiment ta’ ekwità. Għalhekk, rimunerazzjoni ta’ 6,5 % kif imressaq mid-Danimarka (77) hija b’mod ċar insuffiċjenti. Ta’ min jinnota wkoll li t-tranżazzjoni tiġġenera redditu mistenni negattiv. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri favur FIH mhumiex konformi mal-MEOP. Din il-valutazzjoni, u b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tqis ir-riskji finanzjarji li kienet esposta għalihom l-FSC minħabba l-miżuri ta’ għajnuna tal-2009, ġiet ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2018 (78). |
5.1.3. Is-selettività
|
(103) |
L-użu tal-miżuri kien jikkonċerna biss FIH Group u Newco. Għalhekk, il-miżuri kienu selettivi. |
5.1.4. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(104) |
Il-miżuri għenu lil FIH issaħħaħ il-kapital u l-pożizzjoni tal-likwidità tagħha meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħha li ma setgħux jibbenefikaw minn miżuri simili. Il-miżura għalhekk ippermettiet lil FIH ittejjeb il-pożizzjoni tas-suq tagħha. Il-miżura għalhekk tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(105) |
Minħabba l-integrazzjoni tas-suq bankarju fil-livell Ewropew, il-vantaġġ mogħti lil FIH inħass mill-kompetituri kemm fid-Danimarka (fejn joperaw il-banek minn Stati Membri oħra) kif ukoll fi Stati Membri oħra. Għalhekk, il-miżuri jridu jitqiesu bħala miżuri li potenzjalment jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.2. Ammont tal-għajnuna
|
(106) |
Huwa kkalkulat li l-ammont ta’ għajnuna totali tal-miżuri (79) huwa madwar DKK 2,25 biljun (madwar EUR 300 miljun). Sabiex tikkwantifika l-ammont tal-għajnuna, il-Kummissjoni qieset:
|
|
(107) |
Bħala fattur ta’ mitigazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-annullament bikri tal-garanziji tal-gvern li jammontaw għal DKK 0,28 biljun jenħtieġ li jitnaqqsu mill-ammont totali tal-għajnuna. |
|
(108) |
Kif indikat fil-premessi 82 u 100, il-Kummissjoni użat approċċ olistiku fil-valwazzjoni tal-imgħax kollu u flussi ta’ flus oħra, id-drittijiet u l-garanziji mogħtija, filwaqt li qieset:
|
|
(109) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq esperti esterni għal parir dwar il-valwazzjoni (82). |
5.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat
5.3.1. Il-bażi ġuridika għall-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(110) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jipprevedi li l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta tkun maħsuba biex “tirrimedja għal taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Minħabba ċ-ċirkostanzi attwali u anki ċ-ċirkostanzi fis-swieq finanzjarji fiż-żmien tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri jistgħu jiġu eżaminati skont din id-dispożizzjoni. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni taċċetta li l-kriżi finanzjarja ħolqot ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom il-falliment ta’ bank partikolari jista’ jdgħajjef il-fiduċja fis-sistema finanzjarja b’mod ġenerali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali. Dan jista’ jkun il-każ anki għal bank żgħir li ma jkunx qiegħed f’diffikultà immedjata iżda taħt superviżjoni stretta mir-regolatur finanzjarju, bħal FIH. Id-dejn ta’ bejn sentejn u erba’ snin ta’ dak il-bank kien ipprezzat f’firxiet ta’ 600-700 punt bażi fuq EURIBOR fiż-żmien tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ. Dan il-livell ta’ pprezzar huwa indikazzjoni ċara ta’ diffikultà imminenti. F’każijiet bħal dawn, jista’ jkun meħtieġ intervent bikri sabiex jiġi evitat li l-istituzzjoni kkonċernata ssir instabbli u biex jiġi evitat theddid għall-istabbiltà finanzjarja. Dan huwa partikolarment il-każ f’ekonomija żgħira bħad-Danimarka fejn il-kontropartijiet għandhom it-tendenza li ma jiddistingwux bejn il-banek individwali, u għalhekk jestendu n-nuqqas ta’ fiduċja ġġenerat mill-falliment ta’ bank partikolari għas-settur kollu. Għalhekk, il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri kollha koperti minn din id-Deċiżjoni hija l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(112) |
B’mod speċifiku fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-trasferiment tal-assi lill-FSC, il-Kummissjoni se tivvaluta l-miżuri fir-rigward tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. |
|
(113) |
Imbagħad, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ ristrutturar fir-rigward tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
5.3.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti
|
(114) |
Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti tistabbilixxi l-prinċipji li jirrigwardaw il-valwazzjoni u t-trasferiment tal-assi indeboliti u l-kompatibbiltà tal-miżuri mat-Trattat. Għandu jiġi vvalutat jekk l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu u jekk hemmx kontribuzzjoni proprja suffiċjenti tal-bank u tal-azzjonisti tiegħu. |
|
(115) |
Skont il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-banek jenħtieġ li jġarrbu t-telf assoċjat mal-assi indeboliti sal-limitu massimu. Il-punt 21 jirrikjedi rimunerazzjoni korretta tal-Istat għall-miżura ta’ salvataġġ tal-assi, tkun xi tkun il-forma tagħha, sabiex tiġi żgurata responsabbiltà u kondiviżjoni tal-piżijiet ekwivalenti mill-azzjonisti irrispettivament mill-mudell preċiż li jintgħażel. |
|
(116) |
Fil-forma oriġinali tagħhom, il-miżuri pprevedew rimunerazzjoni ugwali għall-kost ta’ finanzjament tal-Gvern Daniż flimkien ma’ 100 punt bażi biss għal-likwidità. Ma kienet prevista l-ebda rimunerazzjoni għall-investiment ta’ ekwità, minbarra żieda parzjali (25 %) fil-każ li r-riżoluzzjoni netta tipproduċi eċċess permezz tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-prezzijiet. Barra minn hekk, f’xenarju negattiv fejn il-portafoll tal-assi ta’ Newco jiddeterjora b’mod sinifikanti, il-kumpens għall-FSC jiġi pprovdut minn FIH Holding li, f’dawk iċ-ċirkostanzi, x’aktarx ma jkollhiex il-kapaċità li tirrispetta l-obbligi tagħha. Għalhekk kien jidher li ma kienx probabbli, kif imsemmi fil-premessi minn 66 sa 73 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, li r-rimunerazzjoni u l-kontribuzzjoni proprja jkunu suffiċjenti biex l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern skont il-gwida fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. |
|
(117) |
Skont il-punt 39 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-Kummissjoni għalhekk analizzat fid-dettall il-valur tas-suq tal-miżuri. Bl-għajnuna ta’ espert estern, hija stmat distribuzzjoni probabilistika tal-eżiti għall-portafoll tal-assi ta’ Newco u kkalkulat l-effett fuq il-valuri tal-assi tal-likwidazzjoni terminali probabbli permezz tal-ftehim għax-xiri tal-ishma. |
|
(118) |
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet vantaġġi permezz ta’ rimunerazzjoni tal-ekwità fl-imgħoddi u telf potenzjali marbut mal-kwalità tal-kreditu ta’ FIH Holding, imgħax eċċessiv għas-self għall-assorbiment tat-telf, marġnijiet pożittivi fuq il-finanzjament lil Newco minn FIH u drittijiet żejda għall-amministrazzjoni u l-iħħeġġjar derivattiv. Il-Kummissjoni sabet ukoll fatturi ta’ mitigazzjoni bħal pereżempju l-annullament bikri tal-garanziji tal-gvern. B’kollox, il-miżuri kien fihom element ta’ għajnuna mill-Istat ta’ madwar DKK 2,25 biljun. |
|
(119) |
Filwaqt li tqiesu l-punti 40 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, id-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur ekonomiku reali ġiet ivvalutata billi twettaq l-istess kalkolu bħal dak tal-valutazzjoni tal-valur tas-suq b’żewġ adattamenti. L-ewwel nett, id-distribuzzjoni tal-eżiti kienet ibbażata fuq il-valuri ekonomiċi reali tal-portafoll tal-assi, minflok il-valuri tas-suq. It-tieni nett, ir-rimunerazzjoni meħtieġa għall-ekwità kienet ibbażata fuq is-solliev tal-kapital nett effettiv tal-miżuri. |
|
(120) |
Fid-deċiżjoni tal-2014, wara dikjarazzjoni mill-FSA, il-Kummissjoni vvalutat l-effett ta’ solliev tal-kapital gross tal-miżuri, fil-livell ta’ FIH Holding, bħala DKK 375 miljun (83). Dan l-ammont jista’ jinqasam fi:
|
|
(121) |
