<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑480/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0480</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:263">EU:C:2013:263</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130425">25.4.2013</DATE> – KAWŻA C-480/10</P><P>IL-KUMMISSJONI vs L-ISVEZJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-480/10,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fil-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Lyal u K. Simonsson, d as 05_0bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, irrappreżentat minn A. Falk u S. Johannesson, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">L-Irlanda</HT>, irrappreżentata minn D. O’Hagan, bħala aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Finlandja</HT>, irrappreżentata minn H. Leppo, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J.-C. Bonichot, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi fil-prattika tillimita għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni l-possibbiltà li jifformaw grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem, rispettivament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>grupp tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT, kull Stat Membru jista’ jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru li jeżerċita l-għażla prevista fl-ewwel paragrafu, jista’ jadotta kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jimpedixxi l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta’ l-użu ta’ din id-dispożizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Svediż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Kapitolu 6a tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (1994:200) [mervärdesskattelagen (1994:200), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>] jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, żewġ entitajiet ekonomiċi jew iktar jistgħu, fiċ-ċirkustanzi msemmija f’dan il-kapitolu, ikunu kkunsidrati bħala entità ekonomika waħda (grupp tal-VAT), u l-attività eżerċitata mill-grupp tal-VAT tista’ tkun ikkunsidrata bħala attività waħda.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Kapitolu 6 tal-liġi msemmija jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dawn li ġejjin biss jistgħu jkunu parti minn grupp tal-VAT:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>entitajiet ekonomiċi, imqiegħda taħt is-sorveljanza tal-ispettorat tal-finanzi li jeżerċitaw attività li hija eżentata għax id-dħul minn din l-attività huwa eżenti taħt l-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10 tal-Kapitolu 3, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>entitajiet ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jikkunsinnaw merkanzija jew jipprovdu servizzi lill-entitajiet ekonomiċi msemmija hawn fuq fil-paragrafu 1, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>entitajiet ekonomiċi li huma aġenti fuq kummissjoni u prinċipali, u li għandhom rabta ta’ kummissjoni bħal dik imsemmija fil-Kapitolu 36 tal-Liġi tat-taxxa fuq id-dħul (1999:1229).<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Kapitolu 3 tal-Liġi dwar il-VAT jeżenta l-provvista ta’ servizzi bankarji u finanzjarji u tranżazzjonijiet li jikkonsistu f’bejgħ u xiri ta’ stocks u ishma jew tranżazzjonijiet simili.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-Kapitolu 3 tal-istess liġi jeżenta wkoll il-provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni u ta’ riassugarazzjoni. Minn dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li, prinċipalment, impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni biss jistgħu jifformaw grupp tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-VAT imorru kontra l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT sa fejn jillimitaw l-applikazzjoni tar-reogli dwar il-gruppi tal-VAT għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet, fit-<DATE ISO="20080923">23 ta’ Settembru 2008</DATE>, ittra ta’ intimazzjoni lir-Renju tal-Isvezja fejn stednitu jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħhom tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> għal din l-ittra ta’ intimazzjoni, l-awtoritajiet Svediżi sostnew li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-VAT ma jmorrux kontra d-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx sodisfatta b’din it-tweġiba, fl-<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE> l-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata, li għaliha r-Renju tal-Isvezja wieġeb permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20100120">20 ta’ Jannar 2010</DATE>, fejn indika li kien qiegħed iżomm il-pożizzjoni espressa fit-tweġiba tiegħu għall-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Frar u tas-<DATE ISO="20110706">6 ta’ Lulju 2011</DATE>, ġew ammessi l-interventi tar-Repubblika tal-Finlandja u tal-Irlanda insostenn tat-talbiet tar-Renju tal-Isvezja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja josserva li l-Kummissjoni tinvoka, insostenn tar-rikors tagħha, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament filwaqt li, fl-opinjoni motivata tagħha, hija kienet indikat li l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT kienet ibbażata fuq il-prinċipju ta’ newtralità fiskali. Fir-replika tiegħu, ir-Renju tal-Isvezja jsostni li b’hekk is-suġġett tal-kawża ġie estiż u, għalhekk, mibdul.