European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1708

13.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1708

tat-13 ta’ Lulju 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/1485.

(2)

Fil-15 ta’ Settembru 2025, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa, li nħatar mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, ippubblika rapport bit-titolu “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa”. Ir-rapport issottolinja li l-awtoritajiet Russi kienu qed ikomplu jużaw teknoloġiji ġodda biex jiġu ristretti l-libertà ta’ espressjoni, l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta’ assoċjazzjoni.

(3)

Fis-16 ta’ Marzu 2026, id-Deputat Rappreżentant Permanenti tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra f’Ġinevra għamel dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni fil-qafas tal-61 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Id-dikjarazzjoni kkundannat bl-aktar mod qawwi possibbli l-ksur kontinwu mir-Russja tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali fl-Ukrajna, bħal eżekuzzjonijiet sommarji ta’ priġunieri tal-gwerra u detenuti ċivili, detenzjoni arbitrarja, l-użu sistematiku u mifrux tat-tortura u forom oħra ta’ trattament ħażin, inkluż l-istupru u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru oħra relatata mal-kunflitt.

(4)

L-Unjoni tibqa’ soda fil-kundanna tagħha tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tar-repressjoni fir-Russja.

(5)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li li 11-il persuna fiżika u 5 entitajiet jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1485 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

“88.

Elena Gennadyevna BAGUDINA

(bir-Russu: Елена Геннадьевна БАГУДИНА)

Pożizzjoni: Direttur Ġenerali ta’ Communication Platform LLC

Data tat-twelid: 11.3.1954

Nazzjonalità: Russa

Sess: Mara

Elena Bagudina hija d-Direttur Ġenerali ta’ Communication Platform LLC, li hija sussidjarja ta’ VK (preċedentement magħrufa bħala VKontakte), u l-iżviluppatur u l-maniġer tal-applikazzjoni tal-mowbajl appoġġata mill-istat Max. Fil-pożizzjoni tagħha bħala Direttur Ġenerali, hija responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni tal-applikazzjoni Max. L-iżvilupp tal-applikazzjoni Max kien issorveljat mis-Servizz Federali tas-Sigurtà (l-”FSB”), li stabbilixxa r-rekwiżiti li l-iżviluppaturi tal-applikazzjoni Max kellhom jissodisfaw. L-applikazzjoni Max trid tiġi installata minn qabel fuq il-mowbajls u t-tablets kollha mibjugħa fir-Russja u hija integrata mas-servizz Gosuslugi.

Skont diversi esperti, l-applikazzjoni Max għandha karatteristiċi estensivi ta’ sorveljanza u tista’ timmonitorja l-komunikazzjonijiet, inkluż l-użu tan-networks privati virtwali (il-”VPNs”), tiġbor data dwar applikazzjonijiet oħra installati fuq telefons, timmonitorja l-kotba tal-kuntatti, tidentifika il-post tal-utenti u tinstalla aġġornamenti awtonomi. L-introduzzjoni u l-promozzjoni tal-applikazzjoni Max mill-Istat Russu kienu akkumpanjati minn repressjoni u mblukkar ta’ applikazzjonijiet indipendenti oħra, bħal WhatsApp u Telegram, kif ukoll permezz ta’ kampanja biex jiġi limitat l-użu tal-VPNs, li kienu jippermettu lill-utenti jaċċessaw kontenut imblukkat fir-Russja.

L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet Russi permezz tal-applikazzjoni Max serviet bħala bażi biex ċittadin Russu jiġi mmultat għal kontenut imtella’ fuq l-applikazzjoni.

Għalhekk, Elena Bagudina tipprovdi appoġġ tekniku għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, inkluż billi tassisti u tiffaċilita tali atti.

13.7.2026

89.

Dmitry Valerianovich GACHKO

(bir-Russu: Дмитрий Валерьянович ГАЧКО)

Pożizzjoni: Direttur Ġenerali u sid aħħari ta’ VAS Experts

Data tat-twelid: 16.8.1976

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Gachko huwa d-Direttur Ġenerali u s-sid aħħari tal-kumpanija b’responsabbiltà limitata VAS Experts, li timmanifattura, tiżviluppa u tbigħ hardware u software relatati mal-hekk imsejħa System of Operative Investigative Measures (SORM). Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Direttur Ġenerali u sid aħħari, huwa responsabbli għall-ativitajiet ta’ VAS Experts marbuta mal-manifattura u l-forniment ta’ hardware u software relatati ma’ SORM.

SORM hija sistema ta’ sorveljanza li ilha tintuża minn nofs is-snin biex tikkontrolla l-internet u l-komunikazzjonijiet mobbli fir-Russja, jiġifieri biex timmonitorja t-telefonati, l-emails, l-użu tal-internet, il-messaġġi b’test liberu u n-networks soċjali. Il-fornituri tal-mowbajls u tal-internet huma legalment meħtieġa jinstallaw SORM. Hija installata fiċ-ċentri tad-data Russi kollha u fil-punti kollha ta’ skambju tal-internet u fi ħdan il-magni tat-tiftix ewlenin. It-traffiku tal-utenti jiġi kkupjat f’server separat jew f’ċentru tad-data disponibbli għas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB).