Ir-riskju marbut mal-qligħ kien jikkorrispondi għar-riskju li FIH ikollha tattira kapital addizzjonali biex tkopri t-telf antiċipat għas-sena li tkun ġejja. Madankollu, f’dan il-każ, FIH kienet bi żball attribwiet żvilupp pożittiv fil-kalkolu tar-riskju marbut mal-qligħ peress li assumiet ffrankar antiċipat tal-imgħax minħabba tifdija bikrija ta’ DKK 1,9 biljun ta’ kapital ibridu (84). Dan l-iffrankar ma setax joħloq riskju li jkun meħtieġ kapital addizzjonali, u b’hekk ma kien hemm l-ebda solliev tal-kapital għal FIH taħt il-pożizzjoni tar-riskju marbut mal-qligħ. Dan il-kalkolu żbaljat kien imtenni f’dikjarazzjoni mill-FSA, iżda aktar tard ġie rettifikat f’korrispondenza sussegwenti. Madankollu, peress li fid-deċiżjoni tal-2014 il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-kalkolu inizjali, hija stabbiliet l-effett ta’ solliev tal-kapital għal DKK 375 miljun u mhux DKK 275 miljun. Għal din ir-raġuni, il-Qorti Ġenerali, bis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Settembru 2019, annullat id-deċiżjoni tal-2014. Minn dan jirriżulta li l-ammont korrett ta’ solliev tal-kapital gross tal-miżuri ta’ għajnuna jenħtieġ li jkun stabbilit għal DKK 275 miljun. Dan is-solliev tal-kapital jenħtieġ li jiġi rimunerat kif xieraq sabiex il-miżura tkun kompatibbli mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Il-Kummissjoni tistma li r-rimunerazzjoni meħtieġa għas-solliev tal-kapital biex ikun kompatibbli mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jenħtieġ li tammonta għal mill-inqas 10 % fis-sena (85). |
|
(122) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-valur tat-trasferiment tal-assi kien DKK 254 miljun aktar mill-valur ekonomiku reali tagħhom (86), li kien jeħtieġ li jiġi rimunerat u rkuprat. |
|
(123) |
Barra minn hekk, kellhom jiġu rkuprati DKK 143,2 miljun f’drittijiet żejda. |
|
(124) |
Biex il-miżuri jinġiebu f’konformità mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti:
|
|
(125) |
Id-Danimarka żgurat li FIH ħallset dawk l-ammonti (90) u rrispettat il-ftehimiet kollha skont id-dokumenti ta’ għeluq tal-miżuri (91). |
|
(126) |
Id-Danimarka timpenja ruħha li FIH ma tħallas l-ebda dividend sakemm isir is-saldu finali tal-kontijiet ta’ Newco skont il-ftehim għax-xiri tal-ishma, sabiex timmitiga r-riskju tal-kreditu li tiffaċċja FIH Holding għall-FSC. |
|
(127) |
Bħala konklużjoni, il-miżuri fl-intier tagħhom huma proporzjonati, limitati għall-minimu u jipprovdu biżżejjed kontribuzzjoni proprja minn FIH. Barra minn hekk, minħabba l-pagament li sar fl-4 ta’ Diċembru 2013 (92) lill-FSC kif ukoll l-impenji addizzjonali fir-rigward tar-rimunerazzjoni u tad-drittijiet, il-miżuri jipprevedu rimunerazzjoni xierqa skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. |
5.3.3. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 (93)
(a) Vijabbiltà
|
(128) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali jrid iwassal għal restawr tal-vijabbiltà tal-bank, jew għall-istralċ b’mod ordnat tiegħu, jiġi żgurat li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju u jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju (kondiviżjoni tal-piżijiet), u jinkludi biżżejjed miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(129) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, Stat Membru jrid jipprovdi pjan ta’ ristrutturar komprensiv li juri kif se tiġi restawrata l-vijabbiltà fuq terminu twil tal-benefiċjarju mingħajr għajnuna mill-Istat u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u f’massimu ta’ ħames snin. Il-vijabbiltà fuq terminu twil tinkiseb biss meta bank ikun jista’ jikkompeti bil-mezzi proprji fuq is-suq kapitali waqt li jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Biex jopera b’dan il-mod bank għandu jkun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi redditu fuq l-ekwità xieraq, filwaqt li jitqies il-profil tar-riskju tal-bank. Ir-ritorn għall-vijabbiltà jenħtieġ li jiġi prinċipalment minn miżuri interni u jkun ibbażat fuq pjan ta’ ristrutturar kredibbli. |
|
(130) |
Il-pjan ta’ ristrutturar imressaq mid-Danimarka fir-rigward ta’ FIH li jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2016 juri ritorn għall-vijabbiltà fi tmiem dak il-perjodu ta’ ristrutturar. Il-bank kien mistenni li jibqa’ jagħmel profitt u jtejjeb ir-riżultati annwali tiegħu b’mod partikolari matul il-perjodu mill-2013 sal-2016, b’redditu fuq l-ekwità xieraq fin-negozju ġġenerat ġdid. Fl-agħar xenarju possibbli, il-bank xorta jiġġenera profitt, u l-profitt nett jitjieb minn DKK 51 miljun (EUR 6,8 miljun) fl-2013 għal DKK 122 miljun (EUR 16,27-il miljun) fl-2016. |
|
(131) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-proporzjon kapitali totali ta’ FIH ikun jilħaq sa 19,6 % u l-proporzjon tal-likwidità statutorja milli kien mistenni li jkun 160 %. Dawk il-proporzjonijiet kollha jaqbżu b’mod sinifikanti r-rekwiżiti regolatorji minimi. Għalhekk il-grupp jidher kapitalizzat sew u jidher li għandu pożizzjoni ta’ likwidità komda. |
|
(132) |
Wara l-miżuri, b’mod partikolari t-trasferiment tas-self, FIH kienet f’pożizzjoni mhux biss li tħallas il-bonds garantiti mill-gvern fl-2013 fil-ħin iżda wkoll li tħallas lura l-kapital ibridu fit-2 ta’ Lulju 2013 li kienet irċeviet mill-gvern. |
|
(133) |
Il-miżuri tejbu l-profil tal-likwidità ta’ FIH li setgħet tikseb proporzjon tal-likwidità statutorja ta’ 214 % mill-31 ta’ Diċembru 2012 u kienet mistennija tikseb proporzjon ta’ 239,7 % mill-31 ta’ Diċembru 2013 (94) u b’hekk taqbeż ir-rekwiżiti tal-likwidità regolatorji b’mod sinifikanti. |
|
(134) |
B’mod partikolari, id-diskrepanza tal-likwidità li kienet qed thedded lil FIH qabel tneħħiet permezz ta’ trasferiment tal-assi, bl-għajnuna tal-faċilità ta’ finanzjament ta’ DKK 13-il biljun ipprovduta mill-FSC lil Newco. Barra minn hekk, l-FSC impenjat ruħha li tirrikapitalizza Newco matul il-ħajja tal-miżuri jekk ikun meħtieġ (95). Bħala riżultat ta’ dan, kull kwistjoni immedjata ta’ rikapitalizzazzjoni għal FIH kienet antiċipata. |
|
(135) |
Fil-qosor, bl-iżgurar tal-profitabbiltà u tal-likwidità, u bażi ta’ kapital suffiċjenti, FIH kienet tidher li tinsab f’pożizzjoni tajba biex tikseb vijabbiltà fuq terminu twil fuq bażi awtonoma. |
|
(136) |
Għalkemm fl-agħar xenarju possibbli r-redditu qabel it-taxxa fuq l-ekwità normalizzata kien ibbaġitjat bħala 0,9 % biss fil-31 ta’ Diċembru 2013 u 2,0 % (96) fil-31 ta’ Diċembru 2016, l-aħjar xenarju kien ibassar redditu fuq l-ekwità normalizzata ta’ 10,3 % u 11,2 % għall-2013 u għall-2016 rispettivament. |
|
(137) |
Il-Kummissjoni normalment ma tużax il-kunċett ta’ “ekwità normalizzata” minħabba li din regolarment twassal għal redditu ogħla fuq l-ekwità milli jekk il-kalkoli jkunu bbażati fuq l-ekwità reali. Madankollu, f’dan il-każ, id-Danimarka ħadet impenn li FIH Holding u FIH iżommu l-qligħ akkumulat f’livell għoli, sabiex jiggarantixxu aħjar ħlas xieraq lill-FSC. B’mod partikolari jekk Newco ġġenerat rikavati aktar baxxi b’mod sinifikanti milli dawk previsti minn FIH, FIH (permezz tas-self għall-assorbiment tat-telf) u FIH Holding (permezz tal-garanzija mogħtija lill-FSC) iġarrbu l-kostijiet sabiex jiżguraw ir-rimunerazzjoni ta’ FIH f’livell li huwa proporzjonat mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-akkumulazzjoni tal-qligħ imfaddal madankollu żiedet l-ekwità għal livell relattivament għoli (DKK 8,4 biljun fl-aħjar xenarju, DKK 7,3 biljun fl-agħar xenarju) li naqqas il-proporzjon tar-redditu fuq l-ekwità. FIH ma kinitx f’pożizzjoni li tikkontrobatti dan il-proċess sakemm ma pproduċietx telf (li la huwa previst u lanqas mixtieq). Għalhekk, fix-xenarju attwali, huwa preferibbli li jintuża l-kunċett tal-“ekwità normalizzata” sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta sew il-profitabbiltà tal-bank, filwaqt li twarrab ir-riżultati tal-akkumulazzjoni tal-qligħ imfaddal. |
|
(138) |
Barra minn hekk, FIH toħroġ mil-linja ta’ azzjoni relattivament riskjuża tal-akkwiżizzjoni tal-finanzjament li wasslet għal tnaqqis fir-riskju tal-attivitajiet tan-negozju tagħha u tpoġġi l-mudell tan-negozju tagħha fuq bażi aktar solida. Aktar minn hekk, bi proporzjon kapitali totali ta’ 20,8 % (97) fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, FIH kienet tidher li hija kapitalizzata żżejjed (98) fid-dawl tal-mudell ta’ negozju tagħha u għalhekk kienet esposta ħafna inqas minn qabel għar-riskji tas-suq li setgħu jipperikolaw l-eżistenza tagħha bħala negozju avvjat. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-pjan ta’ ristrutturar kien xieraq biex jirrestawra l-vijabbiltà fuq terminu twil ta’ FIH. |
(ii) Vijabbiltà
|
(140) |
