IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.5.2024
COM(2024) 209 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati biex jiġu aġġornati ċerti klawżoli ta’ estinzjoni fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għat-Tibdil fil-Klima
ANNESS
It-test tan-noti 6 u 10 f’qiegħ il-paġna tal-Appendiċi I tal-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għat-Tibdil fil-Klima għandu jitħassar u jiġi sostitwit b’wieħed miż-żewġ testi li ġejjin, skont kif jiġi deċiż mill-parteċipanti:
“Wara t-30 ta’ Ġunju 2026, din il-klassi ta’ proġetti għandha titwaqqaf sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. Fl-istess ħin, il-Parteċipanti se jirrieżaminaw l-istandards internazzjonali żviluppati sa dak iż-żmien u jiddeċiedu jekk jinkorporawhomx f’din l-entrata.”
“Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026, il-Parteċipanti se jirrieżaminaw l-istandards internazzjonali żviluppati sa dak iż-żmien u jiddeċiedu jekk jinkorporawhomx f’din l-entrata.”