|
18.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1213/2010
tas-16 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali kif meħtieġ mill-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli għall-implimentazzjoni ta’ din l-interkonnessjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
|
(2) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulati, b’mod partikolari, bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2), japplikaw għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżura ta’ sigurtà xierqa sabiex jipprevjenu l-użu ħażin tad-dejta personali. |
|
(3) |
Fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulat b’mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 45/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (3), japplikaw għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-regoli komuni li jippermettu l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali se jkunu kif stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
ANNESS
Is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali se jisimha l-ERRU (Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq)
1. SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1.1. Skambju dwar ksur
1.1.1. Messaġġ ta’ Notifika ta’ Ksur
Meta jitwettaq skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (1), jew l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (2), l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġi fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Notifika ta’ Ksur):
|
Tip ta’ Dejta |
Unità tad-dejta |
Obbligatorju jew Fakultattiv |
Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta |
||||||||||||||||
|
L-Istat Membru li qed jinnotifika |
L-Istat Membru li qed jinnotifika |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
||||||||||||||||
|
L-Awtorità Kompetenti li qed tinnotifika |
Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qed tinnotifika |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||||||||||||||
|
L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni |
L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
||||||||||||||||
|
Dettalji tan-Notifika |
Numru tan-notifika |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||||||||||||||
|
Data tan-notifika |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||||||||||||||
|
Ħin tan-notifika |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format SS:MM:SS |
|||||||||||||||||
|
Impriża tat-trasport |
Isem |
Fakultattiv |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||||||||||||||
|
L-Awtorizzazzjoni |
Numru tas-serje tal-kopja ċċertifikata vera tal-Liċenzja Komunitarja |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||||||||||||||
|
|
Numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura |
Fakultattiv |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||||||||||||||
|
Ksur ta’ liġi serju |
Kategorija |
Obbligatorju |
|
||||||||||||||||
|
Tip |
Obbligatorju |
|
|||||||||||||||||
|
Data tal-ksur |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||||||||||||||
|
Data tal-kontroll fejn il-ksur ġie kkonfermat |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||||||||||||||
|
Penali imposti u eżegwiti |
Data ta’ deċiżjoni finali |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
||||||||||||||||
|
Tip ta’ penali imposta |
Obbligatorju |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
|||||||||||||||||
|
Jekk applikabbli: bidu tad-data tal-penali imposta |
Fakultattiv |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||||||||||||||
|
Jekk applikabbli: tmiem id-data tal-penali imposta |
Fakultattiv |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||||||||||||||
|
Penali eżegwiti |
Obbligatorju |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
|||||||||||||||||
|
Penali mitluba |
Tip ta’ penali amministrattiva mitluba |
Fakultattiv |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
||||||||||||||||
|
Tul ta’ żmien tal-penali mitluba (jiem kalendarji) |
Fakultattiv |
Dħul ta’ dejta numerika JJJJJ |
1.1.2. Messaġġ ta’ Reazzjoni għall-Ksur
Meta jitwettaq skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 jew Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġi fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Reazzjoni għall-Ksur):
|
Tip ta’ Dejta |
Unità tad-dejta |
Obbligatorju jew Fakultattiv |
Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta |
|||||||||||||||||
|
L-Istat Membru li qed jirreaġixxi |
L-Istat Membru li qed jirreaġixxi |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
|||||||||||||||||
|
L-Awtorità Kompetenti li qed tirreaġixxi |
Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qed tirreaġixxi |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||||||||||||||
|
L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni |
L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
|||||||||||||||||
|
L-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni |
Identifikatur tal-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||||||||||||||
|
Dettalji tar-reazzjoni |
Numru tan-notifika |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||||||||||||||
|
Data tar-reazzjoni |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
||||||||||||||||||
|
Ħin tar-reazzjoni |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format SS:MM:SS |
||||||||||||||||||
|
Impriża tat-trasport |
Isem |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||||||||||||||
|
Awtorità li qed timponi l-penali |
Isem l-Awtorità li qed timponi l-penali |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||||||||||||||
|
Penali imposti |
Konferma tal-penali imposta |
Obbligatorju |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
|||||||||||||||||
|
Penali imposti |
Obbligatorju |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
||||||||||||||||||
|
Data tal-penali imposta |
Fakultattiv |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
||||||||||||||||||
|
Data tal-penali imposta |
Fakultattiv |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
||||||||||||||||||
|
