<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1201041901.case.xml"><NO.CASE>C-463/04</NO.CASE><NO.CASE>C-464/04</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62004J0463</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>10433</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10450</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20071206">6.12.2007</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-463/04 U C-464/04</LEFT><RIGHT>FEDERCONSUMATORI <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20071206">6 ta' Diċembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-463/04 u C-464/04,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (l-Italja), permezz ta' deċiżjonijiet tad-<DATE ISO="20040929">29 ta' Settembru 2004</DATE>, li waslu l-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20041102">2 ta' Novembru 2004</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Federconsumatori,</P><P>Adiconsum,</P><P>ADOC,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ercole Pietro Zucca</HT> (C-463/04)</P><P>u</P><P>Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA,</P><P>Filippo Cuccia,</P><P>Giacomo Fragapane,</P><P>Pietro Angelo Puggioni,</P><?PAGE NO="I-10434"?><P>Annamaria Sanchirico,</P><P><HT TYPE="BOLD">Sandro Sartorio</HT> (C-464/04)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Comune di Milano,</P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta':</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">AEM SpA</HT> (C-463/04 u C-464/04),</P><P><HT TYPE="BOLD">Edison SpA</HT> (C-463/04),</P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann (Relatur), President ta' l-Awla, K. Lenaerts, J. N. Cunha Rodrigues, M. Ilešič u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Generali: M. Poiares Maduro,</P><P>Registratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20060629">29 ta Ġunju 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-10435"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat is-sottomissjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Federconsumatori, Adiconsum u ADOC, minn V. Angiolini, F. Besostri, R. Maia u P. Saba, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA, Sanchirico kif ukoll Cuccia, Fragapane, Puggioni u Sartorio, minn S. Nespor u A. L. De Cesaris, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Comune di Milano, minn M. Surano, A. Santa Maria, C. Croff u B. Libonati, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal AEM SpA, minn C. Croff, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn M. Fiorilli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn T. Nowakowski, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn E. Traversa u C. Loggi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-10436"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta' kawżi bejn, minn nana, diversi assoċjazzjonijiet ta' harsien tal-konsumaturi u azzjonisti żgħar kif ukoll azzjonisti privati, jiġifieri, rispettivament, Federconsumatori, Adiconsum, ADOC u s-Sur Zucca (Kawża C-463/04) kif ukoll l-Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> A. Sanchirico, F. Cuccia, G. Fragapane, P. A. Puggioni u S. Sartorio (Kawża C-464/04) u, min-naħa l-oħra, il-Comune di Milano, dwar dispożizzjoni nazzjonali li biha l-istatut ta' kumpannija jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandu sehem f'din il-kumpannija l-possibbiltà li jaħtar direttament membru wieħed jew iktar tal-bord tad-diretturi ta' din ta' l-aħħar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Kodiċi Ċivili<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Kumpanniji b'ishma ta' l-Istat jew ta' korpi pubbliċi</P><P>Jekk l-Istat jew korpi pubbliċi għandhom ishma f'kumpannija limitata bl-ishma, l-istatut ta' assoċjazzjoni jista' jikkonferixxi fuqhom is-setgħa li jaħtru wieħed jew iktar mid-diretturi jew awdituri jew membri tal-bord ta' sorveljanza.</P><?PAGE NO="I-10437"?><P>Id-diretturi u l-awdituri jew il-membri tal-bord ta' sorveljanza maħtura skond ilparagrafu preċedenti jistgħu jitneħħew biss mill-korpi li permezz tagħhom kienu ġew maħtura.