Id-Danimarka impenjat ruħha li ma titlob lil FIH tħallas l-ebda dividend matul il-fażi ta’ ristrutturar u li tħallas lura rikapitalizzazzjoni tal-Istat preċedenti ta’ DKK 1,9 biljun. Barra minn hekk, FIH ma tagħmel l-ebda ħlas ta’ kupuni lill-investituri fi strumenti ibridi jew kwalunkwe strument li għalih l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom id-diskrezzjoni li jħallsu l-kupuni jew jeżerċitaw, tkun xi tkun il-klassifikazzjoni regolatorja tagħhom, inklużi l-istrumenti tad-dejn subordinat, jekk ma jkunx jeżisti obbligu ġuridiku biex isiru pagamenti. |
|
(141) |
Barra minn hekk, kif konkluż fil-premessa 127, ir-rimunerazzjoni tal-miżuri tal-assi indeboliti kienet stabbilita f’livell xieraq. |
|
(142) |
Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar indirizza b’mod suffiċjenti r-rekwiżit tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. |
(iii) Distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(143) |
Il-pjan ta’ ristrutturar ippreveda li FIH tirtira minn ċerti linji operatorji (il-finanzjament tal-proprjetà, l-ekwità privata u l-ġestjoni tal-ġid privat). B’mod partikolari, DKK 15,4-il biljun ta’ assi tal-finanzjament tal-proprjetà (25 % tal-karta bilanċjali tal-2012) ġew trasferiti lil Newco. |
|
(144) |
Id-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet emendat ippreveda wkoll projbizzjoni fuq gwida tal-prezzijiet għad-depożiti jekk is-sehem mis-suq ta’ FIH kien jaqbeż il-5 %. Dan l-impenn ippermetta lil FIH ittejjeb aktar il-pożizzjoni ta’ finanzjament tagħha fis-suq filwaqt li fl-istess ħin tistabbilixxi livell limitu għall-evitar ta’ prattiki eċċessivi. Barra minn hekk, ikun hemm projbizzjoni fuq prattiki kummerċjali aggressivi biex jiġu salvagwardjati l-kompetituri minn imġiba tas-suq eċċessiva. Ta’ min jinnota li l-ebda parteċipant fis-suq ma kkummenta dwar il-politika ta’ FIH dwar l-ipprezzar tad-depożiti wara li l-Kummissjoni bdiet il-proċedimenti fuq dik il-kwistjoni. |
|
(145) |
Barra minn hekk, FIH tagħmel ċessjoni tal-investiment tagħha f’fondi tal-ekwità privata u investiment ta’ ekwità oħra u ma jibqax ikollha istitut ipotekarju fl-istruttura tal-kumpanija tagħha wara l-31 ta’ Diċembru 2014. Għalhekk, dawk il-linji ta’ azzjoni jitħallaw għall-kompetituri wkoll u l-preżenza ta’ FIH fis-suq se titnaqqas skont dan. |
|
(146) |
Aktar minn hekk, FIH Realkredit (99) kienet likwidata fl-2013 u l-attivitajiet tan-negozju kollha fil-qasam tan-negozju tal-Akkwiżizzjoni tal-Finanzjament twaqqfu. |
|
(147) |
Barra minn hekk, FIH diġà kienet naqqset l-assi totali tagħha minn DKK 109,3 biljun (EUR 14,67-il biljun) fil-31 ta’ Diċembru 2010 għal DKK 60,8 biljun (EUR 8,16 biljun) sal-31 ta’ Diċembru 2012, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 44 %. |
|
(148) |
Flimkien, dawk l-impenji wasslu għal mitigazzjoni suffiċjenti tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba li l-opportunitajiet tan-negozju li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ profitt għal FIH kienu abbandunati u tħallew għall-kompetituri tagħha. |
5.4. Konklużjoni u l-għeluq tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(149) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-miżuri kkonċernati kinux immirati sew kif rikjest mill-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (100). B’mod partikolari f’dak l-istadju, ma kienx ċar jekk l-investituri iqisux FIH bħala sollevata mill-agħar assi tagħha, u jekk humiex lesti jipprovdu finanzjament f’kundizzjonijiet sopportabbli. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ FIH wera li l-bank kellu bafer kapitali suffiċjenti anki f’xenarju taħt stress u li x’aktarx kien jibqa’ vijabbli fi żviluppi makroekonomiċi mhux favorevoli. |
|
(150) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji wkoll dwar jekk il-miżuri kinux limitati għall-minimu u jekk ipprevedux kontribuzzjoni proprja suffiċjenti (101), b’mod partikolari minħabba l-kumplessità tal-miżuri. |
|
(151) |
Wara valutazzjoni dettaljata tal-elementi u r-rabtiet tagħhom, il-Kummissjoni tqis li r-rimunerazzjoni li FIH tħallas għall-miżuri sservi bħala kontribuzzjoni proprja suffiċjenti u hija konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Il-Kummissjoni tilqa’ l-pagament “ta’ darba” lill-FSC u l-impenji li ttieħdu f’dan ir-rigward (102). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-miżuri tejbu l-profil tal-likwidità tal-bank, li fix-xenarji kollha, baqa’ likwidu u vijabbli skont il-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(152) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet aktar dubji dwar jekk ġiex issodisfat ir-rekwiżit tal-limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, id-Danimarka sussegwentement impenjat ruħha li FIH tkun soġġetta għal projbizzjoni fuq il-kupun, projbizzjoni fuq id-dividendi, projbizzjoni fuq gwida tal-prezzijiet (inkluż għad-depożiti) u projbizzjoni fuq prattiki kummerċjali aggressivi, u għal impenji ta’ ċessjoni. |
|
(153) |
B’mod globali, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat mid-Danimarka indirizza b’mod xieraq il-kwistjonijiet tal-vijabbiltà, tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u għalhekk kien konformi mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. |
|
(154) |
Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri kienu mmirati sew, limitati għall-minimu u pprevedew distorsjoni limitata tal-kompetizzjoni. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni relatati mal-kompatibbiltà tal-miżuri, imqajma inizjalment fid-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ, tneħħew. |
6. KONFORMITÀ TAL-MIŻURI MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 2014/59/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (103) DWAR L-IRKUPRU U R-RIŻOLUZZJONI TAL-BANEK
|
(155) |
Għalkemm l-Istati Membri ttrasponew id-Direttiva 2014/59/UE fil-liġi nazzjonali, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżura tiksirx dispożizzjonijiet marbuta b’mod indissolubbli tad-Direttiva 2014/59/UE. |
|
(156) |
Dak l-obbligu huwa f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, li konsistentement iddeċidew (104)“li dawk l-aspetti ta’ għajnuna li jmorru kontra dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat ħlief [l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat] jistgħu jkunu marbuta b’mod tant indissolubbli mal-għan tal-għajnuna li huwa impossibbli li jiġu evalwati separatament tant li l-effett tagħhom fuq il-kompatibbiltà jew l-inkompatibbiltà tal-għajnuna meqjusa bħala ħaġa waħda għandu għalhekk jiġi ddeterminat fid-dawl tal-proċedura preskritta fl-[Artikolu 108]” (105) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
(157) |
Biex jiġi vvalutat jekk ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni huwiex marbut b’mod indissolubbli mal-miżura, għandu jiġi stabbilit jekk il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat tiksirx neċessarjament dispożizzjoni speċifika tad-dritt tal-Unjoni li hija rilevanti għall-analiżi tal-kompatibbiltà skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 107 tat-Trattat. |
|
(158) |
Din id-Deċiżjoni tirreferi għall-miżuri stabbiliti mill-awtoritajiet Daniżi qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE. Id-Direttiva 2014/59/UE ġiet tabilħaqq adottata fil-15 ta’ Mejju 2014 u l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi tal-Istati Membri kienet l-1 ta’ Jannar 2015 (106), filwaqt li l-miżuri kkonċernati mill-każ inkwistjoni ngħataw fl-2012. Bħala konsegwenza, id-Direttiva 2014/59/UE ma tapplikax għal dan il-każ. |
7. KONKLUŻJONI
|
(159) |
Abbażi tan-notifika u fid-dawl tal-impenji ppreżentati mid-Danimarka (u li d-Danimarka kkonfermat fl-ittra tagħha mibgħuta fit-13 ta’ Jannar 2020) ġie konkluż li l-miżuri notifikati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u huma kompatibbli mas-suq intern. L-adegwatezza tal-miżuri kif ukoll il-vijabbiltà tal-bank u l-kontribuzzjonijiet proprji flimkien mal-miżuri għall-mitigazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni jidhru suffiċjenti. Għalhekk, il-miżuri jenħtieġ li jiġu approvati skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat u l-proċedimenti li nbdew jenħtieġ li jingħalqu, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-trasferiment tal-assi minn FIH Group għall-Kumpanija Daniża tal-Istabbiltà Finanzjarja, flimkien mal-ftehimiet sekondarji, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Din l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b), fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 359, 21.11.2012, p. 1.
(2) “Att dwar l-Injezzjonijiet tal-Kapital Iffinanzjati mill-Istat” (lov om statsligt kapitalindskud) ifisser l-Att Numru 67 tat-3 ta’ Frar 2009 u l-ordnijiet eżekuttivi maħruġa skontu. L-Att ġie approvat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2009 (ĠU C 50, 3.3.2009, p. 4).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012 fil-kawża SA.34445 (2012/C) (ex 2012/N) (ĠU C 359, 21.11.2012, p. 1).
(4) Dawk il-miżuri ta’ għajnuna huma deskritti fid-dettall fil-premessi minn 10 sa 23 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ.
(5) Ara l-premessa 1.
(6) Il-pjan kien soġġett għal emendi sussegwenti.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/884/UE tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.34445 (12/C) implimentata mid-Danimarka għat-trasferiment tal-assi relatati mal-proprjetà minn FIH għall-FSC; (ĠU L 357, 12.12.2014, p. 89).
(8) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-386/14, ECLI:EU:T:2016:474.
(9) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża C-579/16 P, ECLI:EU:C:2018:159.
(10) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-386/14 RENV, ECLI:EU:T:2019:623.
(11) Għal aktar dettalji, ara l-premessi 120 u 121.
(12) Ir-rinunzja tal-lingwa ppreżentata fit-13 ta’ Jannar 2020.
(13) Ingħaqdet b’fużjoni ma’ FIH Erhvervsbank A/S bħala kumpanija kontinwa fit-23 ta’ Awwissu 2013.
(14) Ġiet likwidata fl-2013, ara l-premessa 64.
(15) Oriġinarjament l-ibbankjar kien jikkonsisti fi: 1) l-ibbankjar korporattiv, li huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ self ta’ FIH, b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u medji; 2) il-finanzjament tal-akkwiżizzjoni, li jipprovdi finanzjament strutturat għall-fużjonijiet u għall-akkwiżizzjonijiet fis-suq Skandinavu, u 3) il-finanzjament tal-proprjetà, li jipprovdi l-kapital u servizzi ta’ konsulenza għall-investituri tal-proprjetà. Mid-data tad-deċiżjoni tal-2014, il-finanzjament tal-proprjetà ma għadux linja ta’ azzjoni f’FIH, kif spjegat fil-premessa 43.
(16) Is-segment tas-swieq ipprovda servizzi ta’ konsulenza finanzjarja għal kumpaniji kbar u medji relatata ma’, pereżempju, l-immaniġġjar tar-riskju, il-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet u l-istruttura tal-kapital. Is-segment tas-swieq kien ukoll responsabbli għall-immaniġġjar tal-attivitajiet orjentati lejn in-negozjar u l-klijenti fis-swieq tar-rati tal-imgħax, tal-kambju u tat-titoli.
(17) Is-segment tal-finanzjament korporattiv jipprovdi servizzi ta’ konsulenza finanzjarja dwar il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet, il-privatizzazzjonijiet u l-injezzjonijiet tal-kapital eċċ.
(18) PF I A/S hija l-kumpanija azzjonarja għas-sjieda ta’ FIH Holding ta’ Folksam Ömsesidig Livsförsäkring/Folksam Ömsesidig Sakförsäkring’s u C.P. Dyvig & Co A/S ta’ PFA Pension.
(19) Il-pjan ta’ ristrutturar juża t-terminu “Proporzjon ta’ Solvenza”. Madankollu, it-terminu “proporzjon ta’ solvenza fir-rappurtar finanzjarju” ifisser il-proporzjon tal-profitti ta’ kumpanija wara t-taxxa u d-deprezzamenti mal-obbligazzjonijiet totali tagħha. Għalhekk, dan ikejjel l-abbiltà ta’ kumpanija li tlaħħaq mad-djun tagħha. Huwa jikkwantifika d-daqs tal-introjtu ta’ kumpanija wara t-taxxa, billi ma jgħoddx l-ispejjeż ta’ deprezzament mhux fi flus, b’kuntrast mal-obbligi tad-dejn totali tagħha. Huwa jipprovdi wkoll valutazzjoni tal-probabbiltà li kumpanija tkompli bil-kongregazzjoni tal-obbligi tad-dejn tagħha. Għalhekk, meta l-pjan ta’ ristrutturar juża dan it-terminu, din id-Deċiżjoni tirreferi għall-“Proporzjon Kapitali Totali”, jiġifieri, il-proporzjon tal-kapital totali tal-bank mal-assi totali mwieżna għar-riskju.
(20) Rata tal-kambju tal-31 ta’ Diċembru 2012: EUR 1 = DKK 7,4610 (BĊE).
(21) Il-kapital operatorju huwa definit bħala s-somma tad-depożiti, il-bonds maħruġa, id-dejn u l-ekwità subordinati.
(22) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(23) Fl-2010, FIH Group kien tpoġġa għall-bejgħ mill-proprjetarju preċedenti tiegħu, il-Bank Iżlandiż Kaupthing Bank hf, li kien spiċċa fi proċedimenti ta’ stralċ fl-2008.
(24) Ara l-premessa 20.
(25) Ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna. Il-miżuri huma deskritti aktar fil-premessi 27 sa 33.
(26) Il-Memorandum ta’ Għeluq bejn FIH u l-FSC, tat-2 ta’ Lulju 2012.
(27) Mill-akkwiżizzjoni tagħha mill-FSC, Newco ngħatat isem ġdid “FS Property Finance A/S” iżda baqgħet tinsab fl-istess indirizz bħala l-uffiċċju prinċipali ta’ FIH.
(28) L-FSC hija l-istrument Daniż tal-Istat li jieħu ħsieb il-miżuri differenti li jinkludu l-użu tar-riżorsi tal-Istat għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja.
(29) Ara d-Deċiżjoni N 407/2010 tat-30.9.2010 (ĠU C 312, 17.11.2010, p. 7); id-Deċiżjoni SA.31938 (N 537/2010) tas-7.12.2010 (ĠU C 117, 15.2.2011, p. 2); id-Deċiżjoni SA.33001 (2011/N) – il-Parti A tat-28.6.2011 (ĠU C 237, 13.8.2011, p. 2); id-Deċiżjoni SA.33001 (2011/N) – il-Parti B tal-1.8.2011 (ĠU C 271, 14.9.2011, p. 4); id-Deċiżjoni SA.33757 (2011/N) tad-9.12.2011 (ĠU C 22, 27.1.2012, p. 5); u d-Deċiżjoni SA.34227(2012/N) tas-17.2.2012 (ĠU C 128, 3.5.2012, p. 1) kif ukoll id-Deċiżjoni SA.33639 (2011/N) – Għajnuna ta’ Salvataġġ għall-Max Bank tas-7.10.2011 (ĠU C 343, 23.11.2011, p. 13).
(30) L-objettiv tal-iskema huwa li tippreserva l-valur fil-banek f’diffikultà permezz ta’ stralċ ikkontrollat fuq il-bażi ta’ negozju avvjat minflok dawk il-banek ikunu soġġetti għal proċedimenti ta’ falliment. Fl-iskema oriġinali, it-titolari ta’ ekwità u d-detenturi ta’ bonds subordinati tal-bank f’diffikultà jitneħħew kompletament. L-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal jiġu trasferiti lill-FSC bħala l-kumpanija ta’ stralċ tal-Istat. L-assi li jistgħu jinbiegħu jiġu mibjugħa lil investituri, u l-assi li jifdal jitqiegħdu f’likwidazzjoni. Id-dħul iġġenerat mill-bejgħ u mill-likwidazzjoni tal-assi jintuża biex jikkumpensa lill-kredituri (detenturi ta’ bonds superjuri u depożitanti).
(31) Ara l-premessi 1 u 4.
(32) Ikkonfermat b’ittra mill-FSA tat-18 ta’ April 2013, imressqa lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika fid-29 ta’ April 2013.
(33) Kuntrattwalment, Newco kellha tħallas ir-rata tal-Bonds effettiva tal-Gvern Daniż fuq sentejn, tliet snin jew ħames snin kif ukoll 1,15 % skont liema maturità tintgħażel minn FIH. Madankollu, saret ir-rata fuq ħames snin de facto.
(34) Il-prezz tax-xiri kien jikkonsisti f’ammont fiss ta’ DKK 2 biljun u ammont varjabbli, skont il-valur ta’ realizzazzjoni terminali ta’ Newco, li huwa deskritt fil-premessa 33.
(35) Ikkonfermat b’ittra tal-Awtorità ta’ Sorveljanza Daniża l-FSA, tat-18 ta’ April 2009 (ara n-nota 32 f’qiegħ il-paġna).
(36) Ġie ffirmat ftehim, fil-prinċipju, li jiddeskrivi ħafna mid-dettalji tal-ftehim għax-xiri tal-ishma u l-ftehimiet sekondarji tiegħu fl-1 ta’ Marzu 2012, u d-dokumenti finali ta’ għeluq ġew iffirmati fl-1 ta’ Lulju 2012.
(37) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).
(38) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1).
(39) B’sottoxenarji differenti.
(40) Sottoxenarju b’imposti tal-indeboliment aktar baxxi.
(41) Ikkalkulata abbażi tal-ammont tal-ekwità li jikkorrispondi għal proporzjon tal-kapital ewlieni ta’ 16 %, meta jitqiesu l-pożizzjonijiet ta’ riskju tal-bank, u filwaqt li ma jiġi preżunt l-ebda effett fuq il-profitt/telf.
(42) Ta’ min jinnota li l-preżunzjoni ta’ żieda fil-kost nett fl-2013 ta’ DKK 310,25 miljun permezz ta’ ħlas skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti + imgħax u DKK 61,7 miljun ta’ rifużjonijiet tad-dritt ta’ amministrazzjoni (ara aktar ’il quddiem fil-premessa 124), il-profitt nett u ċ-ċifra tat-telf għall-bank x’aktarx ikunu negattivi fl-2013 fiż-żewġ xenarji. FIH kienet ibbilanċjat sew dak l-effett permezz ta’ eżerċizzju tal-ġestjoni tal-likwidità f’Diċembru 2013. L-effett fl-2016 huwa negliġibbli, minħabba li ċ-ċifri kienu kkwotati bħala redditu “normalizzat” fuq l-ekwità.
(43) Sottoxenarju b’imposti tal-indeboliment għoljin.
(44) Il-Proporzjon tal-Likwidità Statutorja huwa definit bħala l-pożizzjoni tal-likwidità statutorja attwali f’perċentwal tar-rekwiżit ta’ likwidità statutorja. Proporzjon ta’ 100 % kien meħtieġ biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit statutorju, u proporzjon ta’ 214 % għalhekk kien aktar mid-doppju tar-rekwiżit statutorju.
(45) L-aħjar każ assuma kost ta’ finanzjament medju aktar baxx u introjtu ogħla mill-attivitajiet tas-Swieq u l-Finanzjament Korporattiv.
(46) Ara n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.
(47) L-agħar każ assuma żviluppi negattivi sinifikanti fil-livell makroekonomiku kemm b’domanda ta’ kreditu aktar baxxa kif ukoll b’imposti ta’ indeboliment storikament għoljin (għalkemm huwa preżunt li jonqsu fil-perjodu ta’ ristrutturar).
(48) B’effett mill-4 ta’ Diċembru 2013, FIH ittrasferiet ammont ta’ DKK 310,25 miljun lill-FSC (l-ammont kien iddepożitat fit-30 ta’ Settembru 2013). Barra minn hekk, FIH ittrasferiet ammont ta’ DKK 6 575 342. Ara l-premessa 124.
(49) Pereżempju, tnaqqis fil-Valur fir-Riskju minn DKK 50 miljun (EUR 6,71 miljun) fil-31 ta’ Diċembru 2011 għal DKK 35 miljun (EUR 4,7 miljun) fit-22 ta’ April 2013.
(50) Jirreferi għall-konvenzjoni dwar l-għadd tal-jiem għall-ħlas tal-imgħax bħala l-għadd reali ta’ jiem fl-aħħar perjodu (mill-aħħar data ta’ ħlas sal-waħda li jmiss) diviż bl-għadd reali ta’ jiem bejn żewġ 30 ta’ Settembru konsekuttivi.
(51) Inklużi fl-hekk imsejjaħ Dokument dwar il-kundizzjonijiet.
(52) Notifika SANI 6783 tat-2 ta’ Marzu 2012, Nota ta’ FIH lill-Kummissjoni – finali, it-taqsima 3.
(53) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2009 fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(54) It-Trasferiment tal-Assi minn FIH lill-FSC, imressqa mid-Danimarka fl-20 ta’ Marzu 2012.
(55) Ittra elettronika mid-Danimarka lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Marzu 2012.
(56) “Answers to Questionnaire of 4 April 2012 regarding FSC’s purchase of shares from FIH Holding”, imressaq mid-Danimarka lill-Kummissjoni fit-23 ta’ April 2012.
(57) “Statement – FIH Erhvervsbank”, bla data, imressqa lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Mejju 2012.
(58) Ara n-nota 55 f’qiegħ il-paġna u l-premessa 70.
(59) Il-“Prinċipju tal-Investitur f’Ekonomija tas-Suq” (MEIP) huwa terminu ekwivalenti għall-Prinċipju tal-Operatur f’Ekonomija tas-Suq (MEOP) għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni. It-terminu “MEOP” ġie adottat biex ikopri s-sitwazzjoni tal-investituri u atturi oħra tas-suq, bħal pereżempju l-mutwanti, il-kredituri, eċċ.
(60) Sottomissjoni tal-11 ta’ Settembru 2012, Taqsimiet 2, 3 u 4.
(61) Sottomissjoni tal-11 ta’ Settembru 2012 p. 5.
(62) Ara n-nota 37 f’qiegħ il-paġna.
(63) Sottomissjoni tal-11 ta’ Settembru 2012, Taqsima 2, p. 5.
(64) Sottomissjoni tal-11 ta’ Settembru 2012, pp. 6-7.
(65) L-attivitajiet tal-FSC huma regolati mill-Att dwar l-Istabbiltà Finanzjarja u l-Att dwar il-Kummerċ Finanzjarju u l-ordinijiet eżekuttivi maħruġa skonthom. Barra minn hekk, l-FSC hija soġġetta għal dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-kumpaniji tal-Istat. Miżuri oħra previsti qabel mill-FSC instabu li huma imputabbli lill-Istat Daniż fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni NN51/2008 tal-10.10.2008 (“Skema ta’ garanzija għall-banek fid-Danimarka”) (ĠU C 273, 28.10.2008, p. 2).
(66) Ir-redditu mistenni tal-miżuri huwa kkalkulat abbażi tal-flussi ta’ flus futuri, bi skont sabiex jiġi derivat il-valur preżenti nett (ara l-premessi 94 u 95).
(67) Nota mill-FSA dwar FIH Erhvervsbank A/S tas-16 ta’ Mejju 2012, ippreżentata lill-Kummissjoni.
(68) Dan il-fenomenu huwa magħruf fis-swieq finanzjarji bħala “riskju ta’ korrelazzjoni ħażina”. Skont il-parir tal-esperti, il-Kummissjoni assumiet stennija medja ta’ telf kumulattiv implikat ta’ 16 %. Madankollu, dan ġie distribwit b’mod lineari fir-redditi negattivi, u b’hekk ġiet applikata stennija ta’ telf ta’ 91 % fil-każ estrem fejn il-portafoll tal-assi kien jonqos fil-valur għal DKK 5,1 biljun biss, u l-ebda stennija ta’ telf jekk l-assi kien ikollhom redditu pożittiv.
(69) Fl-evidenza, il-Kummissjoni tinnota li f’sitwazzjoni ta’ kriżi, il-livelli ta’ rimunerazzjoni tas-suq għar-rikapitalizzazzjoni faċilment jistgħu jaqbżu l-15 % (J.P. Morgan, European Credit Research, is-27 ta’ Ottubru 2008 u data ta’ Merrill Lynch dwar id-dejn tal-Grad 1 denominat f’Euro għall-istituzzjonijiet tal-grad ta’ investiment). L-istess FIH setgħet tikseb biss rikapitalizzazzjoni mill-gvern Daniż fl-2009 u kellha tħallas kupun ta’ 11,45 % biex tagħmel dan. Fl-aħħar nett, fil-bidu ta’ Marzu 2012, fiż-żmien meta ġie ffirmat il-ftehim għax-xiri tal-ishma, id-dejn superjuri mhux garantit ta’ FIH bħal pereżempju ISIN XS0259416757, b’kupun annwali ta’ 4,91 % u maturità fl-2021, kien ikkwotat fis-suq għal 67 % tal-valur nominali, li jimplika qligħ ta’ aktar minn 10,50 %. Għalhekk huwa loġiku li wieħed jassumi li l-ekwità, b’pożizzjoni ta’ kreditu ħafna aktar subordinata, tirrikjedi dħul ħafna ogħla għal investitur tas-suq.
(70) In-nuqqas ta’ konformità mal-imġiba tas-suq huwa stabbilit mingħajr ma jitqiesu elementi oħra li huma parti mill-ftehim ta’ għeluq, bħal pereżempju l-kost li Newco qed tħallas għall-finanzjament oriġinali u s-self għall-assorbiment tat-telf tagħha, kif ukoll il-drittijiet ta’ amministrazzjoni mħallsa lil FIH għall-ġestjoni tal-assi u l-iħħeġġjar, li jingħaddu mal-ammont ta’ għajnuna totali fil-premessi 106 sa 109.
(71) Ippreżentata fil-qosor f’żewġ noti mressqa mid-Danimarka fl-24 ta’ Ġunju 2013 u noti ta’ spjegazzjoni ulterjuri fid-29 ta’ Awwissu u l-11 ta’ Settembru 2013.
(72) Ara l-premessi 69 u 70.
(73) Id-dokument sommarju ta’ paġna mressaq “Brev vedr FIH nedskrivning” jinnota tim ta’ valwazzjoni li qed jaħdem f’isem l-FSC – u għalhekk mhuwiex indipendenti – li jikkonkludi li jkun meħtieġ tħassir ta’ DKK 3,2 biljun skont ir-regoli tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju. Barra minn hekk, l-aġġustament għar-riskju ta’ DKK 1,3 biljun kien iġġustifikat minn telf impost kollaterali ta’ 10 %, li huwa nnifsu ma kienx spjegat. In-nuqqas ta’ indipendenza tat-tim ta’ valwazzjoni kien ikkonfermat mis-sottomissjoni tad-Danimarka tal-11 ta’ Marzu 2013, fejn l-eżerċizzju ta’ valwazzjoni mwettaq mill-FSC kien deskritt f’aktar dettall.
(74) Investiment tal-ekwità dirett jinkludi parteċipazzjoni ta’ 100 % fir-redditi azzjonarji. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-tnaqqis ta’ dak ir-redditu azzjonarju għal 25 % huwa kumpens insuffiċjenti biex FIH Holding tiggarantixxi li tagħmel tajjeb għat-telf tal-ekwità, minħabba l-pożizzjoni ta’ kreditu dgħajfa ta’ FIH u FIH Holding. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq teżerċita kawtela fil-valwazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-parteċipazzjoni pożittiva tal-ekwità, minħabba li l-maġġoranza tal-assi sottostanti f’Newco huma selfiet tal-proprjetà immobbli, li r-redditu tagħhom huwa limitat għall-imgħax u għall-kapital, u għalhekk il-valuri tal-likwidazzjoni tal-assi ta’ Newco li jaqbżu DKK 25 biljun, kif deskritt fil-mudell fil-premessa 94 mhux biss hemm probabbiltà żgħira li jseħħu, iżda jistgħu jiġu totalment esklużi. Għal din ir-raġuni, l-aġġustament tal-perċentwal tal-parteċipazzjoni għal ċifra ogħla (pereżempju 50 %) jagħti stima baxxa żżejjed tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat fil-mudell użat.
(75) Ara l-premessa 1.
(76) Is-sottomissjoni tad-Danimarka tat-2 ta’ April 2013 enfasizzat li, bid-data ta’ referenza Ġunju 2012, madwar 25 % tal-assi kienu f’inadempjenza u 25 % oħra kellhom klassifikazzjoni “baxxa”. Ir-rapport tal-esperti (Servizzi ta’ Konsulenza Relatati mal-Kawża FIH- l-20 ta’ Diċembru 2012) ikkwalifika aktar dik id-dikjarazzjoni billi indika li 6,3 % biss tal-portafoll kellu klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ta’ FIH ta’ 7 jew ogħla, li jikkorrispondi għal “Grad ta’ Investiment”. Għalhekk, b’aktar minn 90 % tal-portafoll taħt il-Grad ta’ Investiment u 25 % f’inadempjenza reali, il-Kummissjoni temmen li investiment ta’ ekwità f’dak il-portafoll huwa riskjuż u jeħtieġ rimunerazzjoni għolja.
(77) Imressaq fin-noti tagħha tal-11 ta’ Marzu 2013 u ddikjarat mill-ġdid fl-Anness 1 tat-taqsira tagħha tal-24 ta’ Ġunju 2013.
(78) Ara, aktar preċiżament, punti 62 u 63 ta’ din is-sentenza.
(79) Inklużi fil-ftehim għax-xiri tal-ishma tal-1 ta’ Marzu 2012 u l-ftehimiet ta’ għeluq sussegwenti tat-2 ta’ Lulju 2012.
(80) Ara l-premessa 100.
(81) Ara l-premessa 100.
(82) Rapport Finali – Servizzi ta’ Konsulenza Relatati mal-Kawża FIH – Fażi II – Kawża SA.34445 id-Danimarka, id-19 ta’ Settembru 2013.
(83) Il-Kummissjoni aċċettat li, għalkemm l-FSC indikat li s-solliev tal-kapital għal FIH Erhvervsbank A/S kien jammonta għal DKK 847 miljun (l-ekwivalenti ta’ DKK 10,5 biljun ta’ assi mwieżna għar-riskju), il-garanzija illimitata fuq it-telf mogħtija minn FIH Holding naqqset b’mod sinifikanti l-effett globali għall-kapaċità tal-piż tar-riskju tas-self tal-grupp. Sabiex jiġi mmitigat it-tħassib tal-Kummissjoni, id-Danimarka żiedet impenn li żżid ir-rimunerazzjoni mingħand FIH lill-FSC, jekk l-FSA tibdel l-opinjoni regolatorja tagħha fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali fil-livell tal-parteċipazzjoni sabiex il-kapaċità tas-self ta’ FIH ma tkunx aktar ristretta mill-pożizzjoni kapitali ta’ FIH Holding.
(84) Ara t-tweġibiet mibgħuta fit-8 ta’ Frar 2019 minn FIH Holding u FIH lill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-384/14 RENV, paġni 9 u 10.
(85) Il-Kummissjoni tinnota li dan il-limitu minimu ta’ rimunerazzjoni ġie sostnut fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019.
(86) L-analiżi tal-Kummissjoni ġiet ivvalidata minn rapport tal-esperti li qies l-elementi kollha mressqa mid-Danimarka fil-korrispondenza tagħha sat-taqsira tal-24 ta’ Ġunju 2013 (it-taqsira inkluża), kif ukoll il-kjarifiki tad-29 ta’ Awwissu 2013.
(87) Ara l-premessa 122. Dan kien parti mill-ammont ta’ DKK 310,25 miljun imħallas f’depożitu fit-30 ta’ Settembru 2013 u mbagħad maħruġ lill-FSC fl-4 ta’ Diċembru 2013 (ara l-premessa 51).
(88) Dan kien parti mill-ammont ta’ DKK 310,25 miljun deskritt fin-nota 88ta’ qiegħ il-paġna, kif ukoll mill-ammont ta’ DKK 6 575 342 imsemmi fin-nota 48 ta’ qiegħ il-paġna. Ta’ min jinnota li l-ammonti attwalment imħallsa fl-4 ta’ Diċembru 2013 kienu ogħla milli meħtieġ skont l-impenji tad-Danimarka marbuta ma’ din id-Deċiżjoni, peress li kienu bbażati fuq ammont tal-effett ta’ solliev tal-kapital li kien ikkunsidrat bħala żbaljat skont is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019.
(89) L-istima tad-drittijiet ta’ amministrazzjoni żejda hija ta’ DKK 143,2 miljun tul il-ħajja tal-miżuri. Id-Danimarka mmitigat din l-istima billi ħallset lura DKK 61,7 miljun lil Newco bħala eċċess li qalgħet sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2014 u billi naqqset id-drittijiet ta’ amministrazzjoni futura għal 0,05 % tan-nozzjonal pendenti, li huwa konformi mal-prattika tas-suq.
(90) Ara l-premessa 51.
(91) Ta’ min jinnota li peress li r-rimunerazzjoni mħallsa fl-4 ta’ Diċembru 2013 ġiet ikkalkulata abbażi ta’ ammont mhux korrett (u ogħla) tal-effett ta’ solliev tal-kapital, kwalunkwe pagament li jkun sar b’mod żejjed minn dak li huwa meħtieġ skont l-impenji tad-Danimarka marbuta ma’ din id-Deċiżjoni jista’ jintradd lura lil FIH.
(92) Ara l-premessa 51.
(93) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7).
(94) Ara l-premessa 45.
(95) Dan jista’ jkun il-każ jekk il-valur tal-assi jiddeterjora aktar. Jekk dan iseħħ Newco jista’ jkollha ekwità negattiva u wara dan, skont il-liġi kummerċjali standard, tista’ tkun obbligata tapplika għall-falliment. Eżitu bħal dan huwa evitat permezz tal-klawsola tar-rikapitalizzazzjoni li jfisser li Newco tirċievi injezzjoni ta’ kapital ġdid mill-FSC jekk ikun meħtieġ u li l-FSC tieħu lura biss minn FIH Holding fis-saldu finali tat-tranżazzjoni (bejn il-31 ta’ Diċembru 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2019).
