<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-642/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0642</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:682">EU:C:2019:682</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑642/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs Spanja (Pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑642/18</HT></P><P>Il‑Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>Ir-Renju ta’ Spanja</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/98/KE</KEYWORD><KEYWORD>Skart</KEYWORD><KEYWORD>Pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart–Evalwazzjoni u reviżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni lill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar l-iskart<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 312, p. 3</REF.DOC.OJ>), fil-verżjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1127 tal‑<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="184" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 184, p. 13</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 297, p. 9</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tipprevedi l-iżvilupp ta’ pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u l-evalwazzjoni u r-reviżjoni regolari tagħhom. Fil-kawża preżenti, għandu jiġi ċċarat jekk ir-Renju ta’ Spanja wettaqx din ir-reviżjoni fil-ħin f’żewġ reġjuni. L-element partikolarment rilevanti huwa jekk ir-reviżjoni għandhiex tiġi konkluża fi ħdan terminu speċifiku. Il-leġiżlazzjoni rilevanti ġiet introdotta reċentement fid-Direttiva dwar l-iskart u l-formulazzjoni tagħha fuq dan il-punt, sfortunatament, ma hijiex partikolarment ċara.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tad-Direttiva dwar l-iskart jirrikjedi li l-Istati Membri jfasslu pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u jinkludi rekwiżiti fir-rigward tal-kontenut tagħhom:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu, skond l-Artikoli 1, 4, 13 u 16, pjan wieħed jew iżjed għall-immaniġġar ta’ l-iskart.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu analiżi tal-qagħda kurrenti ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart fl-entità ġeografika kkonċernata, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu għat-titjib fil-preparazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi ta’ l-iskart u evalwazzjoni ta’ kif il-pjan ser jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>(3) […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart jirregola l-evalwazzjoni u reviżjoni tal-pjanijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin, u riveduti kif ikun xieraq. u, fil-każijiet fejn ikun relevanti, konformement ma’ l-Artikoli 9 u 11.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva dwar l-iskart jinkludu miri speċifiċi għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva dwar l-iskart, il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart imsemmija fl-Artikoli 28 u 29, ladarba jiġu adottati, u dwar kull reviżjoni sostanzjali tal-pjanijiet u l-programmi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 40(1) tad-Direttiva dwar l-iskart jistabbilixxi t-terminu ta’ traspożizzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat‑<DATE ISO="20101212">12 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u t-talbiet tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni stiednet lir-Renju ta’ Spanja sabiex jissottometti osservazzjonijiet dwar, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-allegazzjoni li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart f’ċerti reġjuni Spanjoli ma ġewx irriveduti fil-ħin. Wara li rċeviet it-tweġiba tar-Renju ta’ Spanja, fl‑<DATE ISO="20170714">14 ta’ Lulju 2017</DATE> il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru, li fih speċifikat terminu finali sal‑<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE> sabiex jirrimedja l-allegat nuqqas tiegħu li jwettaq l-obbligu tiegħu taħt id-Direttiva dwar l-iskart. Fit‑<DATE ISO="20181012">12 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rikors preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Wara li rtirat partijiet mir-rikors oriġinali tagħha, il-Kummissjoni issa qiegħda titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, li r-Renju ta’ Spanja</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart billi ma wettaqx reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart kif previst fl-imsemmija direttiva fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias,</P></ITEM><ITEM><P>naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva dwar l-iskart billi ma informax uffiċjalment lill-Kummissjoni bl-adozzjoni u bir-reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias;</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli jew, sussidjarjament, bħala infondat,</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-partijiet ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-rikors huwa inammissibbli peress li, kif ser nispjega issa, il-Kummissjoni talbet lir-Renju ta’ Spanja malajr wisq sabiex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-allegazzjoni li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart ġew irriveduti tard. Għalhekk ser nagħti l-opinjoni tiegħi biss sussidjarjament dwar jekk ir-rikors huwiex fondat, fl-eventwalità, minkejja dan, li kellu jiġi ammess mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għalkemm, fil-kontroreplika tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja qiegħed jitlob li r-rikors jiġi miċħud bħala inammissibbli, ma ngħatat l-ebda motivazzjoni għal din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali talba tkun tressqet tard skont l-Artikolu 127 tar-Regoli tal-Proċedura. Skont dan l-artikolu, l-ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat fil-mori tal-kawża, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Madankollu, dawn il-motivi ma humiex evidenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Minkejja dan, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina dubji dwar l-ammissibbiltà tar-rikors <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920331">31 ta’ Marzu 1992</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:158">EU:C:1992:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:14">EU:C:2010:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑525/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:714">EU:C:2016:714</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-kawża preżenti, dawn id-dubji jirriżultaw mid-data tal-komunikazzjoni tal-ittra tat‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE> li fiha l-Kummissjoni stiednet lir-Renju ta’ Spanja, b’mod konformi mal-Artikolu 258 TFUE, sabiex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-allegazzjonijiet inkwistjoni b’rabta mar-reviżjoni ta’ pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tinħareġ ittra ta’ intimazzjoni, il-Kummissjoni għandha tallega li l-Istat Membru kkonċernat ikun diġà naqas milli jwettaq obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000913">13 ta’ Settembru 2000</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:434">EU:C:2000:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010215">15 ta’ Frar 2001</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑230/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:100">EU:C:2001:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑23/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:660">EU:C:2005:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Rumanija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑104/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:581">EU:C:2016:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Anki jekk dan l-Istat Membru ma jqisx li huwa neċessarju li japprofitta mill-opportunità li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, tali opportunità tikkostitwixxi garanzija essenzjali meħtieġa mit-Trattat FUE. Il-fatt li tingħata tali opportunità huwa kundizzjoni essenzjali għal-legalità tal-proċedura għall-konstatazzjoni ta’ ksur ta’ obbligu minn Stat Membru. L-ittra ta’ intimazzjoni għalhekk ma tistax tirrigwarda partikolarment in-nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha kien għadu ma skadiex<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑23/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:660">EU:C:2005:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Rumanija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑104/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:581">EU:C:2016:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-istess japplika meta l-Kummissjoni tallega n-nuqqas ta’ twettiq ta’ xi tip ieħor ta’ obbligu li jrid jitwettaq f’terminu partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Rumanija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑104/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:581">EU:C:2016:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jekk il-Kummissjoni tibgħat l-ittra ta’ intimazzjoni lil Stat Membru qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu, din l-ittra ma tkunx effettiva. Rikors skont l-Artikolu 258 TFUE bbażat fuq ittra ta’ intimazzjoni bħal din ikun inammissibbli minħabba proċedura prekontenzjuża irregolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑23/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:660">EU:C:2005:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(1) tad-Direttiva dwar l-iskart jobbliga lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart. F’konformità mal-Artikolu 40 l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20101212">12 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin u rriveduti kif xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart kellhom jiġu mfassla għall-ewwel darba sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20101212">12 ta’ Diċembru 2010</DATE>. It-terminu stipulat fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart, li l-Kummissjoni tallega li ma kienx osservat, għalhekk intemm (l-iktar kmieni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-punti 31 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem.</P></NOTE>) sitt snin wara, fit‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni kienet diġà stiednet lir-Renju ta’ Spanja ftit ġimgħat qabel, jiġifieri, fit‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, sabiex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fuq l-allegazzjoni li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart f’ċerti reġjuni Spanjoli ma kinux ġew irriveduti fil-ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Huwa minnu li t-terminu preskritt mill-Kummissjoni sabiex jissottometti osservazzjonijiet intemm biss wara t-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, jiġifieri fit‑<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Paġna 8 tal-ittra ta’ intimazzjoni, Anness I għar-rikors.</P></NOTE>. Madankollu, il-proċedura prekontenzjuża skont l-Artikolu 258 TFUE tipperżupponi li l-Istat Membru diġà naqas milli jwettaq obbligu taħt it-Trattati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tistieden lil dan l-Istat Membru jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu minn qabel, sa ċertu punt bħala antiċipazzjoni ta’ ksur futur. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li tali talba bil-quddiem tista’ tippreġudika d-drittijiet ta’ difiża tal-Istat Membru u tista’ twassal għal inċertezza fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors ma jistax ikun ibbażat fuq l-ittra ta’ intimazzjoni tat‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>. Lanqas ma jidher li hemm indikazzjonijiet li, wara li skada t-terminu stipulat fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart, il-Kummissjoni talbet għal darba oħra lir-Renju ta’ Spanja sabiex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-opinjoni tiegħi rigward l-ammissibbiltà tar-rikors jew, għall-inqas, ma ssegwihiex, pereżempju minħabba li l-partijiet ma kkummentawx dwar l-istedina prematura sabiex jiġu sottomessi osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ser neżamina sussidjarjament il-mertu tar-rikors iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sussidjarjament: fuq il-mertu tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, billi ma rrevediex il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart li jikkonċernaw il-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-iskart, jiġifieri fi żmien sitt snin mill-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, u billi ma kkomunikax din ir-reviżjoni lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 30(1) u taħt l-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin u, jekk ikun meħtieġ, jiġu rriveduti kif ikun xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u r-Renju ta’ Spanja jaqblu li l-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias fil-fatt qegħdin jirrevedu l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart tagħhom, iżda kienu għadhom ma lestewx dawn il-proċeduri sa tmiem il-proċedura bil-miktub.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħtieġa għal reviżjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jirrikonoxxi li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għandhom jiġu evalwati kull sitt snin. Madankollu, huwa jqis li huwa meħtieġ biss li l-pjanijiet jiġu emendati jekk il-pjanijiet eżistenti ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti. Madankollu, dan ma huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ġustament toġġezzjona għall-argument tar-Renju ta’ Spanja li, skont l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva dwar l-iskart, il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għandhom jinkludu analiżi tal-qagħda tal-immaniġġar tal-iskart. Bl-eċċezzjoni tal-verżjoni Franċiża, il-verżjonijiet lingwistiċi kollha ta’ din id-direttiva jindikaw li din għandha tkun analiżi <HT TYPE="ITALIC">kurrenti</HT>. Barra minn hekk, l-obbligu li jiġu evalwati l-pjanijiet <HT TYPE="ITALIC">mill-inqas</HT> kull sitt snin juri li l-analiżijiet li jmorru lura sitt snin sempliċement ma jistgħux jitqiesu li huma attwali. Anki jekk l-evalwazzjoni kellha turi li s-sitwazzjoni ma nbidlitx, dan xorta jkun meħtieġ li jiġi espressament iddikjarat. Din il-konstatazzjoni għandha mill-inqas tkun marbuta mal-pjan għall-immaniġġar tal-iskart b’tali mod li mill-qari tal-pjan ikun ċar li l-analiżi għadha attwali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk jagħmlux dan billi jemendaw espressament il-pjan jew b’mod ieħor, pereżempju billi jehmżu rapport ta’ evalwazzjoni mal-pjan. Madankollu, reviżjoni minima tal-pjan hija meħtieġa f’kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kawża preżenti, ir-Renju ta’ Spanja diġà informa lill-Kummissjoni fil-proċedura prekontenzjuża li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart tal-Islas Baleares qegħdin fil-proċess li jiġu rriveduti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-Anness II għar-rikors, p. 23 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> u li l-Islas Canarias qegħdin ifasslu pjan għall-immaniġġar tal-iskart<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-Anness II għar-rikors, p. 30 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Ir-Renju ta’ Spanja sostna dan l-argument fil-mori tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Peress li ma jistax jiġi assunt li dawn ir-reġjuni ser jibdlu l-pjanijiet tagħhom anki jekk dan ma kienx meħtieġ, ir-Renju ta’ Spanja tal-inqas ammetta impliċitament li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għal dawn iż-żewġ reġjuni għandhom bżonn jiġu rriveduti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-terminu għar-reviżjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kontroreplika, ir-Renju ta’ Spanja jżid mal-argument legali tiegħu li, għalkemm il-pjanijiet għandhom jiġu evalwati wara sitt snin, ma hemm l-ebda terminu għat-tlestija ta’ din l-evalwazzjoni u sabiex isiru l-eventwali emendi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li dan l-argument tressaq tard minħabba li r-Renju ta’ Spanja ressqu għall-ewwel darba fil-kontroreplika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara l-punt 13 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Fir-risposta, ir-Renju ta’ Spanja kien għadu jqis li t-terminu kien japplika wkoll għar-reviżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punt 19.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, dan l-argument fl-aħħar mill-aħħar lanqas ma huwa konvinċenti fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-formulazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa minnu li skont xi verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart, jista’ effettivament jiġi ssuġġerit li t-terminu ta’ sitt snin għandu x’jaqsam esklużivament mal-evalwazzjoni, filwaqt li r-reviżjoni ma hijiex neċessarjament suġġetta għal tali terminu. Dan isegwi, grammatikalment, mill-ordni tat-termini pereżempju bil-Franċiż (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>que les programmes de prévention des déchets soient évalués au moins tous les six ans et révisés, s’il y a lieu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), bl-Ingliż (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>the waste management plans and waste prevention programmes are evaluated at least every sixth year and revised as appropriate<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), bit-Taljan (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>i piani di gestione e i programmi di prevenzione dei rifiuti siano valutati almeno ogni sei anni e, se opportuno, riesaminati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u bl-Ispanjol (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>los planes de gestión de residuos y los programas de prevención de residuos se evalúen, como mínimo, cada seis años y se revisen en la forma apropiada<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Dawn il-verżjonijiet jistgħu jinftiehmu b’mod partikolari bħala li jfissru li reviżjoni għandha sseħħ meta <HT TYPE="ITALIC">u hekk kif</HT> tkun meħtieġa. Kemm il-ħtieġa kif ukoll iż-żmien tar-reviżjoni għandhom imbagħad jiġu evalwati fuq bażi ta’ każ b’każ skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-verżjonijiet lingwistiċi ma jipprekludux li t-terminu ta’ sitt snin japplika wkoll għar-reviżjoni. Id-dispożizzjoni tista’ tinftiehem ukoll bħala li teħtieġ lill-Istati Membri jevalwaw il-pjanijiet mill-inqas kull sitt snin u, jekk meħtieġ, jirreveduhom ukoll f’dan il-perijodu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara wkoll ir-risposta tar-Renju ta’ Spanja fil-punt 19.</P></NOTE>. Interpretazzjoni bħal din tkun eskluża biss li kieku terminu speċifiku kien speċifikat għal eventwali reviżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Bħala eżempju, ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020502">2 ta’ Mejju 2002</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑292/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:276">EU:C:2002:276</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-verżjoni Ġermaniża tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart hija fil-fatt iktar konformi ma’ din it-tieni interpretazzjoni. Fil-verżjoni Ġermaniża t-terminu jiġi qabel iż-żewġ stadji (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>die Abfallwirtschaftspläne und Abfallvermeidungsprogramme [werden] mindestens alle sechs Jahre bewertet und gegebenenfalls – […] – überarbeitet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Madankollu, din ir-relazzjoni lanqas ma hija fformulata b’mod grammatikalment konklużiv. Ikun ukoll possibbli li t-terminu jkun relatat biss mal-ewwel stadju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi identifikata r-rieda reali tal-awtur tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19691112">12 ta’ Novembru 1969</DATE>, <NAME.CASE>Stauder</NAME.CASE> (<NO.CASE>29/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:57">EU:C:1969:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Confédération paysanne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑298/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:630">EU:C:2013:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>C &amp; J Clark International u Puma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑659/13 u