European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/909

16.5.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/909

tat-13 ta’ Mejju 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja

(notifikata biddokument C(2025) 3081)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali ovini u kaprini u jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, kif ukoll jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Sabiex jiġu indirizzati t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja, innotifikati f’Awwissu tal-2024, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 (4), li tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati ma’ dik il-marda fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, din tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ħames tifqigħat ġodda tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, li kienu rapportati bejn it-28 ta’ April u l-5 ta’ Mejju 2025, fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini, fl-unitajiet reġjonali ta’ Chalkidiki.

(6)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jiġi evitat tixrid ulterjuri tal-marda fil-Greċja jew fil-bqija tal-Unjoni. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(7)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u taż-żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, jinkludu kunsiderazzjoni mhux biss tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, iżda wkoll tas-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda, kif ukoll tal-livell ta’ riskju ulterjuri ta’ tixrid tal-marda. Fid-durata magħżula tal-miżuri tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir li l-marda tkompli tinxtered. Il-marda ġiet ikkonfermata fl-unità reġjonali ta’ Chalkidiki, ’il barra mil-limiti taż-żoni ristretti li bħalissa huma stabbiliti fil-Greċja, u dan jissuġġerixxi li l-marda qed tkompli tiċċirkola minkejja l-miżuri li diġà hemm fis-seħħ f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 hija emendata kif ġej:

“L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.”

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 tad-29 ta’ Awwissu 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja (ĠU L 2024/2207, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2207/oj).

(5)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħat

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Regional unit of Phocis

GR-CAPRIPOX-2025-00058

GR-CAPRIPOX-2025-00059

GR-CAPRIPOX-2025-00060

GR-CAPRIPOX-2025-00061

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Phocis contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39722222, Long. 21.88472222 (2025/00058), Lat. 38.37944444, Long. 21.88916667 (2025/59), Lat. 38.39194444, Long. 21.88555556 (2025/60), Lat. 38.37861111, Long. 21.87972222 (2025/61)

19.5.2025

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Phocis contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39722222, Long. 21.88472222 (2025/00058), Lat. 38.37944444, Long. 21.88916667 (2025/59), Lat. 38.39194444, Long. 21.88555556 (2025/60), Lat. 38.37861111, Long. 2 1.87972222 (2025/61) excluding the areas contained in any protection zone

28.5.2025

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Phocis contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39722222, Long. 21.88472222 (2025/00058), Lat. 38.37944444, Long. 21.88916667 (2025/59), Lat. 38.39194444, Long. 21.88555556 (2025/60), Lat. 38.37861111, Long. 2 1.87972222 (2025/61)

20.5.2025 - 28.5.2025

Regional unit of Evros

Municipality of Samothrace

GR-CAPRIPOX-2025-00057

Protection zone:

Those parts of the Municipality of Samothrace contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.478972, Long. 25.664547 (2025/57)

16.5.2025

Surveillance zone:

Those parts of the Municipality of Samothrace contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.478972, Long. 25.664547 (2025/57) excluding the areas contained in any protection zone

25.5.2025

Surveillance zone:

Those parts of the Municipality of Samothrace contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.478972, Long. 25.664547 (2025/57) excluding the areas contained in any protection zone

17.5.2025 - 25.5.2025

Regional unit of Aetolia-Acarnania

GR-CAPRIPOX-2025-00045

GR-CAPRIPOX-2025-00053

GR-CAPRIPOX-2025-00055

GR-CAPRIPOX-2025-00056

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Aetolia-Acarnania and Phocis contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.391486, Long. 21.854056 (2025/00045), Lat. 38.39565278, Long. 21.85270278 (2025/53), Lat. 38.40945556, Long. 21.85508889 (2025/55), Lat. 38.42558056, Long. 21.84985 (2025/56) excluding the areas contained in any protection zone

17.5.2025

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Aetolia-Acarnania and Phocis contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.391486, Long. 21.854056 (2025/00045), Lat. 38.39565278, Long. 21.85270278 (2025/53), Lat. 38.40945556, Long. 21.85508889 (2025/55) Lat. 38.42558056, Long. 21.84985 (2025/56)