</P><P>Huma jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-persuni maħtura mill-kumpannija flaqgħa ġenerali. Id-dispożizzjonijiet ta' liġijiet speċjali għandhom jipprevalu.<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 332, tal-<DATE ISO="19940531">31 ta' Mejju 1994</DATE>, li sar, wara li ġie emendat, il-Liġi Nru 474, tat-<DATE ISO="19940730">30 ta' Lulju 1994</DATE>, kif emendata bil-Liġi Nru 350, ta' l-<DATE ISO="20031224">24 ta' Diċembru 2003</DATE> (GURI Nru 299, tas-<DATE ISO="20031227">27 ta' Diċembru 2003</DATE>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>liġi Nru 474/1994<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Il-President tal-Kunsill tal-Ministri għandu, fuq proposta tal-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi bi ftehim mal-Ministru ta' l-attivatijiet produttivi, kif ukoll il-Ministri kompetenti skond il-qasam, jistabbilixxi b'digriet liema fost il-kumpanniji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Istat u li joperaw fl-oqsma tad-difiża, it-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, ir-riżorsi ta' l-enerġija u oqsma oħrajn tasservizz pubbliku, huma l-kumpanniji li l-istatut ta' assoċjazzjoni tagħhom għandu jinkludi, qabel l-adozzjoni ta' xi miżura li tirriżulta fit-telf tal-kontroll, b'riżoluzzjoni f'dan is-sens approvata f'laqgħa ġenerali straordinarja tal-kumpannija, dispożizzjoni li tagħti lill-Ministru għall-ekonomija u l-finanzi waħda jew iktar mis-setgħat speċjali li ġejjin, li għandhom jiġu eżerċitati b'konsultazzjoni mal-Ministru għall-attivitajiet produttivi:</TXT></NP><P>[...]</P><?PAGE NO="I-10438"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-ħatra ta' direttur mingħajr drittijiet għall-vot</TXT></NP></ITEM></LIST><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għal kumpanniji kontrollati, direttament jew indirettament, minn korpi pubbliċi, kollettivitajiet territorjali u stabbilimenti pubbliċi ekonomiċi li joperaw fil-qasam tat-trasport u tasservizzi pubbliċi l-oħrajn u magħżulin b'deċiżjoni tal-korp pubbliku li għandu ishma f tali kumpanniji, li jkunu intitolati jeżerċitaw is-setgħat stipulati fil-paragrafu 1.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 474/1994, li tirregola l-votazzjoni bil-lista, jipprovdi kif</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Kumpanniji [bħall-kumpannija in kwistjoni fil-kawża prinċipali] li għandhom statut ta' assoċjazzjoni li jillimita d-drittijiet ta' l-azzjonisti għandhom jinkorporaw flistatut tagħhom dispożizzjoni speċjali, li ma tkunx tista' tiġi emendata sakemm illimitu jibqa' fis-seħħ, għall-ħatra tad-diretturi permezz ta' votazzjoni bil-lista [...]; illisti jistgħu jiġu ppreżentati mid-diretturi li jkunu ser jieqfu jokkupaw din il-pożizzjoni jew minn soċji li għandhom almenü 1 % ta' l-ishma li għandhom dritt taivot fil-laqgħa ġenerali ordinarja [...]; Minimu ta' wieħed minn ħamsa tad-diretturi li ma jiġux maħtura fis-sens ta' l-Artikolu 2(1)(d) għandhom jiġu maħtura minn listi ta minoranza, u f'każ li n-numru ikun frazzjoni ta' inqas minn unità singola, tali numru għandu jiġi miżjud sa l-eqreb numru sħiħ [...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċeduri prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>AEM SpA (Azienda Elettrica Milanese SpA, iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>AEM<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>), li ġiet kumpannija imwaqqfa mill-Comune di Milano fl-1996, topera fil-qasam tasservizz<?PAGE NO="I-10439"?> pubbliku bħala distributur tal-gass u ta' l-elettriku li ġiet fdata bil-ġestjoni ta' l-imsemmi qasam minn dan il-komun. Fl-1998, l-ishma tagħha tqiegħdu fil-Borża u sar l-ewwel trasferiment ta' ishma li bis-saħħa tiegħu l-comune di Milano kellu 51 % tal-kapital ta' din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Wara l-proċedura ta' privatizzazzjoni ta' AEM, il-kunsill muniċipali tal-Comune di Milano (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>kunsill muniċipali<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>) iddeċieda, bid-Deċiżjoni Nru 4/04, tas-<DATE ISO="20040217">17 ta' Frar 2004</DATE>, li jnaqqas is-sehem tiegħu fil-kapital ta' AEM għal 33.4 %. Madankollu huwa ssuġġetta dan it-trasferiment ta' ishma għal emenda minn qabel ta' l-istatut ta' AEM.