31994L0060

Official Journal L 365 , 31/12/1994 P. 0001 - 0009
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 29 P. 0273
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 29 P. 0273

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/60/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994

li temenda għall-erbatax-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Jaġixxi bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi għandhom jiġu adottati miżuri għall-ilħuq tas-suq intern; billi s-suq intern huwa żona mingħajr fruntieri interni li fiha, il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital, huwa garantit;

Billi xogħol fis-suq intern għandu wkoll itejjeb gradwalment il-kwalità tal-ħajja, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur; billi il-miżuri proposti minn din id-Direttiva jaqblu mar-risoluzzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 1989 dwar il-prijoritajiet futuri għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-politika ta’ protezzjoni tal-konsumatur [4];

Billi l-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, adottaw id-Deċiżjoni 90/238/Euratom, KEFA, KEE [5] dwar il-pjan ta’ azzjoni mill-1990 sa l-1994 fil-kuntest tal-programm "L-Ewropa kontra l-Kanċer";

Billi s-sustanzi li jidhru fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [6] u li huma kklassifikati bħala kategorija 1 jew 2 ta’ karċinoġeni jistgħu jikkawżaw il-kanċer; billi biex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa, sustanzi u preparazzjonijiet li fihom dawn il-karċinoġeni, m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-użu tal-pubbliku ġenerali;

Billi s-sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u li huma kklassifikati bħala kategorija 1 jew 2 ta’ mutaġeni jistgħu jikkawżaw ħsara ġenetika li tintiret; billi biex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa, sustanzi u preparazzjonijiet li fihom dawn il-mutaġeni, m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali;

Billi s-sustanzi li jidhru fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u li huma kklassifikati bħala sustanzi tossiċi ta’ kategorija 1 jew 2 għal raġunijiet ta’ riproduzzjoni jistgħu jikkawżaw difetti fit-twelid; billi biex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa, sustanzi u preparazzjonijiet li fihom dawn is-sustanzi tossiċi, m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-użu tal-pubbliku ġenerali;

Billi, għal raġunijiet ta’ trasperenza u ċarezza, sustanzi bħal dawn għandhom jiġu riferuti bl-użu ta’ nomenklatura rikonoxxuta, preferibbilment dik ta’ l-Iupac (Unjoni Internazzjonali ta’ Kimika Pura u Applikata); billi l-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE ("Lista ta’ sustanzi perikolużi") huwa aġġornat regolarment permezz ta’ addattament għall-progress tekniku; billi l-Kummissjoni sejra tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ l-addattament għall-progress tekniku fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea, proposta għal Direttiva li tirregola s-sustanzi ġodda kklassifikati bħala karċinoġeni fil-kategoriji 1 u 2, mutaġeniċi fil-kategoriji 1 u 2, u tossiċi fil-każ tar-riproduzzjoni fil-kategoriji 1 u 2, biex b’hekk jaġġornaw din id-Direttiva;

Billi l-imsemmija proposta mill-Kummissjoni ser tikkunsidra r-riskji u l-vantaġġi tas-sustanzi kklassifikati ġodda kif ukoll id-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità dwar l-analiżi tar-riskju;

Billi l-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE jistabbilixxi limiti individwali ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi bħal dawn u, fin-nuqqas ta’ limiti bħal dawn, it-Tabella VI ta’ l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE [7], tistabbilixxi limiti ġenerali ta’ konċentrazzjoni li japplikaw għal sustanzi bħal dawn li jinsabu fit-preparazzjonijiet;

Billi l-creosote, kif definit fl-Anness għal din id-Direttiva, jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa minħabba l-kontenut magħruf tiegħu ta’ karċinoġeni; billi għal dawn ir-raġunijiet l-użu ta’ Creosote fit-trattament ta’ l-injam u l-marketing u l-użu ta’ injam trattat bil-Creosote għandhom ikunu limitati;

Billi xi wħud mill-komponenti tal-Creosote ma jiġux degradati għal kollox u ta’ ħsara għal ċerti organiżmi fl-ambjent; billi dawn il-komponenti jistgħu jidħlu fl-ambjent bħala riżultat ta’ l-użu ta’ injam ittrattat;

Billi xi solventi klorinati jirrapreżentaw periklu għas-saħħa u m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-pubbliku ġenerali f’sustanzi jew fi preparazzjonijiet;