SORM tiġbor informazzjoni dwar il-post fiżiku tal-utenti, ix-xejriet tal-attività, il-ħin ta’ meta l-jintuża l-apparat, l-imġiba tal-utenti u l-użu ta’ SIM cards differenti f’apparat wieħed jew aktar. Tista’ tintuża b’mod retroattiv u mingħajr l-għarfien tal-fornitur.

SORM intużat biex tqiegħdu fil-mira ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni, gruppi ta’ minoranza u ċittadini ordinarji. Intużat ukoll biex jiġu pproċessati partitarji tal-oppożizzjoni Russa, mexxejja bħal Alexei Navalny, organizzaturi ta’ protesti, individwi li mexxew kontijiet tal-internet li kkritikaw l-awtoritajiet Russi jew li pproduċew rapporti dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u attivisti li opponew il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. SORM intużat ukoll biex jinżammu b’mod preventiv individwi suspettati b’attivitajiet kontra l-gvern. SORM kellha impatt profond fuq il-kapaċità ta’ ċittadini Russi li jaċċessaw informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Intużat ukoll biex timblokka t-traffiku minn eluf ta’ siti web u servizzi tal-Punent u l-aċċess għalihom.

VAS Experts hija involuta fl-iżvilupp, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ SORM, inkluż hardware u software integrat fin-networks tat-telekomunikazzjoni, u b’hekk tippermetti lill-aġenziji tal-intelligence jaċċessaw direttament it-traffiku kollu. VAS Experts hija fornitur ewlieni ta’ SORM li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ interċettazzjoni mandati mill-FSB u tappoġġa l-operat tal-infrastruttura ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tar-Russja. VAS Experts topera f’qafas stabbilit u ssorveljat mill-awtoritajiet Russi. Dawn l-awtoritajiet japprovaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-użu ta’ SORM, jirrikjedu li l-operaturi jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, jissorveljaw il-konformità u jużaw it-tagħmir għal attivitajiet ta’ interċettazzjoni diretta. Konsegwentement, VAS Experts tiżviluppa u tforni tagħmir iddisinjat speċifikament biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti mill-FSB.

Għalhekk, Dmitry Gachko jipprovdi appoġġ materjali għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.7.2026

90.

Sergey Anatolevich OVCHINNIKOV

(bir-Russu: Сергей Анатольевич ОВЧИННИКОВ)

Pożizzjoni: Direttur Eżekuttiv u sid aħħari ta’ Closed Joint-Stock Company ‘Norsi Trans’

Data tat-twelid: 5.5.1955

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Ovchinnikov huwa d-Direttur Eżekuttiv u s-sid aħħari ta’ Closed Joint-Stock Company ‘Norsi-Trans’, li timmanifattura, tiżviluppa u tbigħ hardware u software relatati mal-hekk imsejħa System of Operative Investigative Measures (SORM). Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Direttur Eżekuttiv u sid aħħari, huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ Norsi-Trans marbuta mal-manifattura u l-forniment ta’ hardware u software relatati ma’ SORM.

SORM hija sistema ta’ sorveljanza li ilha tintuża minn nofs is-snin biex tikkontrolla l-internet u l-komunikazzjonijiet mobbli fir-Russja, jiġifieri biex timmonitorja t-telefonati, l-emails, l-użu tal-internet, il-messaġġi b’test liberu u n-networks soċjali. Il-fornituri tal-mowbajls u tal-internet huma legalment meħtieġa jinstallaw SORM. Hija installata fiċ-ċentri tad-data Russi kollha u fil-punti kollha ta’ skambju tal-internet u fi ħdan il-magni tat-tiftix ewlenin. It-traffiku tal-utenti jiġi kkupjat f’server separat jew f’ċentru tad-data disponibbli għas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB).

SORM tiġbor informazzjoni dwar il-post fiżiku tal-utenti, ix-xejriet tal-attività, il-ħin meta jintuża l-apparat, l-imġiba tal-utenti u l-użu ta’ SIM cards differenti f’apparat wieħed jew aktar. Tista’ tintuża b’mod retroattiv u mingħajr l-għarfien tal-fornitur.

SORM intużat biex tqiegħdu fil-mira ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni, gruppi ta’ minoranza u ċittadini ordinarji. Intużat ukoll biex jiġu pproċessati partitarji tal-oppożizzjoni Russa, mexxejja bħal Alexei Navalny, organizzaturi ta’ protesti, individwi li mexxew kontijiet tal-internet li kkritikaw lill-awtoritajiet Russi jew ipproduċew rapporti dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u attivisti li opponew il-gwerra ta’aggressjoni konta l-Ukrajna. SORM intużat ukoll biex jinżammu b’mod preventiv individwi suspettati b’attivitajiet kontra l-gvern. SORM kellha impatt profond fuq il-kapaċità tar-Russi li jaċċessaw informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Intużat biex timblokka t-traffiku minn eluf ta’ siti web u servizzi tal-Punent u l-aċċess għalihom.