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni Nru 5/04, tat-<DATE ISO="20040308">8 ta' Marzu 2004</DATE>, il-kunsill muniċipali ddeċieda <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>li jantar, kif jipprovdi l-Artikolu 2(3) tal-Liġi Nru 474 /1994, AEM [...] bħala kumpannija li hija s-suġġett ta' privatizzazzjoni u li fl-istatut tagħha għandhom isiru emendi b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmija liġi Nru 474/1994<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>. Bl-istess deċiżjoni, huwa ddeċieda wkoll li jemenda l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' AEM, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mal-hatra tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, il-laqgħa ġenerali straordinarja ta' l-azzjonisti adottat il-miżuri meħtieġa biex jiġi emendat l-istatut ta' assoċjazzjoni skond id-deċiżjoni tal-kunsill municipali Nru 5/04, billi introduċiet, b'mod partikolari, id-dritt esklużiv favur il-Comune de Milano li jahtar direttament, b'mod proporzjonali ma' l-ishma tiegħu, diretturi skond l-Artikolu 2449 tal-kodiċi Ċivili, fil-limitu ta' kwart tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' l-imsemmija kumpannija. Barra minn dan, l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' AEM jagħti lill-imsemmi Comune, skond l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994, id-dritt ta' sehem fl-elezzjoni tad-diretturi mhux mahtura direttament minnu permezz ta' votazzjoni bil-lista.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-effett kombinat tad-dritt tal-hatra diretta ta' diretturi u tad-dritt għal sehem fil-votazzjoni bil-lista tal-membri l-oħrajn tal-bord tad-diretturi ta' AEM jippermetti<?PAGE NO="I-10440"?> lill-Comune di Milano, skond il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, li jżomm il-maġġoranza assoluta fl-imsemmi bord tad-diretturi, għalkemm huwa jista' jkollu biss, wara t-trasferiment ta' l-ishma, maġġoranza relattiva tal-kapital ta' din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fiż-żewġ kawżi prinċipali kkontestaw id-deċiżjonijiet Nri 4/04 u 5/04 quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia, u taibu lannullament u s-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' dawn ta' l-aħħar. Huma jallegaw b'mod partikolari li l-mekkaniżmu deskritt fil-punt preċedenti jiddiswadi linvestituri milli jakkwistaw ishma f'AEM, jew li jkollhom kontroll fuq din ta' l-aħħar, u dan l-effett dissważiv għandu konsegwenzi negatiivi inevitabbli għall-ishma tagħhom f'din il-kumpannija, li neċessarjament jitilfu mill-valur tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B'deċiżjoni interlokutorja ta' l-<DATE ISO="20040610">10 ta' Ġunju 2004</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia ordna s-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni Nru 5/04 għar-raġuni li d-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta' ħatra ta' diretturi ta' AEM kienu jidhru, kif kienu, f'kontradizzjoni mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar setgħat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B sentenza interlokutorja ta' l-<DATE ISO="20040810">10 ta' Awwissu 2004</DATE>, il-Consiglio di Stato annulla din is-sentenza, u b'dan il-mod ċaħad it-talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni għar-raġuni li, b'mod partikolari, il-ġurisprudenza Komunitarja li fuqha din is-sentenza hija bbażata tikkonċerna kawżi dwar l-azzjoni privileġġjata <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>golden share<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>, kunċett differenti ħafna minn dak in kwistjoni fil-kawżi li hemm quddiem l-imsemmija qorti, li għandhom bħala suġġett is-setgħat speċjali li jista' jkollu azzjonist skond il-liġi ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu teżamina l-konformità ta' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili ma' l-Artikolu 56 KE, kif inhu interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, inkwantu l-<?PAGE NO="I-10441"?