Billi r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ Creosote fit-trattament ta’ l-injam, fil-marketing u l-użu ta’ injam trattat bil-Creosote u fuq l-użu ta’ solventi klorinati mniżżla f’din id-Direttiva jikkunsidraw l-istat kurrenti ta’ tagħrif u teknika dwar alternattivi ta’ aktar sigurtà;

Billi r-restrizzjonijiet diġà adottati minn ċerti Stati Membri dwar il-kummerċ u l-użu tas-sustanzi msemmija hawn fuq jew il-preparazzjonijiet li jkun fihom dawn is-sustanzi jaffettwaw direttament l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern; billi huwa għalhekk neċessarju li jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam u konsegwentement li jiġi emendat l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE [8];

Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni tal-Komunità li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [9] u f’direttivi individwali ibbażati fuq hekk, b’mod partikolari d-Direttiva 90/394/KEE [10],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa b’dan il-mezz emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adozzjoni u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-20 ta’ Ġunju 1995.

2. Meta xi Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex isiru dawn it-tipi ta’ referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

[1] ĠU C 157, ta’ l-24.6.1992, p. 6.

[2] ĠU C 332, tas-16.12.1992, p. 8.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 1994 (ĠU C 44, ta’ l-14.2.1994, p. 2), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 (ĠU C 244, tal-31.8.1994, p. 1) u id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 1994 (ĠU C 323, tal-21.11.1994).

[4] ĠU C 294, tat-23.11.1989, p. 1.

[5] ĠU L 137, tat-30.5.1990, p. 31.

[6] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1/67. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/632/KEE (ĠU L 338, ta’ l-10.12.1991, p. 23).

[7] ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/18/KEE (ĠU L 104, tad-29.4.1993, p. 46).

[8] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/659/KEE (ĠU L 363, tal-31.12.1991, p. 36).

[9] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[10] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness I li ġej huwa miżjud mad-Direttiva 76/769/KEE:

"Deskrizzjoni tas-sustanzi, tal-grupp ta’ sustanzi jew tal-preparazzjonijiet

Kondizzjonijiet ta’ restrizzjoni

29.Sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE ikklassifikati bħala kategorija ta’ karċinoġeni 1 u kategorija ta’ karċinoġeni 2 u mmarkati mill-inqas bħala "Tossiċi (T)" bil-frażi ta’ riskju R45: "Jistgħu jikkawżaw il-kanċer" jew il-frażi ta’ riskju R49: "Jistgħu jikkawżaw il-kanċer billi jinxtammu", u elenkati kif ġej:Kategorija ta’ karċinoġeni 1Ara l-Lista 1 fl-AppendiċiKategorija ta’ karċinoġeni 2Ara Lista 2 fl-Appendiċi | Ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u fi preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjoni individwali daqs jew ikbar minn: jew il-konċentrazzjoni speċifikata fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, jewil-konċentrazzjoni speċifikata f’punt 6, it-Tabella VI, ta’ l-Anness I għad-Direttiva 88/379/KEE fejn ma jidher l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE.Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, imballaġġ u ttikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn għandu jkun immarkat b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx, kif ġej: "Ristrett għal utenti professjonali. Attenzjoni - Evita l-espożizzjoni - ikseb struzzjonijiet speċjali qabel l-użu".Permezz ta’ deroga, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali u veterinarji kif definiti bid-Direttiva 65/65/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti bid-Direttiva 76/768/KEE;(c)fjuwils tal-magni li huma koperti bid-Direttiva 85/210/KEE,prodotti taż-żjut minerali maħsubin sabiex jintużaw bħala fjuwil f’impjanti tal-kombustjoni mobbli jew fissi,fjuwils mibjugħin f’sistemi magħluqa (eż. fliexken ta’ gass likwidu);(d)sustanzi u preparazzjonijiet ieħor elenkat fl-Anness I għal din id-Direttiva, taħt il-punti għjr 30 u 31;(e)żebgħa ta’ l-artisti koperta bid-Direttiva 88/379/KEE. |