Norsi-Trans hija involuta fl-iżvilupp, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ SORM, inkluż hardware u software integrat fin-networks tat-telekomunikazzjoni, biex b’hekk tippermettu lill-aġenziji tal-intelligence jaċċessaw direttament it-traffiku kollu. SORM tinkludi tagħmir ta’ monitoraġġ installat fil-faċilitajiet ta’ fornituri tat-telekomunikazzjoni. Tali tagħmir ta’ monitoraġġ jipprovdi informazzjoni lill-aġenzija tal-intelligence tal-gvern Russu, inkluż dwar telefonati, messaġġi b’test liberu, emails u traffiku tal-internet. SORM tiffaċilita wkoll l-aċċess għal data ta’ komunikazzjoni assoċjata ma’ applikazzjoni ta’ messaġġi, metadata, numri tal-mowbajl, identifikaturi tat-telefown, ġeolokalizzazzjoni, ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika u indirizzi IP.

Norsi-Trans hija fornitur ewlieni ta’ SORM li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ interċettazzjoni mandati mill-FSB u tappoġġa l-operat tal-infrastruttura ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tar-Russja. Norsi-Trans topera f’qafas stabbilit u ssorveljat mill-awtoritajiet Russi. Dawn L-awtoritajiet japprovaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-użu ta’ SORM, jirrikjedu li l-operaturi jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, jissorveljaw il-konformità u jużaw it-tagħmir għal attivitajiet ta’ interċettazzjoni diretta. Konsegwentement, Norsi-Trans tiżviluppa u tforni tagħmir iddisinjat speċifikament biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti mill-FSB.

Għalhekk, Sergey Ovchinnikov jipprovdi appoġġ materjali għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.7.2026

91.

Mikhail Mikhailovich FOMIN

(bir-Russu: Михаил Михайлович ФОМИН)

Pożizzjoni: Direttur Eżekuttiv ta’ LLC Citadel

Data tat-twelid: 22.3.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Mikhail Fomin huwa d-Direttur Eżekuttiv ta’ LLC Citadel.

LLC Citadel topera f’Moska u Nizhny Novgorod u tiżviluppa, timplimenta u tipprovdi appoġġ għas-software u l-hardware tal-hekk imsejħa System of Operative Investigative Measures (SORM). LLC Citadel hija l-akbar manifattur u allegatament l-aktar fornitur importanti ta’ hardware u software SORM fir-Russja. Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Direttur Eżekuttiv, Mikhail Fomin huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ LLC Citadel marbuta mal-manifattura u l-forniment ta’ hardware u software relatati ma’ SORM.

SORM hija sistema ta’ sorveljanza li ilha tintuża minn nofs is-snin biex tikkontrolla l-internet u l-komunikazzjonijiet mobbli fir-Russja, jiġifieri biex timmonitorja t-telefonati, l-emails, l-użu tal-internet, il-messaġġi b’test liberu u n-networks soċjali. Il-fornituri tal-mowbajls u tal-internet huma legalment meħtieġa jinstallaw SORM. Hija installata fiċ-ċentri tad-data Russi kollha u fil-punti kollha ta’ skambju tal-internet, u fi ħdan il-magni tat-tiftix ewlenin. It-traffiku tal-utenti jiġi kkupjat f’server separat jew f’ċentru tad-data disponibbli għas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB).

SORM tiġbor informazzjoni dwar il-post fiżiku tal-utenti, ix-xejriet tal-attività, il-ħin meta jintuża l-apparat, l-imġiba tal-utenti u l-użu ta’ SIM cards differenti f’apparat wieħed jew aktar. Tista’ tintuża b’mod retroattiv u mingħajr l-għarfien tal-fornitur.

SORM intużat biex tqiegħdu fil-mira ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni, gruppi ta’ minoranza u ċittadini ordinarji. Intużat ukoll biex jiġu pproċessati partitarji tal-oppożizzjoni Russa, mexxejja bħal Alexei Navalny, organizzaturi ta’ protesti, individwi li mexxew kontijiet tal-internet li kkritikaw lill-awtoritajiet Russi jew ipproduċew rapporti dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u attivisti li opponew il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. SORM intużat ukoll biex jinżammu b’mod preventiv individwi suspettati b’attivitajiet kontra l-gvern. SORM kellha impatt profond fuq il-kapaċità ta’ ċittadini Russi li jaċċessaw informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna Intużat ukoll biex timblokka t-traffiku minn eluf ta’ siti web u servizzi tal-Punent u l-aċċess għalihom.

