|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2967 |
28.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Mejju 2026
li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika
(C/2026/2967)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sur Juan Manuel RODRIGUEZ POO bħala membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (il-“Bord”) għal mandat ta' tliet snin. |
|
(2) |
Il-mandat tas-Sur RODRIGUEZ POO skada fit-8 ta' Marzu 2026. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 235/2008/KE, il-mandat ta’ membru tal-Bord jista’ jiġġedded darba. |
|
(4) |
Is-Sur RODRIGUEZ POO esprima r-rieda tiegħu li jservi għal mandat imġedded. |
|
(5) |
L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE jistipula li l-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità amministrattiva u biex tkun tista' ssir tranżizzjoni bla xkiel bejn il-mandati, jenħtieġ li t-tieni mandat ta' tliet snin jibda mid-9 ta' Marzu 2026. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b'urġenza, u għandha tapplika minn dik id-data, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Juan Manuel RODRIGUEZ POO huwa b'dan maħtur bħala membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għat-tieni mandat ta' tliet snin mid-9 ta' Marzu 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DAMIANOS
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/235/oj.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Marzu 2023 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 82, 6.3.2023, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2967/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)