30.Sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE kklassifikati bħala kategorija ta’ mutaġeni 1 jew kategorija ta’ mutaġeni 2 u mmarkati bil-frażi ta’ riskju R46: "Jistgħu jikkawżaw ħsara ġenentika li tintiret", u elenkata kif segwit:Kategorija ta’ mutaġen 1Ara l-Lista 3 fl-AppendiċiKategorija ta’ mutaġen 2Ara l-Lista 4 fl-Appendiċi | Ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjoni individwali daqs jew ikbar minn: jew il-konċentrazzjoni speċifikata fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, jewil-konċentrazzjoni speċifikata f’punt 6, it-Tabella VI, ta’ l-Anness I tad-Direttiva 88/379/KEE fejn ma jidher l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn għandu jiġi ttikkettjati b’mod li jista’ jinqara u b’mod li ma jitħassarx, kif ġej: "Ristrett għal utenti professjonalment. Attenzjoni - Evita l-espożizzjoni - ikseb istruzzjonijiet speċjali qabel l-użu".Permezz ta’ deroga, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali u veterinarji kif definiti bid-Direttiva 65/65/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti bid-Direttiva 76/768/KEE;(c)- fjuwils tal-magni li huma koperti bid-Direttiva 85/210/KEE,prodotti taż-żjut minerali maħsubin sabiex jintużaw bħala fjuwil f’impjanti tal-kombustjoni mobbli jew fissi,fjuwils mibjugħin f’sistemi magħluqa (eż. fliexken ta’ gass likwidu);(d)sustanzi u preparazzjonijiet ieħor elenkat fl-Anness I għal din id-Direttiva, taħt il-punti għjr 30 u 31;(e)żebgħa ta’ l-artisti koperta bid-Direttiva 88/379/KEE. |

31.Sustanzi li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE kklassifikati bħala tossiċi fil-każ ta’ riproduzzjoni kategorija 1 jew tossiċi fil-każ ta’ riproduzzjoni kategorija 2 u mmarkati bil-frażi ta’ riskju R60: "Jistgħu jtellfu il-fertilità" u/jew R61: "Jistgħu ikunu ta’ ħsara għat-tarbija li se titwieled", u elenkati kif ġej:Tossiċi għal għanijiet ta’ riproduzzjoni kategorija 1Ara l-Lista 5 fl-AppendiċiTossiċi għal għanijiet ta’ riproduzzjoni kategorija 2Ara l-Lista 6 fl-Appendiċi | Ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjoni individwali daqs jew ikbar minn: jew il-konċentrazzjoni speċifikata fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, jewil-konċentrazzjoni speċifikata f’punt 6, it-Tabella VI, ta’ l-Anness I tad-Direttiva 88/379/KEE fejn ma jidher l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn għandu jiġi mmarkat b’mod li jista’ jinqara u b’mod li ma jitħassarx, kif ġej: "Ristrett għal utenti professjonalment. Attenzjoni - Evita l-espożizzjoni - ikseb istruzzjonijiet speċjali qabel l-użu".Permezz ta’ deroga, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali u veterinarji kif definiti bid-Direttiva 65/65/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti bid-Direttiva 76/768/KEE (2);(c)fjuwils tal-magni li huma koperti bid-Direttiva 85/210/KEE (3),prodotti taż-żjut minerali maħsubin sabiex jintużaw bħala fjuwil f’impjanti tal-kombustjoni mobbli jew fissi,fjuwils mibjugħin f’sistemi magħluqa (eż. fliexken ta’ gass likwidu);(d)sustanzi oħra u preparazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, skond l-inċiżi minbarra 29 u 30;(e)żebgħa ta’ l-artisti koperti bid-Direttiva 88/379/KEE. |