LLC Citadel hija involuta fl-iżvilupp, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ SORM, inkluż hardware u software integrat fin-networks tat-telekomunikazzjoni, biex b’hekk tippermetti lill-aġenziji tal-intelligence jaċċessaw direttament it-traffiku kollu. SORM tinkludi tagħmir ta’ monitoraġġ installat f’faċilitajiet ta’ fornituri tat-telekomunikazzjoni. Tali tagħmir ta’ monitoraġġ jipprovdi informazzjoni lill-aġenzija tal-intelligence tal-gvern Russu, inkluż dwar telefonati, messaġġi b’test liberu, emails u traffiku tal-internet. SORM tiffaċilita wkoll l-aċċess għal data ta’ komunikazzjoni assoċjata ma’ applikazzjoni ta’ messaġġi, metadata, numri tal-mowbajl, identifikaturi tat-telefown, ġeolokalizzazzjoni, ismijiet u indirizzi tal-posta elettronika u indirizzi IP.

LLC Citadel hija fornitur ewlieni ta’ SORM li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ interċettazzjoni mandati mill-FSB u tappoġġa l-operat tal-infrastruttura ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tar-Russja. LLC Citadel topera f’qafas stabbilit u ssorveljat mill-awtoritajiet Russi. Dawn l-awtoritajiet japprovaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-użu ta’ SORM, jirrikjedu li l-operaturi jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, jissorveljaw il-konformità u jużaw it-tagħmir għal attivitajiet ta’ interċettazzjoni diretta. Konsegwentement, LLC Citadel tiżviluppa u tforni tagħmir iddisinjat speċifikament biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti mill-FSB.

Għalhekk, Mikhail Fomin qed jipprovdi appoġġ materjali għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.7.2026

92.

Alexander Vladimirovich GNUTOV

(bir-Russu: Александр Владимирович ГНУТОВ)

Pożozzjoni: Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 (mill-2024)

eks Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 (mill-2022 sal-2024)

Data tat-twelid: 9.8.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 6100202615

Alexander Gnutov huwa l-Kap tal-Kolonja Penali Nru 10, li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distret ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, jissorvelja direttament u huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-Kolonja Penali Nru 10, u naqas milli jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sikurezza tagħhom u ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Għalhekk Alexander Gnutov huwa responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. Eks detenuti jirrappurtaw trattament inuman u degradanti u tortura, inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom jirrappuraw dwar il-kundizzjonijiet inumani u t-tortura fil-Kolonja Penali Nru 10 mill-2012, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Alexander Gnutov huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026

93.

Alexei Vladimirovich ANASHKIN

(bir-Russu: Алексей Владимирович АНАШКИН)

Pożizzjoni: Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10

Data tat-twelid: 9.6.1978

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 8902524698

Alexei Anashkin huwa l-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distrett ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, jissorvelja direttament u huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-Kolonja Penali Nru 10, u naqas milli jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sikurezza tagħhom u ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Għalhekk Alexei Anashkin huwa responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. Eks detenuti jirrappurtaw trattament inuman u degradanti u tortura, inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom mill-2012 jirrappurtaw dwar il-kundizzjonijiet inumani u t-tortura f’din il-faċilità, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Alexei Anashkin huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026

94.

Egor Viktorovich AVERKIN

(bir-Russu: Егор Викторович АВЕРКИН)

Pożizzjoni: Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10

Data tat-twelid: 8.10.1992

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 8912267789

Egor Averkin huwa l-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distrett ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, jissorvelja direttament u huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-Kolonja Penali Nru 10 u naqas milli jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sikurezza tagħhom u ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Għalhekk Egor Averkin huwa responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. Eks detenuti jirrappurtaw trattament inumani u degradanti u tortura inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom mill-2012 jirrappurtaw dwar il-kundizzjonijiet inumani u tortura f’din il-faċilità, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Egor Averkin huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026

95.

Alexander Anatolevich GRISHANIN

(bir-Russu: Александр Анатольевич ГРИШАНИН)

Pożizzjoni: Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10

Data tat-twelid: 6.10.1991

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 8911222216

Alexander Grishanin huwa l-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distrett ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, jissorvelja direttament u huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-Kolonja Penali Nru 10, u naqas milli jaċċerta l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sikurezza tagħhom u ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Għalhekk Alexander Grishanin huwa responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. Eks detenuti jirrappurtaw trattament inumani u degradanti u tortura inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom mill-2012 jirrappurtaw dwar kundizzjonijiet inumani u tortura f’din il-faċilità, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Alexander Grishanin huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026

96.

Semyon Viktorovich KUZNETSOV

(bir-Russu: Семен Викторович КУЗНЕЦОВ)

Pożizzjoni: Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10

Data tat-twelid: 18.11.1982

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 79271857062

Semyon Kuznetsov huwa l-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distrett ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, jissorvelja direttament u huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-Kolonja Penali Nru 10, u naqas milli jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sikurezza tagħhom u ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Għalhekk Semyon Kuznetsov huwa responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. L-eks detenuti jirrappurtaw trattament inuman u degradanti u tortura inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom mill-2012 jirrappurtaw dwar kundizzjonijiet inumani u tortura f’din il-faċilità, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Semyon Kuznetsov huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026

97.