>applikazzjoni tiegħu, flimkien mal-mekkaniżmu tal-votazzjoni bil-lista msemmi fl-Artikolu 4 tal-liġi Nru 474/1994, tintroduċi restrizzjoni rigoruża fuq il-possibbilta ta' sehem b'mod effettiv fil-ġestjoni u fil-kontroll reali ta' kumpannija barra l-kamp ta' eżerċizzju leġittimu tas-setgħat speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, li huma fformulati fi kliem identiku fiż-żewġ kawżi C-463/04 u C-464/04:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Jista' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, kif applikat fiċ-ċirkustanzi li hemm kontestazzjoni dwarhom f'din il-kawża, jitqies li huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 56 KE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20000523">23 ta Mejju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-58/99); ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, IIKummissjoni vs Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Franza (C-503/99 u C 483/99), u tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-98/01 u C-463/00), meta jiġi invokat minn entità pubblika, li għalkemm tkun tilfet il-kontroll b'operazzjoni tal-liġi fuq kumpannija limitata bl-ishma, iżżomm sehem sostanzjali (33.4%) bħala azzjonista li żżomm maġġoranza relattiva ta' l-ishma, u b'hekk tkun akkwistat setgħa ta' kontroll sproporzjonata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jista' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, applikat flimkien ma' l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 332, tal-<DATE ISO="19940531">31 ta' Mejju 1994</DATE>, li sar il-Liġi Nru 474, tat-<DATE ISO="19940730">30 ta' Lulju 1994</DATE>, jiġi meqjus li huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 56 KE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20000523">23 ta' Mejju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-58/99); ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Franza (C-503/99 u C-483/99), u tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-98/01 u C-463/00), meta jiġi invokat minn entità pubblika li, għalkemm tilfet il-kontroll<?PAGE NO="I-10442"?> b'operazzjoni tal-liġi fuq kumpannija limitata bl-ishma, iżżomm sehem sostanzjali (33.4%) bħala azzjonista li għandha maġġoranza relattiva ta' l-ishma, u b'hekk takkwista setgħa ta' kontroll sproporzjonata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jista' 1-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili jitqies li huwa kompatibbli ma' 1-Artikolu 56 KE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20000523">23 ta' Mejju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-58/99); ta l-<DATE ISO="20020604">4 ta Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Franza (C-503/99 u C-483/99), u tat-<DATE ISO="20030513">13 ta Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-98/01 u C-463/00), u dan billi, meta jiġi applikat għal każijiet speċifiċi, iwassal għal riżultat li jmur kontra dispożizzjoni oħra tal-liġi nazzjonali (jiġifieri 1-Artikolu 2(1)(d) tad-Digriet Liġi Nru 332 tal-<DATE ISO="19940531">31 ta Mejju 1994</DATE>, li sar il-Liġi Nru 474 tat-<DATE ISO="19940730">30 ta' Lulju 1994</DATE>) li hi nnifisha tikkonforma ma' 1-Artikolu 56 KE u konsegwentement tirrifletti, fir-rigward tal-kundizzjonijiet li dwarhom jiġu eżerċitati setgħat speċjali u 1-kundizzjonijiet li għalihom huma suġġetti, il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-rigward mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitati hawn fuq?<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta' digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20050118">18 ta' Jannanr 2005</DATE>, il-kawżi C-463/05 u C-464/05 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bilmiktub u orali, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B'mod preliminari, għandu jiġi kkonstatat li d-domandi magħmula mill-qorti tarrinviju jistrieħu fuq il-premessa li r-regola stabbilita mill-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, għalkemm taqa' taħt il-leġiżlazzjoni generali tad-dritt tal-kumpanniji flimsemmi Kodiċi, tidderoga mid-dritt komuni tal-kumpanniji safejn dan ta' 1-aħħar ma jipprovdix regola identika valida għal kull azzjonista, b'mod partikolari