9.5.2025 – 17.5.2025

Regional unit of Larisa

GR-CAPRIPOX-2025-00054

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Larisa and Pieria contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.9135346, Long. 22.61496985 (2025/00054) excluding the areas contained in any protection zone

17.5.2025

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Larisa and Pieria contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.9135346, Long. 22.61496985 (2025/00054)

9.5.2025 – 17.5.2025

Regional unit of Chalkidiki

GR-CAPRIPOX-2025-00062

GR-CAPRIPOX-2025-00063 GR-CAPRIPOX-2025-00064

GR-CAPRIPOX-2025-00065

GR-CAPRIPOX-2025-00066

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Chalkidiki contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.124539, Long. 23.378264 (2025/00062) Lat. 40.130724. Long.23.344954 (2025/00063), Lat. 40.1153. Long. 23.33861 (2025/00064), Lat. 40.121511, Long. 23.347854 (2025/00065), Lat. 40.125054, Long.23.397489(2025/00066)

25.5.2025

Surveillance zone:

The whole municipality of Kassandra excluding the areas contained in any protection zone

3.6.2025

Surveillance zone:

The whole municipality of Kassandra

26.5.2025 - 3.6.2025

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Żoni ristretti ulterjuri

Unità reġjonali

Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Further restricted zone No 1

Regional unit of Evros

The regional unit of Evros excluding the municipality of Samothrace

8.5.2025 – 6.6.2025

Further restricted zone No 2

Regional unit of Rhodopi

The regional unit of Rhodopi

8.5.2025 – 6.6.2025

Further restricted zone No 3

Regional unit of Kavala

The regional unit of Kavala including the municipality of Thasos

6.6.2025

Regional unit of Drama

The municipality of Doxato

6.6.2025

Regional unit of Xanthi

The regional unit of Xanthi

8.5.2025 – 6.6.2025

Further restricted zone No 4

Regional unit of Chalkidiki

The municipalities of Aristotelis, and Polygyros.

14.4.2025 –3.7.2025

Further restricted zone No 4 A

Regional unit of Chalkidiki

The whole municipality of Nea Propontida

3.6.2025

The whole municipality of Kassandra and Nea Propontida

4.6.2025-3.7.2025

Further restricted zone No 8

Regional unit of Magnesia

The regional unit of Magnesia, excluding the Sporades islands

28.4.2025 – 27.5.2025

Regional unit of Phthiotis

The municipality of Stylida

28.4.2025 – 27.5.2025

Further restricted zone No 9

Regional unit of Phocis

The municipality of Dorida excluding the areas included in any protection or surveillance zone

28.5.2025

The municipality of Dorida

29.5.2025 - 27.6.2025

Regional unit of Aetolia-Acarnania

The municipalities of Nafpaktia and Messolonghi, excluding the areas included in any protection or surveillance zone

17.5.2025

The municipalities of Nafpaktia Messolonghi

18.5.2025 - 27.6.2025

Further restricted zone No 9 A

Regional unit of Aetolia-Acarnania

The municipalities of Agrinio Thermo, Agrinio, Xiromero, Thermo

16.6.2025

Further restricted zone no 16

Municipality of Samothrace in the regional unit of Evros

Municipality of Samothrace, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

25.5.2025

The municipality of Samothrace

26.5.2025-24.6.2025

Further restricted zone no 18

Regional unit of Thessaloniki

The municipalities of Volvi and Lagkadas.

14.4.2025 – 13.5.2025

Further restricted zone no 19

Regional unit of Larisa

The municipalities of Agia and Tempi excluding the areas included in any protection or surveillance zone

17.5.2025

Regional unit of Larisa

The municipalities of Agia and Tempi

18.5.2025 - 16.6.2025

Regional unit of Pieria

The municipality of Dion-Olympos excluding the areas included in any protection or surveillance zone

17.5.2025

Regional unit of Pieria

The municipality of Dion-Olympos

18.5.2025 - 16.6.2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/909/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)