Ivan Vasilyevich VESHKIN

(bir-Russu: Иван Васильевич ВЕШКИН)

Pożizzjoni: Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10

Data tat-twelid: 22.12.1991

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 8903739994

Ivan Veshkin huwa l-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 10 li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distrett ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, jissorvelja direttament u huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-Kolonja Penali Nru 10, u naqas milli jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sikurezza tagħhom u ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Għalhekk Ivan Veshkin huwa responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. L-eks detenuti jirrappurtaw trattament inumani u degradanti u tortura, inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom mill-2012 jirrappurtaw dwar kundizzjonijiet inumani u tortura f’din il-faċilità, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Ivan Veshkin huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026

98.

Galina Vasilievna MOKSHANOVA

(bir-Russu: Галина Васильевна МОКШАНОВА)

Pożizzjoni: Kap tal-Unità Medika Nru 13, Kolonja Penali Nru 10

Data tat-twelid: 16.1.1966

Nazzjonalità: Russa

Sess: Mara

Numru tal-passaport: 8910200628

Galina Mokshanova hija l-Kap tal-Unità Medika Nru 13 tal-Kolonja Penali Nru 10 li tinsab fil-villaġġ ta’ Udarny fid-Distrett ta’ Zubovo-Polyansky tar-Repubblika ta’ Mordovja. F’dik il-pożizzjoni, hija tippjana, tidderieġi, tordna u tiffaċilita attivitajiet imwettqa fis-servizzi mediċi tal-Kolonja Penali Nru 10. Għalhekk Galina Mokshanova hija responsabbli għall-abbuż tal-priġunieri mwettaq mill-persunal tal-Kolonja Penali Nru 10.

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni kif ukoll ċivili Ukreni, maqbuda fit-territorji Ukreni okkupati nżammu fil-Kolonja Penali Nru 10. Eks detenuti jirrappurtaw trattament inuman u degradanti u tortura, inkluż xokkijiet elettriċi, swat, pożizzjonijiet ta’ stress li jikkawżaw ulċeri trofiċi, vjolenza sesswali, eżekuzzjonijiet fittizji u ċ-ċaħda tal-kura medika. Il-persuni ċivili huma soġġetti għall-istess trattament bħall-priġunieri tal-gwerra u jinżammu mingħajr proċess jew status. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ilhom mill-2012 jirrappurtaw dwar kundizzjonijiet inumani u tortura f’din il-faċilità, inkluż fuq priġunieri Russi.

Għalhekk, Galina Mokshanova hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor.

13.7.2026”.

(2)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

VK (qabel magħruf bħala Mail.ru group, VK Company Limited)

(bir-Russu: VK)

Indirizz: Moscow, 125167, Leningradsky prospekt 39, bld. 79

Vk.com

Vk.company

INN (Identifikazzjoni tat-taxxa Russa): 3900015862

TIN (TIN): 3900015862

OGRN (numru tar-reġistru kummerċjali): 1233900010585

VK hija waħda mill-kumpaniji teknoloġiċi ewlenin fir-Russja. Tipprovdi servizzi ta’ email u chat u topera applikazzjonijiet u s-sit web tal-media soċjali VKontakte.

VK hija l-kumpanija omm ta’ Communication Platform LLC, l-iżviluppatur u l-maniġer tal-applikazzjoni tal-mowbajl appoġġata mill-istat Max. L-iżvilupp tal-applikazzjoni Max kien issorveljat mis-Servizz Federali tas-Sigurtà (l-FSB), li stabbilixxa rekwiżiti li l-iżviluppaturi tal-applikazzjoni Max kellhom jissodisfaw. L-applikazzjoni Max trid tiġi installata minn qabel fuq il-mowbajls u t-tablets kollha mibjugħa fir-Russja, u hija integrata mas-servizz Gosuslugi.

Skont għadd ta’ esperti, l-applikazzjoni Max għandha karatteristiċi estensivi ta’ sorveljanza u tista’ timmonitorja l-komunikazzjonijiet, inkluż l-użu ta’ networks privati virtwali (VPNs), tiġbor data dwar applikazzjonijiet oħra installati fuq it-telefowns, timmonitorja l-kotba tal-kuntatti, tidentifika l-post tal-utenti u tinstalla aġġornamenti awtonomi. L-introduzzjoni u l-promozzjoni tal-applikazzjoni Max mill-Istat Russu kienu akkumpanjati minn repressjoni u mblukkar ta’ applikazzjonijiet indipendenti oħra, bħal WhatsApp u Telegram, kif ukoll permezz ta’ kampanja biex jiġi limitat l-użu tal-VPNs, li kienu jippermettu lill-utenti jaċċessaw kontenut imblukkat fir-Russja.

L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet Russi permezz tal-applikazzjoni Max serviet bħala bażi biex ċittadin Russu jiġi mmultat għal kontenut imtella’ fuq l-applikazzjoni.

L-applikazzjoni Max ibbenefikat minn ibblokkjar impost mill-gvern għall-aċċess għall-kompetituri tal-Punent u indipendenti, bħal Instagram, Facebook, Telegram u WhatsApp, li ppermetulha żżid id-dħul u s-sehem tagħha mis-suq.