Raġuni għall-penali mhux imposta |
Fakultattiv |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1.2. Il-kontrolli fuq ir-reputazzjoni tajba tal-maniġers tat-trasport
1.2.1. Messaġġ ta’ Talba għal Tfittxija
Meta jsir l-ivverifikar, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, dwar jekk maniġer tat-trasport ġie ddikjarat, f’wieħed mill-Istati Membru, mhux adatt li jimmaniġġa l-attivitajiet ta’ trasport ta’ impriża, l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġ fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Talba għal Tfittxija):
|
Kategorija tad-dejta |
Unità tad-dejta |
Obbligatorju jew Fakultattiv |
Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta |
|
L-Istat Membru li qed iressaq it-talba |
L-Istat Membru li qed iressaq it-talba |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
|
L-Awtorità Kompetenti li qed tressaq it-talba |
Identifikatur tal-awtorità kompetenti li qed tressaq it-talba |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
Dettalji tat-talba għal tfittxija |
Numru tal-messaġġ tat-talba għal tfittxija |
Obbligatorju |
|
|
Data tat-talba għal tfittxija |
Obbligatorju |
|
|
|
Ħin tat-talba għal tfittxija |
Obbligatorju |
|
|
|
Il-Maniġer tat-Trasport |
Isem mogħti |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
Kunjom(ijiet) |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
|
Data tat-twelid |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|
|
Post tat-twelid |
Fakultattiv |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
|
Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
|
Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|
|
Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
1.2.2. Messaġġ ta’ Reazzjoni għat-Tfittxija
Meta ssir reazzjoni għal Messaġġ ta’ Talba għal Tfittxija kif previst fl-ambitu ta’ 1.2.1., l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġ fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Reazzjoni għat-Tfittxija):
|
Tip ta’ Dejta |
Unità tad-dejta |
Obbligatorju jew Fakultattiv |
Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta |
||||
|
L-Istat Membru li qed iressaq it-talba |
L-Istat Membru li qed iressaq it-talba |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
||||
|
L-Awtorità Kompetenti li qed tressaq it-talba |
Identifikatur tal-awtorità kompetenti li qed tressaq it-talba |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||
|
L-Istat Membru li qed jirreaġixxi |
L-Istat Membru li qed jirreaġixxi |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
||||
|
L-Awtorità Kompetenti li qed tirreaġixxi |
Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qied tirreaġixxi |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||
|
Dettalji tar-Reazzjoni għat-Tfittxija |
Numru tal-messaġġ tat-talba għal tfittxija |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||
|
Data tar-reazzjoni |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||
|
Ħin tar-reazzjoni |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format (SS:MM:SS) |
|||||
|
Riżultati tat-tfittxija |
Stat |
Obbligatorju |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
||||
|
Il-Maniġer tat-Trasport |
L-ewwel isem mogħti |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
||||
|
Kunjom(ijiet) |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||
|
Data tat-twelid |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||
|
Post tat-twelid |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||
|
Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|||||
|
Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
|||||
|
Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
|||||
|
|
Numru tal-impriżi mmaniġġati |
Obbligatorju |
Dħul ta’ dejta numerika |
||||
|
|
Numru tal-vetturi mmaniġġati |
Obbligatorju |
Dħul ta’ dejta numerika |
||||
|
Kundizzjoni fiżika |
Kundizzjoni fiżika |
Obbligatorju |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
||||
|
Data’ sa meta persuna tista’ tiġi ddikjarata mhux tajba għax-xogħol |
Fakultattiv |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) Applikabbli jekk il-Kundizzjoni fiżika hija waħda “Mhux tajba għax-xogħol” |
1.3. Rikonoxximent
Meta jiġi rikonoxxut li ġie rċevut messaġġ, l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġ fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Rikonoxximent):
|
Tip ta’ Dejta |
Unità tad-dejta |
Obbligatorju jew Fakultattiv |
Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta |
|
L-Istat Membru li qed jirrikonoxxi |
L-Istat Membru li qed jirrikonoxxi |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
|
L-Awtorità Kompetenti li qed tirrikonoxxi |
Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qed tirrikonoxxi |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni |
L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni |
Obbligatorju |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
|
L-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni |
Identifikatur tal-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
Dettalji tal-messaġġ oriġinali |
Identifikatur tal-messaġġ oriġinali |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
Dettalji tar-rikonoxximent |
Identifikatur tal-messaġġ ta’ rikonoxximent |
Obbligatorju |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
|
Data tar-rikonoxximent |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format SSSS-XX-JJ |
|
|
Ħin tar-rikonoxximent |
Obbligatorju |
Dħul tad-dejta numerika fil-format SS:MM:SS |
2. L-ARIKETTURA TAL-ERRU
L-interkonnessjoni se jkollha l-forma ta’ qafas għall-messaġġi XML li tipprovdi servizzi lill-Istati Membri permezz ta’ messaġġi XML li jiġu skambjati b’mod affidabbli, sikur u koreografat (il-fluss tax-xogħol).
Is-sistema ERRU għandha tikkonsisti f’sistema li tinkludi arkitettura ta’ “buttun ċentrali” (klijent-server b’router intelliġenti) u arkitettura “peer to peer”. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu bejn kwalunkwe wieħed miż-żewġ arkitetturi msemmija hawn fuq sabiex jiġu skambjati messaġġi XML fuq in-netwerk sTESTA (bl-użu ta’ HTTPS).
