<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-152/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0152</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:539">EU:T:2021:539</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20210908">8.9.2021</DATE> – Kawża T‑152/19 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Brunswick Bowling Products vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210908">8 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/42/KE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ salvagwardja</KEYWORD><KEYWORD>Miżura nazzjonali ta’ rtirar mis-suq u projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ magna pinsetter u kitt supplimentari</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal‑Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġġustifikata</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑152/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Brunswick Bowling Products LLC</HT>, li kienet Brunswick Bowling &amp; Billiards Corporation, stabbilita f’Muskegon, Michigan (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn R. Martens u V. Ostrovskis, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn M. Huttunen u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, irrappreżentat minn H. Eklinder, R. Eriksson, C. Meyer‑Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, J. Lundberg u O. Simonsson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall‑annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1960 tal-<DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE> dwar miżura ta’ salvagwardja meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tip ta’ magna pinsetter u kitt supplimentari li għandu jintuża flimkien ma’ dik it-tip ta’ magna pinsetter, immanifatturata minn Brunswick Bowling &amp; Billiards, u biex tirtira dawk il-magni li diġà tqiegħdu fis‑suq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 315, p. 29</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn V. Tomljenović, President, F. Schalin u P. Škvařilová‑Pelzl (Relatriċi), Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: C. Kristensen, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-digriet tal-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura tal-<DATE ISO="20210311">11 ta’ Marzu 2021</DATE> u r-risposti tal-partijiet għad-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Huma riprodotti hawnhekk biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li huma xierqa għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20190308">8 ta’ Marzu 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ir‑Renju tal-Isvezja talab li jintervjeni f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tal‑Kummissjoni. Il-Kummissjoni u r-rikorrenti qablu fuq l-imsemmija talba għal intervent, rispettivament fid-9 u fis-<DATE ISO="20190717">17 ta’ Lulju 2019</DATE>. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190725">25 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talba ta’ intervent tar-Renju tal-Isvezja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-Kummissjoni ddepożitat ir-risposta tagħha fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika ġew iddepożitati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-21 ta’ Awwissu u fit-<DATE ISO="20191022">22 ta’ Ottubru 2019</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE>, ir-Renju tal-Isvezja ppreżenta nota ta’ intervent fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil‑5 u fis‑<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, il-Kummissjoni u r-rikorrenti ppreżentaw rispettivament l-osservazzjonijiet tagħhom fuq in-nota ta’ intervent tar-Renju tal-Isvezja fir-Reġistru tal-Qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-kawża preżenti ġiet attribwita lil Imħallef Relatur ġdid, li jifforma parti mit-Tieni Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti ppreżentat, fit-<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, teħid ta’ pożizzjoni motivata dwar iż-żamma ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, il-Qorti Ġenerali adottat miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, abbażi tal-Artikoli 88 sa 90 tar-Regoli tal-Proċedura. Il-Kummissjoni weġbitha fit-terminu mogħti. Il-partijiet l-oħra ma laqgħux l-istedina, li kienet indirizzata lilhom, sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar it-tweġiba tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali u r-risposti tal-partijiet għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tas-<DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20210311">11 ta’ Marzu 2021</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura u, permezz ta’ deċiżjoni tal-istess jum, adottat miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, abbażi tal-Artikoli 88 sa 90 tar-Regoli tal-Proċedura, fejn stiednet lir-rikorrenti tippreċiża r-rabta legali tagħha ma’ Brunswick Bowling &amp; Billiards, imsemmija fil-premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata bħala manifattur tal-prodotti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tas-<DATE ISO="20210326">26 ta’ Marzu 2021</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-ispjegazzjonijiet tagħha u l-provi li juru li d-deċiżjoni kkontestata kienet intiża għaliha taħt l-isem korporattiv antik. B’ittra tas-<DATE ISO="20210416">16 ta’ April 2021</DATE>, il-Kummissjoni indikat li hija ma kellhiex osservazzjonijiet x’tagħmel fir-rigward tar-risposta tar-rikorrenti. Ir-Renju tal-Iżvezja ma ppreżentax osservazzjonijiet fit-terminu impost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Renju tal-Iżvezja, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42 u fl-Artikolu 18(5) tar-Regolament Nru 765/2008 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 18(4) tal-imsemmi regolament</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tar-regoli proċedurali previsti fl‑Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42 u fl-Artikolu 18(5) tar-Regolament Nru 765/2008</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/42 timplimenta għalhekk sistema ta’ sorveljanza u ta’ regolament tas-suq intern li fiha huma, fl-ewwel lok, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jevalwaw jekk magna tirriskjax li tikkomprometti s-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni u, fl-affermattiv, li jieħdu l-miżuri ta’ rtirar jew ta’ projbizzjoni li huma imposti. Il-klawżola tas-salvagwardja prevista għal dan l-effett mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42 għandha hija stess tinftiehem fid-dawl tal-Artikolu 114(10) TFUE, li jippermetti lill-Istati Membri li jieħdu tali miżuri għal raġuni waħda