għall-azzjonisti privati. Huwa fid-dawl ta' din il-premessa li hija 1-Qorti tal-Ġustizzja li hija kompetenti li tiddeċiedi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10443"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 56 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, li tgħid li l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpannija jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom ishma fil-kapital ta' din il-kumpannija d-dritt li jaħtru direttament direttur jew diretturi, li, minnha nfisha, bħal fil-kawżi prinċipali, flimkien ma' dispożizzjoni, bħalma huwa l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994, li jirrikonoxxi lill-imsemmi Stat jew korp pubbliku d-dritt ta' sehem fil-votazzjoni billista ta' diretturi mhux direttament maħtura minnu, hijiex tali li tippermetti lil dan l-Istat jew lii dan il-korp pubbliku li jkollu setgħa sproporzjonata meta mqabbla massehem tiegħu fil-kapital ta' l-imsemmija kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 56(1) KE jipprojbixxi b'mod ġenerali rrestrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital bejn Stati Membri (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20060928">28 ta' Settembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Olanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/04+C-283/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-9141">C-282/04 u C-283/04, Ġabra p. I-9141, punt 18</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<DATE ISO="20071023">23 ta' Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-8995">C-112/05, Ġabra p. I-8995, punt 17</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta' definizzjoni, fit-Trattat KE, tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>movimenti tal-kapital<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 56(1) KE, il-Qorti tal-Ġustizzja preċedentement irrikonoxxiet valur indikattiv tan-nomenklatura annessa mad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, ta' l-<DATE ISO="19880624">24 ta' Ġunju 1988</DATE>, għall-implementazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu mhassar bit-Trattat ta' Amsterdam] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="178" DATE.PUB="1988" PAGE.FIRST="5">ĠU L 178, p. 5</REF.DOC.OJ>). Għalhekk, jikkostitwixxu movimenti tal-kapital fis-sens ta' l-Artikolu 56(1) KE, b'mod partikolari, l-investimenti diretti, jiġifieri, kif jirriżulta minn din in-nomenklatura u min-noti ta' spjegazzjoni relatati magħha, l-investimenti ta' kull tip li jsiru mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u li jservu sabiex jinholqu jew jinżammu relazzjonijiet fit-tul u diretti bejn ilfinanzier u l-impriża li għaliha huma intiżi dawn il-flus sabiex tiġi eżerċitata attività ekonomika. Rigward l-ishma f'impriżi ġodda jew eżistenti, kif jikkonfermaw in-noti ta' spjegazzjoni, l-għan li jinholqu jew li jinżammu rabtiet ekonomiċi fit-tul jippresupponi li l-ishma li għandu l-azzjonist jagħtuh, jew bis-saħħa tad-dispożiz-zjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq il-kumpanniji b'responsabbiltà limitata, jew<?PAGE NO="I-10444"?> b'mod ieħor, il-possibbiltà li jieħu sehem b'mod effettiv fil-ġestjoni ta' din il-kumpannija jew fil-kontroll tagħha (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' din il-forma ta' investimenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li għandhom jiġi kkwalifikati bħala <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>restrizzjonijiet<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 56(1) KE miżuri nazzjonali li jistgħu jostakolaw jew jillimitaw l-akkwist ta' ishma fl-impriżi kkonċernati jew li jistgħu jiddisswadu lill-investituri ta Stati Membri oħra milli jinvestu fil-kapital ta' dawn ta' l-aħħar (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs II-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dispożizzjoni nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili tikkostitwixxi tali restrizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmi Artikolu jippermetti lill-azzjonisti pubbliċi jibbenefikaw mill-possibbiltà li jieħdu sehem b'mod iktar rilevanti fl-attività tal-bord