32.Sustanzi u preparazzjonijiet li fihom wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:(a)Creosote Einecs Nru 232-287-5SAK Nru 8001-58-9(b)Żejt tal-Creosote Einecs Nru 263-047-8SAK Nru 61789-28-4(c)Distillati (qatran tal-faħam), żjut tan-naftalina Einecs Nru 283-484-8SAK Nru 84650-04-4(d)Żejt tal-creosote, frazzjoni ta’ aċenaftalina Einecs Nru 292-605-3SAK Nru 90640-84-9(e)Distallati (qatran tal-faħam), ta’ fuq Einecs Nru 266-026-1 SAK Nru 65996-91-0(f)Żejt ta’ l-antraċene Einecs Nru 292-602-7 SAK Nru 90640-80-5(g)Aċidi tal-qatran, Faħam, Mhux raffinat Einecs Nru 266-019-3 SAK Nru 65996-85-2(h)Creosote, injam Einecs Nru 232-419-1SAK Nru 8021-39-4(j)Żejt tal-qatran b’temperatura baxxa, alkalin Einecs Nru 310-191-5 SAK Nru 122384-78-5 | 32.1.Ma jistgħux jintużaw għat-trattament ta’ l-injam jekk ikun fihom:(a)benzo-a-pyrene f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,005 % bil-piż; jew(b)phenols li jistgħu jittieħdu mill-ilma b’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 3 % bil-piż jew it-tnejn (a) u (b).Barra minnhekk injam ittrattat b’dan il-mod ma jistax jitpoġġa fis-suq.Iżda permezz ta’ deroga:(i)Fir-rigward tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet: dawn jistgħu jiġu wżati għat-trattament ta’ l-injam f’installazzjonijiet industrijali jekk ikollhom:(a)benzo-a-pyrene b’konċentrazzjoni ta’ inqas minn 0,05 % bil-piż; u(b)phenols li jistgħu jittieħdu mill-ilma b’konċentrazzjoni ta’ inqas minn 3 % bil-piż.Sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn:jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’imballaġġ li jesa’ daqs jew iktar minn 200 litruma jistax jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, imballaġġ u ttikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn għandu jkun mmarkat b’mod li jista’ jinqara u b’mod li ma jitħassarx, kif ġej: "Għal użu f’installazzjonijiet industrijali biss".(ii)Fir-rigward ta’ injam trattat skond (i) li jitpoġġa fis-suq għall-ewwel darba: dan huwa permess għal użu professjonali u industrijali biss, eż. fil-linji tal-ferrovija, fi trasmissjonijiet u telekomunikazzjonijiet ta’ l-elettriku, għall-għeluq (fencing) u fil-portijiet u f’mogħdijiet ta’ l-ilma.Iżda, injam bħal dan ma jistax jintuża:ġewwa l-bini kemm jekk għal skopijiet dekorattivi u kif ukoll jekk le, ikun x’ikun l-iskop (residenza, xogħol, ħin liberu),għall-manifattura ta’ reċipjenti maħsubin għal skopijiet ta’ tkabbir u kull ritrattament u l-manifattura ta’ imballaġġ li jista’ jiġi f’kuntatt ma’, jew ta’ materjali oħra li jistgħu jikkontaminaw, prodotti ta’ materja prima, intermedji u/jew lesti maħsubin għall-konsum mill-bnedmin u/jew mill-annimali, u kull ritrattament,fil-grawnds u f’postijiet pubbliċi oħra ta’ divertiment fil-beraħ jew f’sitwazzjonijiet fejn hemm ir-riskju li jista’ jiġi f’kuntatt mal-ġilda.(iii)Fir-rigward ta’ injam trattat diġà: il-projbizzjoni m’għandix tapplika meta dan ikun poġġut fis-suq bħala second-hand. Iżda, injam bħal dan ma jistax jintuża:ġewwa l-bini kemm għal skopijiet dekorattivi u kemm le, ikun x’ikun l-iskop (residenza, xogħol, ħin liberu),għall-manifattura ta’ reċipjenti maħsubin għal skopijiet ta’ tkabbir u kull ritrattament u l-manifattura ta’ imballaġġ li jista’ jiġi f’kuntatt ma’, jew ta’ materjali oħra li jistgħu jikkontaminaw, prodotti ta’ materja prima, intermedji u/jew lesti intiżi għall-konsum mill-bnedmin u/jew mill-annimali, u kull ritrattament,fil-grawnds u f’postijiet pubbliċi oħra ta’ divertiment fil-beraħ. |

33.Chloroform SAK Nru 67-66-334.Carbon tetrachloride SAK Nru 56-23-535.1,1,2 Trichloroethane SAK Nru 79-00-536.1,1,2,2, Tetrachloroethane SAK Nru 79-34-537.1,1,1,2 Tetrachloroethae SAK Nru 630-20-638.Pentachloroethane SAK Nru 76-01-739.1,1 Dichloroethylene SAK Nru 75-35-440.1,1,1 Trichloroethane SAK Nru 71-55-6 | Ma jistgħux jintużaw f’konċentrazzjonijiet daqs jew iktar minn 0,1 % mill-piż fis-sustanzi u preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, imballaġġ u ttikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn li jinsabu fihom dawn is-sustanzi f’konċentrazzjoni daqs jew iktar minn 0,1 % għandhom jiġu mmarkati b’mod li jistgħu jinqaraw u b’mod li ma jitħassarx kif ġej: "Ristretti għal utenti professjonali". Permezz ta’ deroga din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali u veterinarji kif definiti bid-Direttiva 65/65/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/381/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti bid-Direttiva 76/768/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/679/KEE." |

