|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/635 |
27.1.2025 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjonijiet użati minn Ċipru skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu
(C/2025/635)
Il-pubblikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu (ir-Regolament FuelEU Maritime) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
Ċipru nnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li juża l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2023/1805 għall-bastiment elenkat hawn taħt:
|
L-isem tal-bastiment |
Numru tal-IMO |
Rotta koperta |
Tip ta’ servizz |
|
DALEELA |
9001306 |
Limassol (Ċipru) — Piraeus (il-Greċja) |
Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku mogħti mill-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Istabbiliment ta’ Link Marittimu tal-Passiġġieri bejn Ċipru u l-Greċja skont l-Obbligi ta’ Servizz Pubbliku |
(1) ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1805/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/635/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)