(96) Ara l-premessa 41.
(97) Il-proporzjon ikun 19,6 % wara l-pagament “ta’ darba” ta’ DKK 310,25 miljun.
(98) Il-kapitalizzazzjoni żejda kienet unikament dovuta għall-fatt li FIH kellha żżomm il-profitti tagħha matul il-perjodu ta’ ristrutturar u għalhekk ma kellhiex tħallas dividendi fil-perjodu kollu sabiex iżżomm bafer kapitali għoli. Din l-azzjoni kienet prekawzjoni sabiex tiġi żgurata rimunerazzjoni korretta u sħiħa tal-miżuri tal-assi indeboliti billi FIH u FIH Holding kienu jiggarantixxu l-pagament finali lill-Istat.
(99) Ara l-premessi 13 u 64.
(100) Ara t-Taqsima 2.1 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ.
(101) Ara t-Taqsima 2.2 tad-Deċiżjoni ta’ Salvataġġ u ta’ Ftuħ.
(102) Ara l-premessa 124.
(103) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(104) Ara inter alia s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 1992 fil-Kawżi Magħquda C-134/91 u C-135/91, Kerafina-Keramische vs il-Greċja, EU:C:1992:434, punt 20; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Settembru 2000, T-184/97 BP Chemicals vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2000:217, punt 55; u tat-12 ta’ Frar 2008, T-289/03, BUPA u oħrajn vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2005:78, punti 313 u 314.
(105) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 1977 fil-Kawża 74/76, Ianelli vs Meroni, EU:C:1977:51, punt 14.
(106) L-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.
ANNESS
DOKUMENT DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET (KAWŻA SA.34445) Id-Danimarka – Pjan ta’ ristrutturar ta’ FIH
1. SFOND
Ir-Renju tad-Danimarka jimpenja ruħu li jiżgura li l-Pjan ta’ Ristrutturar għal FIH imressaq fl-24 ta’ Ġunju 2013 jiġi implimentat bis-sħiħ u b’mod korrett. Dan id-dokument (id-“Dokument dwar il-Kundizzjonijiet”) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet (l-“Impenji”) għar-ristrutturar ta’ FIH Erhvervsbank A/S inklużi s-sussidjarji (“FIH”), li r-Renju tad-Danimarka impenja ruħu li jimplimenta.
2. DEFINIZZJONIJIET
F’dan id-dokument, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor, is-singular jinkludi l-plural (u viċe-versa) u t-termini b’ittra kbira fil-bidu użati fih għandhom it-tifsiriet li ġejjin:
|
Terminu |
Tifsira |
|
Impenji |
ifissru l-impenji relatati mar-ristrutturar ta’ FIH stabbiliti f’dan id-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet |
|
Deċiżjoni |
tfisser id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-ristrutturar ta’ FIH li fil-kuntest tagħha jittieħdu dawn l-Impenji u li danid-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet huwa mehmuż magħha |
|
Perjodu ta’ Ristrutturar |
huwa l-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-klawsola 3.2 |
|
Pjan ta’ Ristrutturar |
ifisser il-pjan ippreżentat minn FIH lill-Kummissjoni Ewropea,permezz tar-Renju tad-Danimarka, fl-24 ta’ Ġunju 2013, kif emendat u ssupplimentat permezz ta’ komunikazzjonijiet bil-miktub |
|
FIH jew FIH Group |
FIH Erhvervsbank A/S inklużi s-sussidjarji |
|
FIH Holding |
FIH Holding A/S |
|
FIH Holding Group |
FIH Holding A/S inklużi s-sussidjarji diretti u indiretti |
|
FS Property Finance A/S |
Is-sussidjarja pposseduta kollha tal-Kumpanija tal-Istabbiltà Finanzjarja FSC, imsejħa wkoll fid-deċiżjoni bħala “Newco”; |
|
Finanzjament tal-Akkwiżizzjoni |
L-unità tan-negozju separata u ddedikata b’impjegati li jiffukaw bissfuq il-finanzjament ta’ soluzzjonijiet b’rabta ma’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, u likienet immirata b’mod speċifiku lejn il-klijenti eżistenti u potenzjali |
3. ĠENERALI
|
3.1. |
Ir-Renju tad-Danimarka jimpenja ruħu li jiżgura li l-Impenji jiġu osservati bis-sħiħ matul l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar. |
|
3.2. |
Il-Perjodu ta’ Ristrutturar jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2016. L-Impenji japplikaw matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. |
|
3.3. |
L-impenji kollha ġew implimentati jew ma għadhomx rilevanti, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. Ir-Renju tad-Danimarka jimpenja ruħu li ma jmurx lura mill-impenji implimentati. |
4. MIŻURI STRUTTURALI
4.1. Finanzjament tal-Akkwiżizzjoni
FIH se twaqqaf l-attivitajiet tan-negozju kollha fil-qasam tan-negozju tal-Finanzjament tal-Akkwiżizzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-portafoll eżistanti se jiġi likwidat sat-30 ta’ Ġunju 2014.
4.2. L-għeluq tan-negozju tal-Finanzjament tal-Proprjetà
FIH irtirat mil-linja ta’ azzjoni tal-proprjetajiet għall-investiment (1) u għalqet dik il-linja ta’ azzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013. Mhux se jkun hemm dħul mill-ġdid f’dik il-linja ta’ azzjoni li jfisser b’mod partikolari li mhuwa se jseħħ l-ebda self ġdid (kapital) għall-finanzjament ta’ investiment fil-proprjetajiet għall-investiment fid-Danimarka, fl-Iżvezja, fil-Ġermanja jew f’kull pajjiż ieħor. (2)
4.3. Żvestiment tan-negozju tal-Ekwità Privata
FIH se tiżvesti l-investimenti tagħha fil-fondi tal-ekwità privata u investimenti ta’ ekwità oħra sa fejn ikun permess mil-liġi malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Jekk żvestiment sa dik id-data ma jkunx possibbli, l-investimenti jiġu likwidati li jfisser b’mod partikolari li ma jista’ jseħħ l-ebda finanzjament jew tiġdid ta’ investimenti aktar (3). Barra minn hekk, mid-data tad-Deċiżjoni, mhi ssir l-ebda ekwità privata ġdida jew investimenti oħra (bl-eċċezzjonijiet imsemmija fin-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna).
4.4. Bank Ipotekarju
FIH ma għandux ikollha istitut ipotekarju fl-istruttura tal-kumpanija tagħha sa tmiem l-2014, u ma għandhiex taġixxi bħala bank ipotekarju wara din id-data.
5. MIŻURI TA’ MĠIBA U GOVERNANZA KORPORATTIVA
|
5.1. |
Projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet: FIH ma għandha takkwista ishma fl-ebda impriża. Dan japplika għall-impriżi li għandhom il-forma ġuridika ta’ kumpanija u l-pakketti ta’ assi li jiffurmaw negozju.
Attivitajiet mhux inklużi fil-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet: Din il-projbizzjoni ma tapplikax għall-akkwiżizzjonijiet li jridu jsiru f’ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex tinżamm stabbiltà finanzjarja jew fl-interessi ta’ kompetizzjoni effettiva, sakemm ikunu ġew approvati minn qabel mill-Kummissjoni. Din lanqas ma tapplika għall-akkwiżizzjonijiet li jseħħu fil-perkors normali tan-negozju bankarju fil-ġestjoni ta’ pretensjonijiet eżistenti fir-rigward ta’ impriżi li jinsabu f’diffikultà u għad-disponiment u għar-ristrutturar f’FIH Holding Group. Eżenzjonijiet li ma jirrikjedux l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni: FIH tista’ takkwista ishma f’impriżi sakemm il-prezz tax-xiri mħallas minn FIH għal kull akkwiżizzjoni jkun inqas minn 0,01 % tad-daqs tal-karta bilanċjali ta’ FIH fid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u li l-prezzijiet tax-xiri kumulattivi mħallsa minn FIH għal dawn l-akkwiżizzjonijiet kollha fil-perjodu ta’ ristrutturar kollu huma inqas minn 0,025 % tad-daqs tal-karta bilanċjali ta’ FIH fid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
5.2. |
Projbizzjoni fuq prattiki kummerċjali aggressivi: FIH għandha tevita li tinvolvi ruħha fi prattiki kummerċjali aggressivi tul il-perjodu tal-Pjan ta’ Ristrutturar. |
|
5.3. |
Depożiti: FIH mhux se toffri prezzijiet aktar favorevoli għall-prodotti ta’ depożitu (b’mod partikolari, iżdamhux esklussivament għal depożiti fil-livell tal-konsumatur f’FIH Direct Bank) miż-żewġ kompetituri bl-aħjar prezzijiet f’suq partikolari.