VK ikkooperat mal-awtoritajiet Russi fl-azzjonijiet repressivi tagħhom, inkluż billi pprovditilhom data dwar utenti tas-servizzi tagħha li tellgħu kontenut li jikkritika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jew kontenut ieħor ipprojbit mill-awtoritajiet.

VK ipparteċipat ukoll fil-projbizzjoni ordnata mill-gvern fuq l-użu ta’ VPNs, li permezz tagħhhom l-utenti Russi tal-internet setgħu qabel jaċċessaw kontenut indipendenti fuq l-internet.

Għalhekk, VK tipprovdi appoġġ tekniku għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, inkluż billi tassisti u tiffaċilita tali atti.

13.7.2026

4.

Communication Platform LLC

(bir-Russu: Акционерное Общество Инвестиционная Компания Коммуникационная Платформа)

Indirizz: PR-KT LENINGRADSKII D. 39, STR. 79, 125167 MOSCOW, Russian Federation

www.complatform.ru

mail@complatform.ru

INN (Identifikazzjoni tat-taxxa Russa): 9714058267

TIN (TIN): 9714058267

Communication Platform LLC hija kumpanija sussidjarja ta’ VK (li qabel kienet magħrufa bħala VKontakte) u hija l-iżviluppatur u l-maniġer tal-applikazzjoni tal-mowbajl appoġġata mill-istat Max. L-iżvilupp tal-applikazzjoni Max kien issorveljat mis-Servizz Federali tas-Sigurtà (l-FSB), li stabbilixxa r-rekwiżiti li l-iżviluppaturi tal-applikazzjoni Max kellhom jissodisfaw. L-applikazzjoni Max trid tiġi installata minn qabel fuq il-mowbajls u t-tablets kollha mibjugħa fir-Russja u hija integrata mas-servizz Gosuslugi.

Skont għadd ta’ esperti, l-applikazzjoni Max għandha karatteristiċi estensivi ta’ sorveljanza u tista’ timmonitorja l-komunikazzjonijiet, inkluż l-użu ta’ networks privati virtwali (VPNs), tiġbor data dwar applikazzjonijiet oħra installati fuq telefowns, timmonitorja l-kotba tal-kuntatti, tidentifika l-post tal-utenti u tinstalla aġġornamenti awtonomi. L-introduzzjoni u l-promozzjoni tal-applikazzjoni Max mill-Istat Russu kienu akkumpanjati minn repressjoni u mblukkar ta’ applikazzjonijiet indipendenti oħra, bħal WhatsApp u Telegram, kif ukoll permezz ta’ kampanja biex jiġi limitat l-użu tal-VPNs, li kienu jippermettu lill-utenti jaċċessaw kontenut imblukkat fir-Russja.

L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet Russi permezz tal-applikazzjoni Max serviet bħala bażi biex ċittadin Russu jiġi mmultat għal kontenut imtella’ fuq l-applikazzjoni.

Għalhekk, Communication Platform LLC qed tipprovdi appoġġ tekniku għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, inkluż billi tassisti u tiffaċilita tali atti.

13.7.2026

5.

VAS Experts

(bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью Вас Экспертс)

Indirizz: Saint Petersburg, Avenue Liteyny 26, building a, office 5-13

OGRN: 1137847014337

INN (Identifikazzjoni tat-taxxa Russa) 7841476577

VAS Experts timmanifattura, tiżviluppa, u tbigħ hardware u software relatati mal-hekk imsejħa System of Operative Investigative Measures (SORM).

SORM hija sistema ta’ sorveljanza li ilha tintuża minn nofs is-snin biex tikkontrolla l-internet u l-komunikazzjonijiet mobbli fir-Russja, jiġifieri biex timmonitorja t-telefonati, l-emails, l-użu tal-internet, il-messaġġi b’test liberu u n-networks soċjali. Il-fornituri tal-mowbajls u tal-internet huma legalment meħtieġa jinstallaw SORM. Hija installata fiċ-ċentri tad-data Russi kollha u fil-punti kollha ta’ skambju tal-internet, u fi ħdan il-magni tat-tiftix ewlenin. It-traffiku tal-utenti jiġi kkupjat f’server separat jew f’ċentru tad-data disponibbli għas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB).

SORM tiġbor informazzjoni dwar il-post fiżiku tal-utenti, ix-xejriet tal-attività, il-ħin meta jintuża l-apparat, l-imġiba tal-utenti u l-użu ta’ SIM cards differenti f’apparat wieħed jew aktar. Tista’ tintuża b’mod retroattiv u mingħajr l-għarfien tal-fornitur.

SORM intużat biex tqiegħdu fil-mira ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni, gruppi ta’ minoranza u ċittadini ordinarji. Intużat ukoll biex jiġu pproċessati partitarji tal-oppożizzjoni Russa, mexxejja bħal Alexei Navalny, organizzaturi ta’ protesti, individwi li mexxew kontijiet tal-internet li kkritikaw lill-awtoritajiet Russi jew ipproduċew rapporti dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u attivisti li opponew il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. SORM intużat ukoll biex jinżammu b’mod preventiv individwi suspettati b’attivitajiet kontra l-gvern. SORM kellha impatt profond fuq il-kapaċità ta’ ċittadini Russi li jaċċessaw informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Intużat ukoll biex timblokka t-traffiku minn eluf ta’ siti web u servizzi tal-Punent u l-aċċess għalihom.