tad-diretturi milli kienu jkunu jistgħu fis-sempliċi kwalità tagħhom bħala azzjonisti (ara, b'anloġija, issentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk jitqiegħed fid-dispożizzjoni ta' l-imsemmija azzjonisti pubbliċi strument li jagħtihom il-possibbiltà li jeżerċitaw influwenza li tmur lil hinn mill-investimenti tagħhom. B'mod korrelattiv, l-influwenza ta' l-azzjonisti l-oħra tista' tirriżulta mnaqqsa fil-konfront ta' l-investimenti tagħhom (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B'mod partikolari, għandu jiġi osservai li, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili ma jipprovdi għal ebda limitu dwar in-numru ta' diretturi li jistgħu jiġu maħtura direttament mill-Istat jew korp pubbliku li għandu ishma fil-kapital ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10445"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F'dak li jikkonċerna l-każ ta' AEM, huwa irrilevanti l-fatt li d-dritt ta' ħatra diretta tad-diretturi b'applikazzjoni ta' l-imsemmija dispożizzjoni ġiet riżervata lill-Comune di Milano biss fil-proporzjon ta' l-ishma tagħha fil-kapital ta' din il-kumpannija u sa massimu ta' kwart tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' din ta l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tosserva ġustament il-qorti tar-rinviju, dan id-dritt ta' ħatra diretta jiżdied mad-dritt tal-Comune di Milano, skond l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994, li jieħu sehem normalment fl-elezzjoni permezz tal-votazzjoni bil-lista tad-diretturi mhux maħtura direttament minn din ta' l-aħħar, b'tali mod li tista tiddisponi mill-maġġoranza assoluta fl-imsemmi bord, u dan ukoll fil-każ, kif imsemmi fid-deċiżjonijiet ta rinviju, fejn huwa jista' jkollu biss maġġoranza relattiva tal-kapital, jiġifieri sehem ta 33.4 % ta' dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>B'dan il-mod, minkejja l-fatt li d-dritt ta' hatra diretta mogħti lill-Comune deiMilano huwa proporzjonali għall-ammont ta' l-ishma tiegħu fil-kapital ta AEM u minkejja li dan id-dritt jiġi eżerċitat fil-limitu ta kwart tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' din il-kumpannija, l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, flimkien ma l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994, jippermetti lill-imsemmi Comune li jassigura ruhu mill-possibbilità li jkollu sehem ikbar fl-attività ta' l-imsemmi bord milli normalment għandu bħala azzjonista.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Billi jagħti lill-azzjonisti pubbliċi strument li jippermettilhom jillimitaw il-possibbiltà ta' azzjonisti ohra milli jkollhom ishma fil-kumpannija sabiex joħolqu jew iżommu rabtiet ekonomiċi fit-tul u diretti magħha li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni tagħha jew fil-kontroll tagħha, leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali tista' tiddisswadi lill-investituri diretti ta' Stati Membri ohra milli jinvestu fil-kapital ta' din il-kumpannija (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 66).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10446"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-eżistenza ta' restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti tal-Comune di Milano u tal-Gvern Taljan li jgħidu, minn naħa, li l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili jidħol fl-ambitu tad-dritt komuni u, min-naħa l-oħra, id-dritt ta' dan il-Comune li jaħtar direttament diretturi ngħata lilu b'mod volontarju mil-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti ta' AEM u bis-saħħa ta applikazzjoni normali ta' dan id-dritt komuni ta' kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, għanndu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili jippermetti biss lill-Istat jew lil korpi pubbliċi li għandhom sehem f'kumpannija b'responsabbiltà limitata li jingħataw mill-istatut ta' assoċjazzjoni ta' din id-dritt li jaħtru direttament direttur jew diretturi. Peress li, kif ġie kkonstatat fil-punt 17 ta din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tibbaża ruħha fuq il-premessa li tgħid li r-regola stabbilita mill-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili tidderoga mid-dritt komuni tal-kumpanniji, m'hemmx lok li tiġi analizzata l-ipoteżi fejn l-imsemmi dritt jagħti possibbiltà ta' ħatra identika lil kull aazzjonista, b'mod partikolari lill-azzjonisti privati.