C‑34/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:74">EU:C:2016:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> partikolarment billi jiġu eżaminati l-kuntest u l-għan tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19771027">27 ta’ Ottubru 1977</DATE>, <NAME.CASE>Bouchereau</NAME.CASE> (<NO.CASE>30/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:172">EU:C:1977:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sharda Europe</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:430">EU:C:2017:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kif ukoll l-oriġini tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Zurita García u Choque Cabrera</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/08 u C‑348/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:648">EU:C:2009:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Confédération paysanne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑298/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:630">EU:C:2013:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-oriġini tal-leġiżlazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-oriġini tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart juri fuq kollox li l-Istati Membri riedu jevitaw l-obbligu li jirrevedu l-pjanijiet tal-immaniġġar tal-iskart regolarment u indipendentement mill-bżonnijiet reali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kienet ipproponiet li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart jiġu rriveduti mill-inqas kull ħames snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Artikolu 26(1) tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart (KUMM (2005) 667 finali).</P></NOTE>. Il-Kunsill issupplimenta din il-proposta dwar ir-reviżjoni bil-kjarifika li l-pjanijiet ikollhom jiġu rriveduti biss fejn meħtieġ. B’hekk, it-terminu ġie estiż għal sitt snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>L-Artikolu 27 tal-Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 4/2008 adottata mill-Kunsill fl‑<DATE ISO="20071220">20 ta’ Diċembru 2007</DATE>, bi qbil mal-proċedura msemmija f’Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="071E" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 71E, p. 16</REF.DOC.OJ>). Ara wkoll l-Artikolu 26b tal-abbozz tal‑<DATE ISO="20070511">11 ta’ Mejju 2007</DATE> (Dokument tal-Kunsill 9475/07, p. 32).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li fl-istess ħin il-Kunsill kellu l-intenzjoni li jeżenta reviżjoni possibbli minn kwalunkwe terminu, dan iżda lanqas ma jista’ jiġi stabbilit b’mod ċar. Huwa wkoll konċepibbli li l-estensjoni tat-terminu għal sitt snin kienet immirata sabiex tippermetti żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni <HT TYPE="ITALIC">taż-żewġ</HT> stadji, jiġifieri l-evalwazzjoni u r-reviżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">iii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest u l-għan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Kemm il-kuntest kif ukoll l-għan tar-reviżjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġar tal-iskart jissuġġerixxu li t-terminu previst ta’ sitt snin għandu jkun relatat ukoll mar-reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Tal-inqas, l-evalwazzjoni hija maħsuba li ssir <HT TYPE="ITALIC">mill-inqas</HT> kull sitt snin. Dan jimplika li l-pjanijiet għandhom jiġu evalwati wkoll f’intervalli iqsar jekk dan ikun meħtieġ. Għalhekk, it-terminu jikkostitwixxi l-limitu massimu għall-evalwazzjoni li ma għandux jinqabeż, partikolarment, billi l-evalwazzjoni tinbeda fi ħdan it-terminu iżda titlesta biss wara, kif isostni r-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Jekk, madankollu, mill-evalwazzjoni tirriżulta l-ħtieġa għal reviżjoni, ma jkunx jagħmel sens li din ma tiġi suġġetta għall-ebda terminu. Ir-raġuni għal dan hija li, mingħajr terminu, ikun hemm ir-riskju li reviżjoni li, bħala prinċipju, hija meħtieġa, ma titwettaqx jew titwettaq biss b’ċertu dewmien. L-effett prattiku tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart u l-livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali fis-sens tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 191(2) TFUE ma jibqgħux iktar żgurati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Anki l-preżunzjoni ta’ obbligu taċitu sabiex jiġu rriveduti l-pjanijiet fi ħdan terminu raġonevoli tista’ ma tiżgurax b’mod suffiċjenti l-effikaċja tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>F’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:371">EU:C:2003:371</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ir-raġuni għal dan hija li tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>perijodu raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ikun assoċjat ma’ diffikultajiet prattiċi kunsiderevoli. Qabel ma tiddeċiedi l-Qorti tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni, ma jkunx ċar jekk tali terminu jeżistix u f’kull każ ikollu konsegwentement jiġi ċċarat liema terminu jista’ jkun raġonevoli. Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ tali terminu mhux miktub, din kienet madankollu soluzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> minħabba li ma kien previst l-ebda terminu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:334">EU:C:2005:334</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑392/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:164">EU:C:2010:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-kawża preżenti, min-naħa l-oħra, ikun perfettament rikonċiljabbli mal-formulazzjoni tad-dispożizzjoni jekk it-terminu previst ta’ sitt snin jiġi estiż għar-reviżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:371">EU:C:2003:371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Lanqas il-fatt li r-reviżjoni ta’ pjan tieħu neċessarjament iż-żmien ma jeskludi dan. Huwa minnu li huwa impossibbli li pjan jiġi rrivedut qabel jiskadi t-terminu jekk fl-istess żmien tkun għadha kemm tlestiet l-evalwazzjoni. Madankollu, din il-problema tista’ tiġi indirizzata billi titwettaq l-evalwazzjoni fil-ħin, u b’hekk ikun hemm żmien biżżejjed għal kwalunkwe reviżjoni li tista’ tkun meħtieġa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għandu jkun ukoll possibbli għall-korpi kompetenti li jorganizzaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart kif meħtieġ mingħajr diffikultà kbira. Dan peress li dawn għandhom ikunu kapaċi jantiċipaw b’mod relattivament wiesa’ r-riżultati tal-evalwazzjoni u, għalhekk, il-ħtieġa għal reviżjoni abbażi tal-esperjenza prattika tagħhom fl-immaniġġar tal-iskart. Dan ukoll jintwera mill-informazzjoni kkomunikata mir-Renju ta’ Spanja fir-rigward tas-sitwazzjoni fiż-żewġ reġjuni inkwistjoni. F’din l-informazzjoni deher ċar mill-ewwel li l-evalwazzjoni kienet ser twassal għal reviżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-atti msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġni 10 u 11.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Finalment, fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart għandu jitqies il-fatt li dawn ma humiex obbligi li japplikaw direttament fir-rigward ta’ persuni privati. Pjuttost, huma l-Istati Membri, li kienu pparteċipaw fl-adozzjoni mill-Kunsill tad-Direttiva dwar l-iskart, li għandhom jevalwaw u jirrevedu l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart. Huwa għalhekk iġġustifikat li dispożizzjoni ambigwa tiġi interpretata b’tali mod li l-effettività prattika tagħha tkun żgurata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Konsegwentement, għall-kuntrarju tal-fehma tar-Renju ta’ Spanja, l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar l-iskart għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-pjanijiet mill-inqas kull sitt snin u, jekk meħtieġ, jirreveduhom ukoll f’dan it-terminu. Dan ma seħħx fil-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li r-rikors huwa ammissibbli, l-ewwel talba għandha, għalhekk, tintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-komunikazzjoni tal-pjanijiet irriveduti lill-Kummissjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-tieni talba tar-rikors, jiġifieri li jiġi kkonstatat li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva dwar l-iskart billi ma informax uffiċjalment lill-Kummissjoni bir-reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias, għandha, għall-kuntrarju, tiġi miċħuda. Ir-Renju ta’ Spanja jirreferi korrettament għall-fatt li skont l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva dwar l-iskart huwa meħtieġ biss jinforma lill-Kummissjoni b’bidliet sostanzjali fil-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart. Madankollu, il-Kummissjoni ma ssostanzjatx l-argument li r-reviżjoni tal-pjanijiet għal dawn iż-żewġ reġjuni neċessarjament ser twassal għal bidliet sostanzjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-fehma tiegħi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tal-kawża skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, peress li r-Renju ta’ Spanja ressaq talba f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa ammissibbli u taqbel mal-osservazzjonijiet li għamilt sussidarjament, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż tkun iktar ikkumplikata. Iż-żewġ partijiet huma parzjalment rebbieħa u, għaldaqstant, parzjalment telliefa. Sa fejn il-Kummissjoni rtirat ir-rikors, dan huwa parzjalment attribwibbli għall-fatt li r-Renju ta’ Spanja rreveda l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għal ċerti reġjuni tard, iżda n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu oriġinarjament allegat tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva dwar l-iskart huwa attribwibbli wkoll għall-fatt li l-Kummissjoni ma eżaminatx il-kontenut tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart iktar antiki li kellha quddiemha. Iż-żewġ partijiet f’din il-kawża għandhom għalhekk ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli, hija għandha minn tal-inqas tilqa’ r-rikors parzjalment:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi billi ma wettaqx reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias, konformement mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva, jiġifieri fi żmien sitt snin mill-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>