VAS Experts hija involuta fl-iżvilupp, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ SORM, inkluż hardware u software li huwa integrat fin-networks tat-telekomunikazzjoni, biex b’hekk tippermettu lill-aġenziji tal-intelligence jaċċessaw direttament it-traffiku kollu.

VAS Experts hija fornitur ewlieni ta’ SORM li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ interċettazzjoni mandati mill-FSB u tappoġġa l-operat tal-infrastruttura ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tar-Russja.

VAS Experts topera f’qafas stabbilit u ssorveljat mill-awtoritajiet Russi. Dawn l-awtoritajiet japprovaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-użu ta’ SORM, jirrikjedu li l-operaturi jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, jissorveljaw il-konformità u jużaw it-tagħmir għal attivitajiet ta’ interċettazzjoni diretta. Konsegwentement, VAS Experts tiżviluppa u tforni tagħmir iddisinjat speċifikament biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti mill-FSB.

Għalhekk, VAS Experts tipprovdi appoġġ materjali għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.7.2026

6.

Norsi Trans

magħrufa wkoll bħala Closed Joint-Stock Company ‘Norsi-Trans’

(bir-Russu: Закрытое Акционерное Общество ‘Норси-Транс’)

Indirizz: 127015 Moscow, Bolshaya Novodmitrovskaya Street 12, building 15, floor 2, room 36

Data tar-reġistrazzjoni: 16.1.2003

OGRN: 1037700030477

INN (Identifikazzjoni tat-taxxa Russa): 7705051215

Closed Joint-Stock Company ‘Norsi-Trans’ timmanifattura, tiżviluppa u tbigħ hardware u software relatati mal-hekk imsejħa System of Operative Investigative Measures (SORM).

SORM hija sistema ta’ sorveljanza li ilha tintuża minn nofs is-snin biex tikkontrolla l-internet u l-komunikazzjonijiet mobbli fir-Russja, jiġifieri biex timmonitorja t-telefonati, l-emails, l-użu tal-internet, il-messaġġi b’test liberu u n-networks soċjali. Il-fornituri tal-mowbajls u tal-internet huma legalment meħtieġa jinstallaw SORM. Hija installata fiċ-ċentri tad-data Russi kollha u fil-punti kollha ta’ skambju tal-internet, u fi ħdan il-magni tat-tiftix ewlenin. It-traffiku tal-utenti jiġi kkupjat f’server separat jew f’ċentru tad-data disponibbli għas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB).

SORM tiġbor informazzjoni dwar il-post fiżiku tal-utenti, ix-xejriet tal-attività, il-ħin meta jintuża l-apparat, l-imġiba tal-utenti u l-użu ta’ SIM cards differenti f’apparat wieħed jew aktar. Tista’ tintuża b’mod retroattiv u mingħajr l-għarfien tal-fornitur.

SORM intużat biex tqiegħdu fil-mira ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni, gruppi ta’ minoranza u ċittadini ordinarji. Intużat ukoll biex jiġu pproċessati partitarji tal-oppożizzjoni Russa, mexxejja bħal Alexei Navalny, organizzaturi ta’ protesti, individwi li mexxew kontijiet tal-internet li kkritikaw lill-awtoritajiet Russi jew ipproduċew rapporti dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u attivisti li opponew il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Intużat ukoll biex jinżammu b’mod preventiv individwi suspettati b’attivitajiet kontra l-gvern. SORM kellha impatt profond fuq il-kapaċità tar-Russi li jaċċessaw informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Intużat ukoll biex timblokka t-traffiku minn eluf ta’ siti web u servizzi tal-Punent u l-aċċess għalihom.

Norsi-Trans hija involuta fl-iżvilupp, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ SORM, inkluż hardware u software li huwa integrat fin-networks tat-telekomunikazzjoni biex b’hekk tippermetti lill-aġenziji tal-intelligence jaċċessaw direttament it-traffiku kollu. SORM tinkludi tagħmir ta’ monitoraġġ installat f’faċilitajiet ta’ fornituri tat-telekomunikazzjoni. Tali tagħmir ta’ monitoraġġ jipprovdi informazzjoni lill-aġenzija tal-intelligence tal-gvern Russu, inkluż fuq telefons, messaġġi b’test liberu, emails u traffiku tal-internet. SORM tiffaċilita wkoll l-aċċess għal data ta’ komunikazzjoni assoċjata ma’ applikazzjoni ta’ messaġġi, metadata, numri tal-mowbajl, identifikaturi tat-telefown, ġeolokalizzazzjoni, ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika u indirizzi IP.

Norsi-Trans hija fornitur ewlieni ta’ SORM li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ interċettazzjoni mandati mill-FSB u tappoġġa l-operat tal-infrastruttura ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tar-Russja.