"

APPENDIĊI

Punt 29 - Karċinoġeni

Lista 1, kategorija 1

2-naphthylamine; B-naphthylamine | SAK Nru 91-5999-8 |

biphenyl-4-ylamine; xenylamine; 4-aminobiphenyl | SAK Nru 92-67-1 |

benzidine; 4,4'-diaminobiphenyl; biphenyl-4,4'-ylenediamine | SAK Nru 92-87-5 |

triossidu tal-kromju | SAK Nru 1333-82-0 |

aċidu arseniku u l-imluħa tiegħu | SAK Nru — |

pentossidu arseniku; ossidu arseniku | SAK Nru 1303-28-2 |

triossidu diarseniku; triossidu arseniku | SAK Nru 1327-53-3 |

asbestos | SAK Nru 132207-33-1 132207-32-0 12172-73-5 77536-66-4 77536-68-6 77536-67-5 |

benzene | SAK Nru 71-43-2 |

bis (chloromethyl) ether | SAK Nru 542-88-1 |

chloromethyl methyl ether, chlorodimethyl ether | SAK Nru 107-30-2 |

dinickel trioxide | SAK Nru 1314-06-3 |

erionite | SAK Nru 12510-42-8 |

diossidu tan-nikil | SAK Nru 12035-36-8 |

monossidu tan-nikil | SAK Nru 1313-99-1 |

nickel subsulphide | SAK Nru 12035-72-2 |

nickel sulphide | SAK Nru 16812-54-7 |

imluħa ta’ 2-naphthylamine | SAK Nru — |

imluħa ta’ biphenyl-4-ylamine; imluħa ta’ xenylamine; imluħa ta’ 4-aminobiphenyl | SAK Nru — |

imluħa ta’ benzidine | SAK Nru — |

vinyl chloride; chloroethylene | SAK Nru 75-01-4 |

kromati taż-żingu inkluż kromat tal-potassju taż-żingu | SAK Nru — |

Lista 2, kategorija 2

1-methyl-3-nitro-1-nitrosoguanidine | SAK Nru 70-25-7 |

1,2-dibromo-3-chloropropane | SAK Nru 96-12-8 |

1,2-dimethylhydrazine | SAK Nru 540-73-8 |

1,3-butadiene, buta-1,3-diene | SAK Nru 106-99-0 |

1,3-dichloro-2-propanol | SAK Nru 96-23-1 |

1,3-propanesultone | SAK Nru 1120-71-4 |

3-propanolide; 1,3-propiolactone | SAK Nru 57-57-8 |

1,4-dichlorobut-2-ene | SAK Nru 764-41-0 |

2-nitronaphtelene | SAK Nru 581-89-5 |

2-nitropropane | SAK Nru 79-46-9 |

2,2'-dichloro-4,4'-methylenedianiline; 4,4'-methylene bis (2-chloroaniline) | SAK Nru 101-14-4 |

2,2' -(nitrosoimino)bisethanol | SAK Nru 1116-54-7 |

3,3'-dichlorobenzidine; 3,3'-dichlorobiphenyl-4,4'-ylenediamine | SAK Nru 91-94-1 |

3,3'-dimethoxybenzedine; o-dianisidine | SAK Nru 119-90-4 |

3,3'-dimethylbenzidine; o-tolidine | SAK Nru 119-93-7 |

4-aminoazobenzene | SAK Nru 60-09-3 |

4-amino-3-fluorophenol | SAK Nru 399-95-1 |

4-methyl-m-phenylenediamine | SAK Nru 95-80-7 |

4-nitrobiphenyl | SAK Nru 92-93-3 |

4,4'-methylenedi-o-toluidine | SAK Nru 838-88-0 |

4,4'-diaminodiphenylmethane; 4,4'-methylenedianiline | SAK Nru 101-77-9 |

5-nitroacenaphtene | SAK Nru 602-87-9 |

4-o-tolylazo-o-toluidine; 4-amino-2',3-dimethylazobenzene; bażi ta’ fast gamet GBC; AAT; o-aminoazotoluene | SAK Nru 97-56-3 |

disodium-[5[(4’-((2,6-hydroxy-3-((2-hydroxy-5-sulphophenyl) azo)phenyl)azo)(1,1’-biphenyl)-4-yl)azo]salicylato(4-))cuprate(2-); CI Direct Brown 95 | SAK Nru 16071-86-6 |

