|
6.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/333
tal-5 ta' Marzu 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK. (1) |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2019, l-entrata għal żewġ persuni jenħtieġ li titħassar u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għal tliet persuni jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2019.”. |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
N. DIMOV
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
ANNESS
I.
L-entrati għall-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK:|
4. |
Olena Leonidivna Lukash |
|
10. |
Serhii Petrovych Kliuiev |
II.
L-entrati għall-persuni li ġejjin stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
7. |
Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Олександр Вiкторович Янукович) |
Imwieled fl-10 ta' Lulju 1973 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan. |
6.3.2014 |
|
11. |
Mykola Yanovych Azarov (Микола Янович Азаров), Nikolai Yanovich Azarov (Николай Янович Азаров) |
Imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f'Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014, |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan. |
6.3.2014 |
|
12. |
Serhiy Vitalyovych Kurchenko (Сергiй Вiталiйович Курченко) |
Imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f'Kharkiv, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |