31994D0434



Official Journal L 179 , 13/07/1994 P. 0033 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0046


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/434/KE

tat-30 ta' Mejju 1994

li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż

(94/434/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistikali li għandhom jitwettqu fuq il-produzzjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 1(4), 2 (2), 3 (2) u (3), 7 (1), 10 (1) u (2) u 13 (3) tagħha,

Billi definizjonijiet preċisi huma meħtieġa sabiex jitwettaq l-istħarriġ kif hemm provdut fid-Direttiva 93/25/KEE; fejn dan ta' l-ewwel jirrikjedi d-definizjoni fl-azjendi agrikoli koperti minn dan l-istħarriġ; billi l-kategoriji individwali li fihom ir-riżultati ta' l-istħarriġ għandhom jinqasmu jridu wkoll ikunu preċisament definiti, u l-klassijiet tad-daqs tal-merħla u r-reġjuni skond liema Stati Membri jħejju r-riżultati ta' l-istħarriġ f'intervalli regolari għandu jkun stabbilit; billi definizjoni waħda ta' pis ta' karkassa hija meħtieġa għat-tħejjija ta' l-istatistika tal-qatla;

Billi, skond id-Direttiva 93/25/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu awtoriżżati li jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ statistiku u t-tqassim preskritt bil-klassijiet tad-daqs tal-merħla għar-riżultati finali għas-snin imqassma biż-żewġ;

Billi applikazzjonijiet saru mill-Istati Membri għat-tipi ta' awtorizzazzjoni msemmija hawn fuq;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummisssjoni 82/95/KEE [2] għandha tiġi sostitwita;

Billi, minħabba li d-Direttiva 93/25/KEE hi applikabbli mill-1 ta' Jannar 1994, huwa xieraq li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni b'effett mill-istess data;

Billi din id-Deċiżjoni hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikoltura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 93/25/KEE, "azjenda agrikola" tfisser kull unità teknika u ekonomika taħt taħt amministrazzjoni waħda li tipproduċi prodotti agrikoli.

2. L-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/25/KEE għandu jkopri:

(a) azjendi agrikoli b'żona agrikola utilizzata ta' 1 ha jew aktar;

(b) azjendiagrikoli b'żona agrikola utilizzata ta' inqas minn 1 ha, jekk il-produzzjoni tagħhom hija sa ċertu limitu maħsuba għall-bejgħ jew jekk l-unità tal-produzzjoni tagħhom teċċedi ċerti għatbiet naturali.

3. L-Istati Membri li jixtiequ japplikaw għatba differenti ta' stħarriġ għandhom, iżda, jintrabtu li jistabbilixxu dik l-għatba b'dak il-mod li l-iżgħar azjendi biss jiġu esklużi, u li flimkien l-azjendi esklużi jagħtu kont għall-1 % jew anqas tal-marġini totali standard gross, skond it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kummisssjoni 85/377/KEE [3], ta' l-Istati Membri konċernati.

Artikolu 2

Id-definizjonijiet tal-kategoriji tan-nagħaġ u mogħoż msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 93/25/KEE huma mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Is-subdiviżjonijiet territorjali msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/25/KEE huma mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 4

It-tqassim kif hemm provdut fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 93/25/KEE hu mniżżel fl-Anness III.

Artikolu 5

Il-pis tal-karkassa msemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 93/25/KEE hu definit fl-Anness IV.

Artikolu 6

1. Skond l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/25/KEE, l-Istati Membri elenkati fil-punt (a) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jużaw sorsi amministrattivi minflok l-istħarriġ statistiku.

2. Skond l-artikolu 10(2) tad-Direttiva93/25/KEE, l-Istati Membri elenkati fil-punt (b) ta' l-Anness V huma awtoriżżati li jużaw it-tqassim skond il-klassijiet tad-daqs tal-merħla għar-riżultati finali tas-snin biż-żewġ.

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni Nru 82/958/KEE hija revokata.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1994.4.

Artikolu 9

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta'Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi-President

[1] ĠU L 149, tal-21.6.1993, p. 10

[2] ĠU L 386, tal-31.12.1982, p. 43

[3] ĠU L 220, tas-17.8.1985, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Definizzjoni tal-kategoriji

tan-nagħaġ u tal-ħarufi mgħammra għall-muntun

Femmini ta' l-ispeċi ovini li weldu minn ta' l-inqas darba kif ukoll bħal dawk li kienu mgħammra mall-muntun għall-ewwel darba.

Nagħaġ tal-ħalib

Nagħaġ li huma miżmuma esklussivament jew prinċipalment biex jipproduċu l-ħalib għall-konsum uman u/jew proċessar fi prodotti tal-ħalib.

Dan jinkludi ġbir ta' nagħaġ tal-ħalib (kemm jekk imsemmna jew mhux bejn l-aħħar tneħħija tal-ħalib u l-qatla).

Nagħaġ oħra

Nagħaġ barra minn tal-ħalib.

Ħrief

nagħaġ maskili jew femminili taħt it-12-il xahar.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Subdiviżjonijiet territorjali

Belġju: | ProvincesProvincies |

Danimarka: | — |

Ġermanja: | Bundeslaender |

Greċja: | Ir-reġjuni tas-Servizzi għall-Iżvilupp Reġjonali |

Spanja: | País VascoNavarraLa RiojaAragónCataluñaBalearesCastilla y LéonMadridCastilla-La ManchaComunidad ValencianaRegión de MurciaExtremaduraAndalucíaComunidades Autónomas oħra |

Franza: | għan-nagħaġ, ir-reġjuni li ġejjin:Midi-PyrénéesPoitou-CharentesLimousinAquitaineProvence-Alpes-Côte d'AzurAuvergnereġjuni oħragħall-mogħoż, ir-reġjuni li ġejjin:Rhône-AlpesPoitou-CharentesCentre-Pays-de-la-LoireBourgogneMidi-Pyrénéesreġjuni oħra |

Irlanda: | — |

Italja: | għan-nagħaġ: Reġjunigħall-mogħoż: Reġjuni:PiemonteLombardiaToscanaLazioCampaniaPugliaBasilicataCalabriaSiciliaSardegnareġjuni oħra |

Lussemburgu: | — |

Olanda: | Provinċji |

Portugall: | Regiões |

Renju Unit: | Standard Regions |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

TABELLA 1

Daqs ta' klassijiet ta' nagħaġ miżmuma

+++++ TIFF +++++

TABELLA 2

Qies ta'klassijiet ta'merħliet ta'mogħoż miżmuma

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Id-definizzjoni ta' piż ta' karkassa Piż ta' karkassi huwa l-piż tal-ġisem kiesaħ ta' l-annimal maqtul wara li jkun ġei żvinat, imqaxxar u l-ġewwieni mneħħi, u wara li titneħħa r-ras (mill-ġogi fl -atlanto-occipatal), is-saqajn (maqtugħa mill-ġogi karpo-metakarpali jew mill-ġogi tarso-metatarsali), id-denb (maqtugħ bejn is-sitt u s-seba' vertebra kawdali tad-denb) u tal-organi ġenitali (inklużi l-bżieżel).

Il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi huma inklużi fil-karkassa.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

(a) Stati Membri awtoriżżati li jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ statistiku.

(b) Stati Membri awtoriżżati għall-użu ta' tqassim skond il-klassijiet tad-daqs tal-merħla għar-riżultati finali għall-snin numerati biż-żewġ.

--------------------------------------------------