21.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/458

tad-19 ta' Marzu 2019

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu (BĊE/2019/6) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta' Banque centrale du Lussemburgu, Deloitte Audit SARL, skada wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2018. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2019.

(3)

Banque centrale du Lussemburgu għażel lil Ernst & Young SA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Ernst & Young SA jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.

(5)

B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 7 hu sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Ernst & Young SA huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)   ĠU C 67, 20.2.2019, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).