cadmium oxide | SAK Nru 1306-19-0 |

Estratti (petroleum), solvent distillat nafteniku tqil | SAK Nru 64742-11-6 |

Estratti (petroleum), solvent distillat parafiniku tqil | SAK Nru 64742-04-7 |

Estratti (petroleum), solvent distillat nafteniku ħafif | SAK Nru 64742-03-6 |

Estratti (petroleum), solvent distillat parafiniku ħafif | SAK Nru 64742-05-8 |

Estratti (petroleum), solvent taż-żejt gass vakwu ħafif | SAK Nru 91995-78-7 |

Idrokarboni, C26-55-, fihom ħafna arom | SAK Nru 97722-04-8 |

N,N-dimethylhydrazine | SAK Nru 57-14-7 |

acrylamide | SAK Nru 79-06-1 |

acrylonitrile | SAK Nru 107-13-1 |

α,α,α-trichlorotoluene; benzotrichloride | SAK Nru 98-07-7 |

benzo[a]anthracene | SAK Nru 56-55-3 |

benzo[a]pyrene; benzo[d,e,f]chrysene | SAK Nru 50-32-8 |

benzo[b]fluoranthene; benzo[e]acephenanthrylene | SAK Nru 205-99-2 |

benzo[j]fluoroanthene | SAK Nru 205-82-3 |

benzo[k]fluoranthene | SAK Nru 207-08-9 |

beryllium | SAK Nru 7440-41-7 |

komponenti tal-beryllium bl-eċċezzjoni ta’ aluminium beryllium silicates | SAK Nru — |

cadmium chloride | SAK Nru 10108-64-2 |

cadmium sulphate | SAK Nru 10124-36-4 |

cadmium chromate | SAK Nru 13765-19-0 |

captafol (OIS); | SAK Nru 2425-06-1 |

1,2,3,6-tetrahydro-N-(1,1,2,2-tetrachloroethylthio)phthalamide carbadox (INN); methyl-3-(quinoxalin-2-ylmethylene)carbazate 1,4-dioxide; 2-(methoxycarbonylhydrazonomethyl)quinoxaline 1,4-dioxide | SAK Nru 6804-07-5 |

chromium III chromate; chromic chromate | SAK Nru 24613-89-6 |

diazomethane | SAK Nru 334-88-3 |

dibenz[a,h]anthracene | SAK Nru 53-70-3 |

diethyl sulphate | SAK Nru 64-67-5 |

dimethyl sulphate | SAK Nru 77-78-1 |

dimethylcarbamoyl chloride | SAK Nru 79-44-7 |

N-nitrosodimethylamine; dimethylnitrosamine | SAK Nru 62-75-9 |

dimethylsulfamoylchloride | SAK Nru 13360-57-1 |

1-chloro-2,3-epoxypropane; epichlorthydrin | SAK Nru 106-89-8 |

1,2-dichloroethane; ethylene dichloride | SAK Nru 107-06-2 |

ethylene oxide; oxirane | SAK Nru 75-21-8 |

ethyleneimine; aziridine | SAK Nru 151-56-4 |

hexachlorobenzene | SAK Nru 118-74-1 |

hexamethylphosphoric triamide; hexamethylphosphoramide | SAK Nru 680-31-9 |

hydrazine | SAK Nru 302-01-2 |

hydrazobenzene; 1,2-diphenylhydrazine | SAK Nru 122-66-7 |

methyl acrylamidomethoxyacetate (li fih ≥ 0,1 % acrylamid) | SAK Nru 77402-03-0 |

methyl-ONN-azomethyl acetate; methyl azoxy methyl acetate | SAK Nru 592-62-1 |

nitrofen (OIS); 2,4-dichlorophenyl 4-nitrophenyl ether | SAK Nru 1836-75-5 |

nitrosodipropylamine | SAK Nru 621-64-7 |

2-methoxyaniline; o-anisidine | SAK Nru 90-04-0 |

bromur tal-potassju | SAK Nru 7758-01-2 |

propylene oxide; 1,2-epoxypropane; methyloxirane | SAK Nru 75-56-9 |

o-toluidine | SAK Nru 95-53-4 |

2-methylaziridine; propyleneimine | SAK Nru 75-55-8 |

imluħa ta’ 2,2'-dichloro-4,4'-methylenedianiline, imluħa ta’ 4,4'-methylenebis(2-chloroaniline) | SAK Nru — |