Ir-restrizzjoni ma tapplikax jekk is-sehem ta’ FIH mis-suq totali tad-depożiti jkun inqas minn 5 %. (4) |
|
5.4. |
Reklamar: FIH ma għandhiex tuża l-għoti tal-miżuri ta’ għajnuna jew kull vantaġġ li jirriżulta minnhom għal skopijiet ta’ reklamar. Barra minn hekk, l-ispejjeż globali annwali tagħha għar-reklamar se jkunu inqas minn EUR 1 miljun. |
|
5.5. |
Projbizzjoni fuq il-ħlasijiet ta’ kupuni: Matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar FIH mhu se tagħmel l-ebda pagament fuq strumenti kapitali, sakemm dawk il-pagamenti ma jirriżultawx minn obbligu ġuridiku, u ma teżerċitax jew terġa’ tixtri dawk l-istrumenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Il-kupuni fuq l-istrumenti kapitali miżmuma mill-Istat jistgħu jitħallsu, sakemm dawn il-pagamenti ma jwasslux għal ħlasijiet ta’ kupuni lil investituri oħra li f’sitwazzjoni oħra ma jkunux obbligatorji. Dan l-impenn li ma jitħallsux kupuni matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar ma japplikax għall-istrumenti maħruġa ġodda (jiġifieri l-istrumenti maħruġa wara l-approvazzjoni finali tal-Kummissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar), sakemm kwalunkwe ħlas ta’ kupuni fuq dawn l-istrumenti maħruġa ġodda ma joħloqx obbligu ġuridiku biex isir kwalunkwe ħlas ta’ kupuni fuq it-titoli ta’ FIH eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni dwar ir-Ristrutturar tal-Kummissjoni. |
|
5.6. |
Projbizzjoni fuq il-pagamenti tal-imgħax: Id-dividendi kollha mħallsa lil FIH Holding se jinżammu sas-saldu tal-ftehim għax-xiri tal-ishma jew tmiem il-Perjodu ta’ Ristrutturar, skont liema wieħed iseħħ l-aħħar. Għalhekk, FIH Holding ma għandhiex tiddistribwixxi fondi lill-azzjonisti tagħha permezz ta’ dividendi jew mod ieħor sas-saldu finali tal-ftehim dwar il-prezz tax-xiri. Sabiex jinżamm il-qligħ fil-grupp ta’ FIH Holding, FIH ma għandhiex tħallas dividendi lil entitajiet oħra għajr FIH Holding. |
|
5.7. |
Restrizzjonijiet fuq FIH Holding relatati mas-sjieda: Fih Holding ma għandhiex tirhan il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha f’FIH. It-tranżazzjonijiet relatati tal-partijiet għandhom ikunu tranżazzjonijiet distakkati. Ma għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni li taffettwa l-affidabbiltà kreditizja jew il-likwidità ta’ FIH Holding li tikkomprometti l-kapaċità tagħha li tħallas prezz ta’ xiri varjabbli negattiv jekk ikun meħtieġ.
FIH Holding hija permessa biss twettaq negozju bħala kumpanija azzjonarja għal FIH u kwalunkwe self tal-azzjonisti ma għandux jitħallas lura. |
|
5.8. |
Xiri Lura ta’ Strumenti Kapitali Ibridi jew Strumenti Kapitali oħra:
Fir-rigward tax-xiri lura tal-istrumenti kapitali jew strumenti kapitali oħra eżistenti f’FIH fit-2 ta’ Marzu 2012, FIH se tirrispetta r-regoli dwar it-tranżazzjonijiet kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 kif stabbilit fil-MEMO/09/441 tat-8 ta’ Ottubru 2008 (5). Fi kwalunkwe każ FIH se tikkonsulta lill-Kummissjoni qabel ma tagħmel avviżi lis-suq dwar it-tranżazzjonijiet kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2. |
6. SOLLIEV TAL-KAPITAL
FIH se tirremunera l-miżura skont l-IAC. B’mod speċifiku, minbarra l-pagament ta’ darba ta’ DKK 295,25 miljun +27,5 miljun * N/365, fejn N huwa l-għadd ta’ jiem bejn it-30 ta’ Settembru 2013 u d-data ta’ pagament finali, li, skont l-awtoritajiet Daniżi diġà seħħ bid-data ta’ valur tal-4 ta’ Diċembru 2013, FIH:
|
— |
Kull sena, mill-2014 sal-2020 jew is-sena ta’ wara s-saldu finali tal-ftehim dwar il-prezz tax-xiri, skont liema wieħed iseħħ l-ewwel, se tħallas dritt ta’ DKK 2,1 miljun kull sena bid-data tal-valur tat-30 ta’ Settembru (jew, jekk it-30 ta’ Settembru tad-data rispettiva ma jkunx jum ta’ negozju, fil-jum ta’ negozju li jmiss). Id-dritt finali għandu jitħallas fid-data ta’ saldu tal-ftehim dwar il-prezz tax-xiri, u jitnaqqas pro rata temporis (fuq il-bażi ta’ attwali/attwali) għall-perjodu bejn il-pagament tad-dritt ta’ qabel tal-aħħar (it-30 ta’ Settembru) u s-saldu tal-ftehim dwar il-prezz tax-xiri kif ukoll għall-ewwel perjodu, mill-4 ta’ Diċembru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014. |
|
— |
Se tnaqqas id-dritt tal-ġestjoni għall-amministrazzjoni u l-iħħeġġjar li jintalbu lil FS Property Finance A/S għal 0,05 % kull sena tal-portafoll tas-self pendenti, b’mod retroattiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013; |
|
— |
Se tħallas dritt annwali ta’ DKK 47,2 miljun lill-FSC jekk l-FSA tibdel l-opinjoni regolatorja tagħha fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali fil-livell tal-parteċipazzjoni b’tali mod li l-kapaċità ta’ self ta’ FIH ma tibqax aktar ristretta mill-pożizzjoni kapitali ta’ FIH Holding. Japplikaw id-dati ta’ valur u l-limitazzjonijiet ta’ żmien simili għal dawk fl-ewwel inċiż hawn fuq. (6) |
7. RAPPORTAR
|
7.1. |
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-Pjan ta’ Ristrutturar u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-Impenji kollha f’dan id-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet jiġu mmonitorjati b’mod kontinwu. |
|
7.2. |
Ir-Renju tad-Danimarka se jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar u dwar l-impenji msemmija hawn fuq sa tmiem il-Perjodu ta’ Ristrutturar. |
|
7.3. |
Fi żmien tliet xhur mis-saldu finali tat-tranżazzjoni, ir-Renju tad-Danimarka se jipprovdi rapport imfassal minn kontabilist iċċertifikat estern dwar l-eżattezza tas-saldu tat-tranżazzjoni. |
(1) Definiti bħala self mogħti fil-kuntest tal-finanzjament ta’ ħwienet, uffiċċji, blokkijiet ta’ flettijiet, showrooms, fabbriki jew bini simili jekk jingħataw lil kumpanija li ma tirrisjedix fil-bini għall-attività tan-negozju primarja tagħha jew lil kumpanija li hija speċjalizzata fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli.
(2) Ma japplikax f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin: a) FIH Holding/FIH/entitajiet attwali jew futuri oħra f’FIH Holding Group jerġgħu jixtru FSPF A/S (alternattivament il-portafoll tas-self ta’ FSPF A/S, jew parti minnu), b) jekk FIH tkun obbligata kuntrattwalment/legalment li tipprovdi tali self, jew jekk isir self b’rabta ma’ ristrutturar/rifinanzjament/rikapitalizzazzjoni/soluzzjoni ta’ arranġament għall-ħlas tad-dejn (work-out) għad-debituri f’FIH jew FSPF, jew c) servizzi ta’ konsulenza bla self.
(3) Ma japplikax fil-perkors normali tan-negozju bankarju (eż. jekk FIH tikseb parteċipazzjoni azzjonarja permezz ta’ ristrutturar jew xi ħaġa simili tad-debituri) jew jekk FIH tkun obbligata legalment li tagħmel tali investiment.
(4) Is-sehem ta’ FIH mis-suq huwa derivat mill-istatistika tal-MFI tal-Bank Ċentrali Daniż (www.statistikbanken.dk/DNMIN). Huwa bbażat fuq l-ammont totali ta’ depożiti mir-residenti Daniżi fis-settur Daniż tal-MFI relatati ma’ depożiti mir-residenti Daniżi f’FIH.
(5) http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-09-441_en.htm
(6) Ta’ min isemmi li (i) FIH diġà għamlet pagament ta’ darba ta’ DKK 350,97 miljun, u (ii) ħallset ammont ta’ DKK 61,7 miljun lil FS Property Finance A/S bħala ħlas lura parzjali tad-drittijiet irċevuti skont il-ftehim ta’ amministrazzjoni għall-2012, li skont l-awtoritajiet Daniżi diġà seħħ bid-data tal-valur tat-18 ta’ Diċembru 2013. L-FSC se trodd lura l-parti mill-pagament mingħajr imgħax li jaqbeż il-pagament minimu deskritt fit-Taqsima 6 ta’ dawn l-impenji.