|
27.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 23/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Jannar 2009
li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 119)
(2009/64/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), u b’mod partikolari, il-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Istandard Internazzjonali ISO 17994:2004(E) jiddiskrivi l-kriterji u l-proċeduri għal valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi |
|
(2) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/7/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2006/7/KE, l-Istandard Internazzjonali ISO 17994:2004(E) “Standard tal-Ilma – Kriterji biex tiġi stabbilita ekwivalenza bejn metodi mikrobijoloġiċi” għandu jkun speċifikat bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni