European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2971

28.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2971

tal-5 ta’ Novembru 2024

li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Repubblika ta’ Singapore għall-Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta’ Singapore fil-programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta’ֹ Singapore ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 186 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi;

(1)

Jenħtieġ li n-negozjati jinfetħu bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' Singapore fil-programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' Singapore ma' Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

(2)

Ir-Repubblika ta’ Singapore tissodisfa l-kriterji għall-assoċjazzjoni ma’ Orizzont Ewropa stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni hija b'dan awtorizzata tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta' Singapore għal ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' Singapore fil-programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' Singapore ma' Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

2.   In-negozjati għandhom jitwettqu abbażi tad-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill stipulati fl-addendum ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' Singapore fil-programmi tal-Unjoni, u mal-Grupp ta' Ħidma dwar ir-Riċerka, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' Singapore fil-Programm Orizzont Ewropa.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2971/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)