imluħa ta’ 3,3'-dichlorobenzidine; imluħa ta’ 3,3' dichlorobiphenyl-4,4'-ylenediamine | SAK Nru — |

imluħa ta’ 3,3'-dimethyloxybenzidine; imluħa ta’ o-dianisidine | SAK Nru — |

imluħa ta’ 3,3'-dimethylbenzidine, imluħa ta’ o-tolidine | SAK Nru — |

strontium chromate | SAK Nru 7789-06-2 |

styrene oxide; (epoxyethyl)benzene; phenyloxirane | SAK Nru 96-09-3 |

sulfallate (OIS); 2-chlorallyl diethyldithiocarbamate | SAK Nru 95-06-7 |

thioacetamide | SAK Nru 62-55-5 |

urethane (INN); ethyl carbamate | SAK Nru 51-79-6 |

Punt 30 - Mutaġeni

Lista 3, kategorija 1

L-ebda sostanza mhi kklassifikata f’din il-kategorija | |

Lista 4, kategorija 2

ethyleneimine, aziridine | SAK Nru 151-56-4 |

hexamethylphosphoric triamide; hexamethylphosoramide | SAK Nru 680-31-9 |

methyl acrylamidomethoxyacetate (li fih ≥ 0,1 % acrylamid) | SAK Nru 77402-03-0 |

Punt 31 - Tossiċi għar-riproduzzjoni

Lista 5, kategorija 1

hexafluworosilikat taċ-ċomb | SAK Nru 25808-74-6 |

aċetat taċ-ċomb | SAK Nru 1335-32-6 |

alkyls taċ-ċomb | SAK Nru — |

azide taċ-ċomb | SAK Nru 13424-46-9 |

kromat taċ-ċomb | SAK Nru 7758-97-6 |

komponenti taċ-ċomb bl-eċċezzjoni ta’ dawk speċifikati x’imkien ieħor f’dan l-Anness | SAK Nru — |

di(acetate) taċ-ċomb | SAK Nru 301-04-2 |

2,4,6-trinitroresorcinoxide taċ-ċomb; styphnate taċ-ċomb | SAK Nru 15245-44-0 |

lead(II)methanasulphonate | SAK Nru 17570-76-2 |

trilead bis(orthophosphate) | SAK Nru 7446-27-7 |

warfarin; 4-hydroxy-3-(3-oxo-1-phenylbutyl)coumarin | SAK Nru 81-81-2 |

Lista 6, kategorija 2

2-ethoxyethanol; ethylene glycol monoethyl ether | SAK Nru 110-80-5 |

2-ethylhexyl 3,5-bis(1,1-dimethylethyl)-4-hydroxyphenyl methyl thio acetate | SAK Nru 80387-97-9 |

2-methoxyethanol, ethylene glycol monomethyl ether | SAK Nru 109-86-4 |

benzo[a]pyrene; benzo[d,e,f]chrysene | SAK Nru 50-32-8 |

binapacryl (OIS); 2-sec-butyl-4,6-dinitrophenyl-3-methylcrotonate | SAK Nru 485-31-4 |

N,N-dimethylformamide; dimethyl formamide | SAK Nru 68-12-2 |

dinoseb; 6-sec-butyl-2,4-dinitrophenol | SAK Nru 88-85-7 |

dinoterb; 2-tert-butyl-4,6-dinitrophenol | SAK Nru 1420-07-1 |

ethylene thiourea; imidazolidine-2-thione; 2-imidazoline-2-thiol | SAK Nru 96-45-7 |

2-ethoxyethyl acetate; ethylglycol acetate | SAK Nru 111-15-9 |

methyl-ONN-azoxymethyl acetate; methyl azoxy methyl acetate | SAK Nru 592-62-1 |

2-methoxyethyl acetate; methylglycol acetate | SAK Nru 110-49-6 |

nickel tetracarbonyl | SAK Nru 13463-39-3 |

nitrofen (OIS); 2,4-dichlorophenyl 4-nitrophenyl ether | SAK Nru 1836-75-6 |

imluħa u esters ta’ dinoseb, bl-eċċezzjoni ta’ dawk speċifikati x’imkien ieħor f’dan l-Appendiċi | SAK Nru — |

imluħa u esters ta’ dinoterb | SAK Nru — |