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Finlandja tikkunsidra li mill-proċedura prekontenzjuża u mill-azzjoni ineżami ma jistax jiġi ddeterminat b’mod ċar jekk il-Kummissjoni hijiex qiegħda ssostni, fil-konfront tar-Renju tal-Isvezja, ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali jew ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Hija tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikun ibbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors stess u, min-naħa l-oħra, is-suġġett tal-kawża huwa ddefinit mill-proċedura prekontenzjuża u għalhekk għandu jkun ibbażat fuq l-istess raġunijiet u motivi bħall-opinjoni motivata.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal dawn l-argumenti, il-Kummissjoni ssostni li l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom hija bbażata l-azzjoni tagħha jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mir-rikors tagħha. Filwaqt li ma tikkontestax li l-impriżi Svediżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni ma jinsabux f’kompetizzjoni ma’ impriżi Svediżi oħra li joperaw f’setturi oħra, hija tammetti li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali li kienet invokat fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża ma huwiex applikabbli għall-kawża ineżami. Madankollu, hija tikkunsidra li hija la estendiet u lanqas ma bidlet is-suġġett tal-kawża, meta mqabbel mal-opinjoni motivata, billi ressqet, insostenn tal-azzjoni tagħha, argument ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom tkun ibbażata azzjoni għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors stess (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/08" PAGE.ECR="I-1915" YEAR="2011">C-400/08, Ġabra p. I-1915</REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġuriprudenza ċċitata). F’din il-kawża, ir-rikors tal-Kummissjoni, li minnu jirriżulta b’mod ċar li din tal-aħħar ma hijiex qiegħda tinvoka, insostenn tal-azzjoni tagħha, ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali iżda ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, jissodisfa dan ir-rekwiżit.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-suġġett ta’ azzjoni mibdija skont l-Artikolu 258 TFUE huwa ddefinit mill-proċedura prekontenzjuża prevista f’din id-dispożizzjoni. Għalhekk, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet u motivi bħal dawk invokati fl-opinjoni motivata. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi interpretat b’mod li tiġi imposta, f’kull każ, koinċidenza perfetta bejn id-dikjarazzjoni tal-ilmenti fid-dispożittiv tal-opinjoni motivata u t-talbiet indikati fir-rikors, sakemm is-suġġett tal-kawża, kif iddefinit fl-opinjoni motivata, la jkun estiż u lanqas mibdul (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-139/00" PAGE.ECR="I-6407" YEAR="2002">C-139/00, Ġabra p. I-6407</REF.DOC.ECR>, punti 18 u 19, kif ukoll tat-<DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-458/08" PAGE.ECR="I-11599" YEAR="2010">C-458/08, Ġabra p. I-11599</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jikkostitwixxi l-espressjoni, fil-qasam tal-VAT, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti, sakemm differenzazzjoni ma tkunx oġġettivament iġġustifikata. Madankollu, filwaqt li nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali jista’ jkun possibbli biss bejn operaturi ekonomiċi kompetituri, ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament jista’ jkun ikkaratterizzat, fil-qasam fiskali, minn tipi oħra ta’ diskriminazzjonijiet, li jolqtu operaturi ekonomiċi li għalkemm ma jkunux neċessarjament kompetituri xorta waħda jkunu jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli minn aspetti oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-309/06" PAGE.ECR="I-2283" YEAR="2008">C-309/06, Ġabra p. I-2283</REF.DOC.ECR>, punti 49 u 51).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fil-qasam fiskali, ma jikkoinċidix mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali. Għaldaqstant, meta ssostni b’mod partikolari, fir-rikors tagħha, li l-Liġi dwar il-VAT, sa fejn tillimita l-possibbiltà li jiġi fformat grupp tal-VAT għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni, ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, filwaqt li f’dan ir-rigward kienet invokat, fl-opinjoni motivata, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, il-Kummissjoni estendiet is-suġġett tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors tal-Kummissjoni huwa inammissibbli sa fejn huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Il-kumplament tar-rikors huwa ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-VAT imorru kontra l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT sa fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa limitat għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Hija ssostni li regoli nazzjonali dwar il-gruppi tal-VAT għandhom japplikaw għall-impriżi kollha li jkunu stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat, irrispettivament mit-tip ta’ attivitajiet eżerċitati minnhom. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, is-sistema komuni tal-VAT hija sistema uniformi u għalhekk l-introduzzjoni ta’ regoli partikolari fil-kuntest ta’ din is-sistema għandu jkollha, bħala prinċipju, applikazzjoni ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, interpretazzjoni f’dan is-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT hija ssostanzjata mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni, li ma fiha xejn li jindika li Stat Membru jista’ jillimita l-applikazzjoni tar-regoli previsti minnu għall-impriżi ta’ settur partikolari. Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tkun konformi mal-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa, kif jindika l-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni [COM(73) 950 final] li wasslet għall-adozzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1 p. 23), li l-Istati Membri jkunu jistgħu, għall-finijiet ta’ semplifikazzjoni amministrattiva u tal-ġlieda kontra l-abbuż, ma jikkunsidrawx bħala distinti lill-persuni ġuridiċi li l-indipendenza tagħhom tkun purament ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni tammetti li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jidhirx li huwa applikabbli għall-kawża ineżami, hija ssostni li r-regoli Svediżi dwar il-gruppi tal-VAT xorta waħda jmorru kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Fil-fatt, dawn ir-regoli jiffavorixxu l-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni meta mqabbla ma’ dawk li joperaw f’setturi oħra. Issa, skont il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Isvezja ma stabbilixxiex li l-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni ma jinsabux f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ impriżi f’setturi oħra u lanqas li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għal dawn l-impriżi hija oġġettivament iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja jikkontesta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat fil-konfront tiegħu. Fil-fehma tiegħu, fil-fatt, id-dispożizzjoni tal-Liġi dwar il-VAT ma jmorrux kontra l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, huwa jsostni li, fuq il-bażi tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, matul is-sena 1998 huwa fetaħ għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jifformaw gruppi tal-VAT. Peress li kkunsidra li din kienet deroga mill-prinċipju li l-operazzjonijiet taxxabbli kollha għandhom jiġu ntaxxati, huwa kien illimita din il-possibbiltà għall-oqsma fejn ġie kkunsidrat li kienet l-iktar meħtieġa. Għaldaqstant, huwa kien iddeċieda li setgħu jagħmlu parti minn grupp tal-VAT l-istabbilimeni ta’ kreditu, il-kumpanniji ta’ investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi li jeżerċitaw attività finanzjarja eżentata, kif ukoll l-impriżi li, prinċipalment, jipprovdu prodotti jew servizzi lil impriżi finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-għoti ta’ din il-possibbiltà lis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni kienet tqieset partikolarment opportuna minħabba li l-attività tal-impriżi f’dan is-settur hija ħafna drabi maqsuma bejn diversi persuni ġuridiċi distinti. Peress li t-tranżazzjonijiet imwettqa bejn kumpanniji tal-istess grupp huma komuni u peress li l-impriżi finanzjarji jeżerċitaw, essenzjalment, attivitajiet eżentati, l-impatt, fir-rigward tal-VAT, tat-tranżazzjonijiet interni għall-grupp huwa partikolament kbir f’dan is-settur. Dawn l-impriżi huma esposti b’mod partikolari għall-kompetizzjoni minn impriżi stabbiliti fi Stati<?PAGE NO="6"?> Membri oħra. Barra minn hekk, sabiex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni fiskali, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, il-possibbiltà li jiġi fformat grupp tal-VAT kienet limitata b’mod li tkopri l-impriżi li jinsabu, direttament jew indirettament, taħt is-sorveljanza tal-Ispettorat tal-finanzi u li għalhekk jaqgħu taħt sistema ta’ kontroll pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, ir-Renju tal-Isvejza jikkunsidra li l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tippermetti regoli nazzjonali dwar il-gruppi tal-VAT li japplikaw biss għall-impriżi li jagħmlu parti minn ċerti setturi partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ir-Renju tal-Isvezja, peress li s-sistema komuni tal-VAT hija sistema uniformi, li hija bbażata fuq prinċipju fundamentali ta’ VAT ġenerali u universali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT għandu n-natura ta’ dispożizzjoni derogatorja sa fejn minnu jirriżulta li tranżazzjonijiet imwettqa fi ħdan grupp ta’ impriżi jistgħu jiġu eżentati. Għaldaqstant, dan l-artikolu għandu jingħata interpretazzjoni stretta.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>La mill-formulazzjoni u lanqas mill-għanijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT ma jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni minn Stat Membru timplika li l-possibbiltà li jiġi fformat grupp tal-VAT għandha tingħata lill-impriżi kollha stabbiliti fit-territorju tiegħu. Minn naħa, l-assenza ta’ preċiżjoni f’din id-dispożizzjoni tikkonferma f’dan id-dawl is-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri li jiddeterminaw b’mod iktar preċiż il-persuni stabbiliti fit-territorju tagħhom li għandhom jingħataw din il-possibbiltà. Min-naħa l-oħra, l-għanijiet ta’ semplifikazzjoni amministrattiva u tal-ġlieda kontra l-abbuż ma humiex rilevanti għall-impriżi kollha u ġeneralizzazzjoni tal-possibbiltà li jiġu fformati gruppi tal-VAT tkabbar ir-riskji ta’ abbuż, b’tali mod li tmur kontra wieħed mill-għanijiet segwiti.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Liġi dwar il-VAT la tinsab f’kunflitt mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u lanqas mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Fil-fatt, minn naħa, din il-liġi ma timplikax distorsjoni tal-kompetizzjoni sa fejn l-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni jinsabu f’kompetizzjoni biss bejniethom. Min-naħa l-oħra, dawn l-impriżi ma jinsabux f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik ta’ impriżi f’setturi oħra. Barra minn hekk, il-limitazzjoni tal-possibbiltà li jiġi fformat grupp tal-VAT hija mmotivata minn raġunijiet oġġettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-istess bħar-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tal-Finlandja tqis li fil-formulazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT ma hemm xejn li jippermetti li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata fis-sens li r-regoli dwar il-gruppi tal-VAT għandhom ikunu japplikaw b’mod ġenerali. Hija tqis li l-Liġi dwar il-VAT hija iktar konformi mal-għan ta’ uniformità tas-sistema komuni tal-VAT milli hija l-interpretazzjoni li tagħmel il-Kummissjoni tal-Artikolu 11, u dan sa fejn dan l-għan jeżiġi li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli partikolari permessi mid-Direttiva tal-VAT u li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ġenerali tagħhom għandu jkun limitat kemm jista’ jkun. Skont ir-Repubblika tal-Finlandja, il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-gruppi tal-VAT ma tista’ tkun suġġetta għal ebda kundizzjoni oħra għajr dik li tosserva l-prinċipju ta’ newtralità fiskali. Issa, il-limitazzjoni ta’ dawn ir-regoli għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni ma tinsabx f’kuntradizzjoni ma’ dan il-prinċipju u lanqas, fi kwalunkwe każ, mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Irlanda, li ġiet ammessa sabiex tippreżenta osservazzjonijiet orali, sostniet, fis-seduta, li l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT ma jistabbilixxix eċċezzjoni u lanqas ma jimponi obbligi fuq l-Istati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li l-Kummissjoni qiegħda tallega fil-konfront tar-Renju tal-Isvezja tiddependi mill-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, li dwarha l-partijiet esprimew pożizzjonijiet diverġenti, għandu jitfakkar, preliminarjament, li, sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu<?PAGE NO="7"?> inkunsiderazzjoni il-kliem, il-kuntest u l-għanijiet tagħha. Barra minn hekk, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni u kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sens u tal-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi (sentneza tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, NCC Construction Danmark, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/08" PAGE.ECR="I-10567" YEAR="2009">C-174/08, Ġabra p. I-10567</REF.DOC.ECR>, punti 23 u 24).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva tal-VAT, huwa meħtieġ, b’mod partikolari, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, iddefinit taħt it-Titolu III tagħha, jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi. F’dan il-kuntest, tali interpretazzjoni hija obbligatorja fir-rigward tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, minkejja n-natura fakultattiva, għall-Istati Membri, tar-regoli previsti f’dan l-artikolu, u dan sabiex jiġu evitati, meta tali regoli jiġu implementati, diverġenzi fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli bejn Stat Membru u ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, mill-formulazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li dan tal-aħħar jippermetti lil kull Stat Membru jikkunsidra diversi persuni bħala persuna taxxabbli waħda meta dawn ikunu stabbiliti fit-territorju ta’ dan l-istess Stat Membru u meta, minkejja li jkunu indipendenti mill-aspett ġuridiku, ikunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin mill-aspett finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv. Skont il-formulazzjoni tiegħu, dan l-artikolu ma jissuġġettax l-applikazzjoni tiegħu għal kundizzjonijiet oħra (sentenza tad-<DATE ISO="20130409">9 ta’ April 2013</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-85/11, punt 36). Dan l-artikolu lanqas ma jipprevedi l-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jimponu kundizzjonijiet oħra fuq l-operaturi ekonomiċi sabiex ikunu jistgħu jikkostitwixxu grupp tal-VAT, bħalma hija l-kundizzjoni li jkunu jeżerċitaw ċertu tip ta’ attività jew li jkunu jagħmlu parti minn settur ta’ attività partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>La mill-formulazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT u lanqas mill-kuntest tiegħu, jiġifieri t-Titolu III tad-direttiva msemmija, ma jirriżulta li dan l-artikolu għandu n-natura ta’ dispożizzjoni derogatorja jew partikolari li għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva, kif jissuġġerixxu r-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Finlandja.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għanijiet segwiti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, mir-raġunijiet tal-proposta tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 77/388 jirriżulta li, meta adotta t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tagħha, li ġie ssostitwit bl-imsemmi Artikolu 11, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li ma jorbtux sistematikament il-kwalità ta’ persuna taxxabbli mal-kunċett ta’ indipendenza purament ġuridika, u dan jew fl-interessi ta’ semplifikazzjoni amministrattiva jew sabiex jiġu evitati ċerti abbużi bħal, pereżempju, il-qsim ta’ impriża f’diversi persuni taxxabbli bil-għan li jibbenefikaw minn regoli partikolari (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT jippermetti wkoll lill-Istati Membri jieħdu l-miżura meħtieġa kollha sabiex jevitaw li l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu tippermetti l-frodi jew l-evażjoni fiskali. Madankollu, tali miżuri jistgħu jittieħdu biss fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. B’hekk, dejjem taħt din il-kundizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tar-regoli previsti fl-imsemmi Artikolu 11 sabiex jiġu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif ġie espost fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, ir-Renju tal-Isvezja qiegħed isostni li, sabiex jiġu preklużi l-frodi u l-evażjoni fiskali, huwa ddeċieda, inkonformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, li jillimita l-possibbiltà li jiġi fformat grupp tal-VAT għall-impriżi li jinsabu, direttament jew indirettament, taħt is-sorveljanza tal-Ispettorat tal-finanzi u li għalhekk jaqgħu taħt sistema ta’ kontroll pubbliku. Issa, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx b’mod konvinċenti li, fid-dawl tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, din il-miżura ma kinitx fondata.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-limitazzjoni tal-applikazzjoni tar-regoli previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u peress li r-rikors tal-Kummissjoni huwa inammissibbli sa fejn huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, dan ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mir-Renju tal-Isvezja. Skont l-Artikolu 140(1) tal-istess regoli, li jipprovdi li Stati Membri intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, għandu jiġi deċiż li l-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>