Norsi-Trans topera f’qafas stabbilit u ssorveljat mill-awtoritajiet Russi. Dawn l-awtoritajiet japprovaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-użu ta’ SORM, jirrikjedu li l-operaturi jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, jissorveljaw il-konformità u jużaw it-tagħmir għal attivitajiet ta’ interċettazzjoni diretta. Konsegwentement, Norsi-Trans tiżviluppa u tforni tagħmir iddisinjat speċifikament biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti mill-FSB.

Għalhekk, Norsi-Trans tipprovdi appoġġ materjali għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.7.2026

7.

LLC Citadel

(bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘Цитадель’)

Indirizz: 127015 Moscow, Intra-city municipal territory municipal district Butyrsky, Novodmitrovskaya Street 2B

OGRN: 1157746895690

INN(Russian tax ID): 9701012339

Indirizz: 603098, Nizhny Novgorod, pr. Gagarina, 50 (Korpus 9), BTS ‘Chiornaya Zhemchuzhina’

OGRN: 1055238018098

INN (Identifikazzjoni tat-taxxa Russa): 5260146265

LLC Citadel topera f’Moska u Nizhny Novgorod u tiżviluppa, timplimenta u tipprovdi appoġġ għas-software u l-hardware tal-hekk imsejħa System of Operative Investigative Measures (SORM). LLC Citadel hija l-akbar manifattur u allegatament l-aktar fornitur importanti ta’ hardware u software SORM fir-Russja.

SORM hija sistema ta’ sorveljanza li ilha tintuża minn nofs is-snin biex tikkontrolla l-internet u l-komunikazzjonijiet mobbli fir-Russja, jiġifieri l-monitoraġġ ta’ telefonati, emails, l-użu tal-internet, messaġġi b’test liberu u networks soċjali. Il-fornituri tal-mowbajls u tal-internet huma legalment meħtieġa jinstallaw SORM. Hija installata fiċ-ċentri tad-data Russi kollha u fil-punti kollha ta’ skambju tal-internet, il-magni tat-tiftix ewlenin. It-traffiku tal-utenti jiġi kkupjat f’server separat jew f’ċentru tad-data disponibbli għas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB). SORM tiġbor informazzjoni dwar il-post fiżiku tal-, ix-xejriet tal-attività, il-ħin meta jintuża l-apparat, l-imġiba tal-utenti u l-użu ta’ SIM cards differenti f’apparat wieħed jew aktar. Tista’ tintuża b’mod retroattiv u mingħajr l-għarfien tal-fornitur.

SORM intużat biex tqiegħdu fil-mira ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni, gruppi ta’ minoranza u ċittadini ordinarji. Intużat ukoll biex jiġu pproċessati partitarji tal-oppożizzjoni Russa, mexxejja bħal Alexei Navalny, organizzaturi ta’ protesti, individwi li mexxew kontijiet tal-internet li kkritikaw lill-awtoritajiet Russi jew ipproduċew rapporti dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u attivisti li opponew il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. SORM intużat ukoll biex jinżammu b’mod preventiv individwi suspettati b’attivitajiet kontra l-gvern. Kellha impatt profond fuq il-kapaċità tar-Russi li jaċċessaw informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u ntużat biex timblokka t-traffiku minn eluf ta’ siti web u servizzi tal-Punent u l-aċċess għalihom.

LLC Citadel hija involuta fl-iżvilupp, il-forniment u l-manutenzjoni ta’ SORM, inkluż hardware u software integrat fin-networks tat-telekomunikazzjoni, biex b’hekk tippermetti lill-aġenziji tal-intelligence jaċċessaw direttament it-traffiku kollu. SORM tinkludi tagħmir ta’ monitoraġġ installat fil-faċilitajiet ta’ fornituri tat-telekomunikazzjoni. Tali tagħmir ta’ monitoraġġ jipprovdi informazzjoni lill-aġenzija tal-intelligence tal-gvern, inkluż telefonati, messaġġi b’test liberu, emails, u traffiku tal-internet. SORM tiffaċilita ukoll l-aċċess għal data ta’ komunikazzjoni assoċjata ma’ applikazzjoni ta’ messaġġi, metadata, numri tal-mowbajl, identifikaturi tat-telefown, ġeolokalizzazzjoni, ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika u indirizzi IP.

LLC Citadel hija fornitur ewlieni ta’ SORM li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ interċettazzjoni mandati mill-FSB u tappoġġa l-operat tal-infrastruttura ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tar-Russja.

LLC Citadel topera f’qafas stabbilit u ssorveljat mill-awtoritajiet Russi. L-awtoritajiet japprovaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-użu ta’ SORM, jirrikjedu li l-operaturi jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, jissorveljaw il-konformità u jużaw it-tagħmir għal attivitajiet ta’ interċettazzjoni diretta. Konsegwentement, LLC Citadel tiżviluppa u tforni tagħmir iddisinjat speċifikament biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sorveljanza.

Għalhekk, LLC Citadel tipprovdi appoġġ materjali għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

13.7.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1708/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)