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li l-leġiżlatur nazzjonali jinkludi miżura speċifikament intiża li tagħti setgħat speċjali lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandu ishma f'kumpannija fid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili li jirregolaw kumpanniji bħal dawn ma jneħħux din il-miżura mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minkejja li l-imsemmi dritt ta' ħatra mhuwiex mogħti direttament lill-Istat jew lil korp pubbliku mill-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, iżda, b'applikazzjoni ta' dan, huwa jeżiġi deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti tal-kumpannija kkonċernata, skond il-mekkaniżu previst mil-liġi għall-formazzjoni tar-rieda talmembri tal-kumpannija, jibqa' l-fatt li din iċ-ċirkustanza ma tneħħix in-natura restrittiva tal-leġiżlazzjoni in kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10447"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, indipendentement mil-kwistjoni dwar jekk l-azzjonista pubbliku għandux fid-dispożizzjoni tiegħu l-maġġoranza meħtieġa sabiex jinkludi fl-istatut ta' assoċjazzjoni tal-kumpanniji kkonċernati d-dritt tiegħu ta' ħatra diretta ta' diretturi ta' din ta' l-aħħar jew jekk, kif jidher li huwa l-każ fil-kawżi prinċipali, huwa jista jikseb din l-emenda biss bil-qbil ta' azzjonisti oħra, għandu jiġi kkonstatat li huwa biss bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tidderoga mid-dritt komuni tal-kumpanniji, li l-azzjonista pubbliku jista, b'mod differenti mill-azzjonista privat, jingħata d-dritt li jieħu sehem fl-attività tal-bord tad-diretturi b'mod iktar rilevanti milli jista' jkollu normalment bħala azzjonista.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Jekk tali dritt ta' ħatra, ladarba huwa inkluż fl-istatut ta' assoċjazzjoni, jista' jiġi emendat, peress li, bħala regola ġenerali, jista' jkun is-suġġett ta' emenda meta ssir reviżjoni ulterjuri ta' dan l-istatut ta' assoċjazzjoni, madankollu huwa jibbenefika minn livell ta' harsien relattivament għoli. Fil-fatt, l-azzjonista pubbliku jista' jibbenefika mill-garanzija ta' kontinwità li jgawdi minnha l-istatut ta' kumpanniji, peress li l-emenda ta' dan teżiġi, bħala regola ġenerali, maġġoranza kkwalifikata ta' l-azzjonisti. B'dan il-mod, anki meta l-azzjonista pubbliku m'għandux iktar, wahdu jew flimkien ma' azzjonisti oħrajn, il-maġġoranza meħtieġa sabiex ikollu dritt ta' hatra diretta ta' diretturi, b'mod partikolari minhabba l-fatt li jkun naqqas, sadanttant, is-sehem tiegħu fil-kapital tal-kumpannija kkonċernata, huwa jista' madankollu jkompli jgawdi minn dan id-dritt</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Investitur jista jkun ċert li jista' jabroga d-dritt ta' hatra diretta tad-diretturi ta' kumpannija biss jekk l-investiment li huwa jagħmel ikun ta' tali importanza li jagħtih il-maġġoranza meħtieġa sabiex jemenda l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' din il-kumpannija, u dan jista' jirrikjedi investiment li jmur lil hinn minn dak li, finnuqqas ta' l-inklużjoni ta' tali dritt ta' hatra fl-istatut ta' assoċjazzjoni, huwa jista' jagħmel sabiex jiehu sehem fil-kumpannija kkonċernata sabiex johloq jew iżomm rabtiet ekonomiċi fit-tul u diretti li jippermettu sehem effettiv fil-ġestjoni u filkontroll ta' l-imsemmija kumpannija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10448"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservai li, fil-każ ta AEM, investitur ma jistax, skond il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju li ġew ikkonfermati mill-osservazzjonijiet ta' din il-kumpannija waqt is-seduta, jabroga d-dritt ta' ħatra diretta ta' diretturi mogħti lill-Comune di Milano sakemm dan ta' l-aħħar jibqa' jżomm is-sehem tiegħu ta 33.4 %.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>B'dan il-mod, anki jekk, mil-lat formali, hija d-deċiżjoni tal-laqgħa generali ta' lazzjonisti ta AEM li stabbilit dan id-dritt ta' ħatra, din id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata, fiċ-ċikustanzi kif inhuma fil-kawżi quddiem il-qorti tat-rinviju, bħala strument semplici li bih il-Comune di Milano seta' juża biss bis-saħħa ta l-eżistenza tal-leġiżlazzjoni in kwistjoni fil-kawża principali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, il-moviment liberu tal-kapital jista' jiġi limitat permezz ta miżuri nazzjonali ġġustifikati minħabba r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 58 KE jew minħabba raġunijiet imperattivi ta' interess generali, sakemm ma teżistix miżura Komunitarja ta' armonizzazzjoni li tipprovdi miżuri neċessarji sabiex jiġi assigurat il-ħarsien ta dawn l-interessi (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta' din l-armonizzazzjoni Komunitarja, bħala regola ġenerali, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu dwar il-livell li fuqu jixtiequ jassiguraw ilharsien ta' tali interessi legittimi u l-mod kif għandu jintlahaq dan il-livell. Madankollu, huma jistgħu jagħmlu dan biss fil-limiti indikati fit-Trattat u, b'mod partikolari, b'rispett tal-prinċipju ta' proporzjonalità li jeżiġi li l-miżuri adottati jkunu xierqa sabiex jiggarantixxu li l-għan tagħhom jintlahaq u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlahaq dan il-għan (is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Germanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar b'mod partikolari li, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistgħux jiġu miċħuda l-preokkupazzjonijiet li, skond iċ-ċirkustanzi, jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li l-Istati Membri jżommu certa influwenza<?PAGE NO="I-10449"?> fl-impriżi li inizjalment kienu pubbliċi u li wara ġew privatizzati, meta dawn l-impriżi jaġixxu fl-oqsma tas-servizzi ta' interess ġenerali jew strateġiċi (sentenza tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4581">C-463/00, Ġabra p. I-4581, punt 66</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, kif osservai il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, ma jissuġġettax l-inklużjoni fl-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata ta' dritt għall-Istat jew korp pubbliku li għandu sehem fiha li jaħtar direttament direttur jew diretturi għal xi kundizzjoni, b'tali mod li l-ebda dispożizzjoni ma tista' titqies bħala ġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal iktar 'il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, li tgħid li l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpannija jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom ishma fil-kapital ta' din il-kumpannija d-dritt li jaħtru direttament direttur jew diretturi li, waħedha jew, bħal fil-kawża prinċipali, flimkien ma' dispożizzjoni, bħalma huwa l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994, li jagħti lill-imsemmi Stat jew korp id-dritt li jieħu sehem fl-elezzjoni b'votazzjoni bil-lista ta' diretturi mhux mahtura direttament minnu, hija tali li tippermetti lil dan l-Istat jew lil dan il-korp li jkollu setgħa ta' kontroll sproporzjonat meta mqabbla ma' l-ishma tiegħu fil-kapital ta' l-imsemmija kumpannija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10450"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, li tgħid li l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpaimija jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom sehem fil-kapital ta' din il-kumpannija d-dritt li jaħtru direttament direttur jew diretturi li, waħdedhom jew, bħal fil-kawża prinċipali, flimkien ma' dispożizzjoni, bħalma huwa l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 332, tal-<DATE ISO="19940531">31 ta' Mejju 1994</DATE>, kif ġiet emendata bil-Liġi Nru 350, ta' l-<DATE ISO="20031224">24 ta' Diċembru 2003</DATE>, li tagħti lill-imsemmi Stat jew korp d-dritt li jieħu sehem flelezzjoni b'votazzjoni bil-lista ta' diretturi mhux mahtura direttament minnu, hija tali li tippermetti lil dan l-Istat jew lil dan il-korp li jkollu setgħa ta' kontrol sproporzjonata meta mqabbla ma' l-ishma tiegħu fil-kapital ta' l-imsemmija kumpannija.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>