Is-sistema ERRU hija illustrata fil-Grafika 1 hawn taħt:
Grafika 1
Sistema ERRU
“Peer to peer”
Buttun ċentrali
L-Istati Membri se jkollhom żewġ alternattivi biex jikkommunikaw il-messaġġi, abbażi tal-arkitettura li qegħda tintuża mill-Istati Membri involuti fl-iskambju: L-użu ta’ arkitettura b’buttun ċentrali jew l-użu ta’ arkitettura “peer-to-peer”.
Il-buttun ċentrali għandu jkun immexxi mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-operazzjoni teknika, il-manutenzjoni u s-sgurtà ġenerali tan-netwerk sTESTA u tal-buttun ċentrali. Id-dejta għar-reġistrazzjoni se jinżamm fuq dan il-buttun ċentrali. Il-Kummissjoni mhux se jkollha aċċess għal dejta kummerċjali ħlief għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u debugging.
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għas-sistemi nazzjonali tagħhom.. L-Istati Membri li jużaw arkitettura “peer-to-peer” għandhom ikunu responsabbli għall-interoperabbiltà tal-arkitettura “peer-to-peer” mal-buttun ċentrali.
Għall-interkonnessjoni permezz tal-ERRU, l-Istati Membri għandhom jużaw:
|
— |
Protokolli tal-Internet Standard (XML, HTTPS, Servizzi Onlajn tal-XML), u |
|
— |
in-netwerk privat sTESTA tal-Kummissjoni Ewropea. |
3. STATISTIKA U LLOGGJAR
L-Istati Membri li jużaw konnessjonijiet “peer-to-peer” għandhom iqegħdu kull ġimgħa, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, l-informazzjoni neċessarja għall-finijiet ta’ statistika.
Sabiex tiġi żgurata l-privatezza, id-dejta għall-finijiet ta’ statistika għandha tkun anonima.
L-informazzjoni ta’ lloggjar se ssegwi t-tranżazzjonijiet kollha għall-finijiet ta’ monitoraġġ u debugging kif ukoll sabiex tiġi ġġenerata statistika dwar dawn it-tranżazzjonijiet. Se jinżammu u jiġu mmonitorjati t-tipi ta’ dejta ta’ lloggjar li ġejjin:
|
— |
Log ta’ applikazzjoni (bħal messaġġi skambjati, inkluż it-tip ta’ messaġġ, id-data, l-istruttura tal-messaġġ); |
|
— |
Log ta’ sigurtà (bħal tentattivi ta’ lloggjar, aċċess ta’ faljs); |
|
— |
Log ta’ Sistema (bħal fallimenti fis-sistema). |
L-informazzjoni ta’ lloggjar m’għandhiex tinżamm għal aktar minn sitt xhur.
L-Istati Membri li jużaw arkitettura “peer-to-peer” għandhom ikunu responsabbli għall-informazzjoni ta’ lloggjar li tikkonċerna tranżazzjonijiet li saru permezz ta’ konnessjonijiet “peer-to-peer”.
Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali nnominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għandhom ikunu responsabbli għall-aċċess tad-dejta skambjata kif ukoll użu u aġġornar ulterjuri tad-dejta wara l-aċċess.
4. LIVELL MINIMU TA’ SERVIZZ
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istandards minimi ta’ servizz fir-rigward tal-ERRU:
4.1. Żmien li fih jingħata servizz u kopertura tiegħu
24 siegħa/7 ijiem
4.2. Rata ta’ disponibbiltà tas-sistema teknika
98 %
Rata ta’ disponibbiltà tas-Sistema tirrappreżenta l-perċentwali ta’ tranżazzjonijiet b’suċċess kull xahar.
4.3. Ħin tar-rispons tas-sistema
Massimu 60 sekonda.
Jekk sistema ma tissodisfax il-ħin ta’ reazzjoni mitlub, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi neċessarji kollha biex is-sistema tiġi lura għall-ħin ta’ reazzjoni normali malajr kemm jista’ jkun.
4.4. Proċedura ta’ manutenzjoni
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe attività regolari ta’ manutenzjoni minn ġimgħa qabel permezz ta’ portal ta’ manutenzjoni.
4.5. Eskalazzjoni ta’ problema
Problema hija sitwazzjoni fejn is-sistema tal-Istati Membri ma tkunx disponibbli minħabba raġunijiet mhux previsti.
F’każ li problema ma tkunx tista’ tiġi solvuta fi żmien 30 minuta, għandha tkun applikata l-proċedura ta’ eskalazzjoni li ġejja mill-Istat Membru li s-sistema tiegħu hija l-oriġini tal-problema:
|
(a) |
Notifika tal-problema lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika fi żmien 30 minuta; |
|
(b) |
Immedjatament wara li s-sistema tkun irritornat għan-normal, għandu jintbagħat messaġġ ulterjuri permezz tal-posta elettronika sabiex jiġu infurmati l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni li s-sistema rritornat lura għan-normal. |