jew iktar mhux ekonomiċi intiżi fl-Artikolu 36 TFUE, li fosthom tidher il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni. Mill-ġurisprudenza jirriżulta li tali eżerċizzju jista’ jimplika, min‑naħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, evalwazzjonijiet kumplessi ta’ ordni teknika jew xjentifika. Il-Kummissjoni tivverifika, min-naħa tagħha, in-natura ġġustifikata jew le, fid-dritt u fil-fatt, tal-miżuri adottati mill-Istati Membri fil-kuntest tad-Direttiva 2006/42 (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Grizzly Tools vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑168/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:246">EU:T:2018:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li, minn naħa, sabiex tkun tista’ ssegwi b’mod effettiv l-għan assenjat lilha, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjonijiet tekniċi kumplessi li għandha topera, setgħa diskrezzjonali wiesgħa kellha tiġi rrikonoxxuta lill-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fatti. Min-naħa l-oħra, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-fondatezza tar-raġunijiet legali li wasslu lill-Kummissjoni li tikkonkludi n-natura ġustifikata tal-miżuri nazzjonali inkwistjoni jista’ jkun biss, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ dritt, stħarriġ sħiħ (ara f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CSF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:502">EU:T:2015:502</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa b’hekk li, skont il-ġurisprudenza, id-deċiżjoni kkontestata timplika li kull wieħed mill-Istati Membri minbarra r-Renju tal-Iżvezja jieħu miżuri effettivi dwar it-tqegħid jew iż-żamma tal-prodotti kontenzjużi fis-suq tiegħu u jiggarantixxi, billi jagħmel hekk, l-applikazzjoni korretta u uniformi tad-Direttiva 2006/42, fid-dawl tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Svediżi, wara li huma ġew iddikjarati ġġustifikati mill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni kkontestata għandha bħala konsegwenza diretta li teħles minn proċeduri nazzjonali li jqiegħdu inkwistjoni d-dritt li r-rikorrenti kienet tgawdi sa dak iż-żmien, fl-Unjoni kollha, li tikkummerċjalizza magna li kienet tibbenefika hija stess minn preżunzjoni ta’ konformità prevista mill-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, minn meta kienet ipprovduta b’marka KE u akkompanjata minn dikjarazzjoni KE ta’ konformità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CSF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:502">EU:T:2015:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-pjan ta’ żvilupp tagħha ppreżentat fiċ-ċentru tal-bowling ta’ Gustavsberg fl-2016 u tal-osservazzjonijiet pożittivi tal-istudju indipendenti f’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, bħalma għamlet il-Kummissjoni, li d-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-miżuri ta’ salvagwardja meħuda mill-OSET fl-2013 kinux iġġustifikati jew le.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-paragrafu 10 tal-Artikolu 95 KE, li jikkostitwixxi l-bażi legali tad-Direttiva 2006/42, jipprovdi li l-miżuri ta’ armonizzazzjoni adottati fuq din il-bażi għandhom jinkludu, fil-każijiet xierqa, klawżola ta’ salvagwardja li tawtorizza lill-Istati Membri jieħdu, għal raġuni waħda jew iktar mhux ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 36 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>miżuri proviżorji soġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>. Minn dan jirriżulta, skont il-ġurisprudenza, li, għalkemm huma effettivament l-Istati Membri li għandhom jimplimentaw b’mod korrett id-Direttiva 2006/42, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u li jiżguraw li l-makkinarju mqiegħed fis-suq jew fis-servizz fit-territorju tagħhom jissodisfa d-dispożizzjonijiet tagħha, jekk ikun il-każ billi jadottaw miżuri bħal dawk previsti mill-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, xorta waħda hija l-Kummissjoni li għandha tistħarreġ in-natura ġġustifikata ta’ dawn il-miżuri, billi tiżgura b’mod partikolari l-fondatezza tar-raġunijiet legali u fattwali li jkunu mmotivaw l-adozzjoni tagħhom u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonata tal-miżuri li jkunu ttieħdu. Ir-riżultat ta’ dan l-istħarriġ jikkundizzjona ż-żamma definittiva tal-miżura nazzjonali inkwistjoni, fis-sens li l-Istat Membru jista’ jżommha biss jekk il-Kummissjoni tiddikjaraha ġġustifikata u għandu jwaqqagħha fil-każ kuntrarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Grizzly Tools vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑168/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:246">EU:T:2018:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 66 iktar ’il fuq jirriżulta li, għall-istħarriġ li hija teżerċita, il-Kummissjoni hija unikament awtorizzata tivverifika jekk il-miżuri ta’ salvagwardja nazzjonali, kif ġew adottati u kkomunikati sussegwentement mir-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2006/42, humiex iġġustifikati jew le u, konsegwentement, jekk l-imsemmija miżuri jistgħux, fi tmiem l-imsemmi stħarriġ, jinżammu definittivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn, kif jirriżulta mill-imsemmija ġurisprudenza, hija l-Kummissjoni li għandha tistħarreġ in-natura ġġustifikata tal-miżuri ta’ salvagwardja kkonċernati, billi tiżgura ruħha b’mod partikolari mill-fondatezza tar-raġunijiet legali u fattwali li mmotivaw l-adozzjoni tagħhom, għandu jiġi kkonstatat li l-istħarriġ eżerċitat mill-Kummissjoni jista’ jkun ibbażat biss fuq ċirkustanzi li kienu jeżistu fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-OSET, u mhux fuq ċirkustanzi sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti fil-punti 66 sa 68 iktar ’il fuq, iċ-ċirkustanzi sussegwenti għad-deċiżjoni tal-OSET invokati mir-rikorrenti, bħat-titjib tal-prodotti inkwistjoni fiċ-ċentru tal-bowling ta’ Gustavsberg fl-2016, ma humiex rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata. Bl-istess mod, għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti tar-rikorrenti dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>osservazzjonijiet pożittivi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, li jinsabu fl-istudju indipendenti, fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni jirrigwardaw titjib tal-imsemmija prodotti li sar wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-OSET. Għaldaqstant, dawn huma wkoll irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-argument tar-rikorrenti jirriżulta li din tikkritika lill-Kummissjoni, minn naħa, talli ma eżaminatx jekk in-nuqqasijiet elenkati kinux tant kbar li l-miżuri ta’ salvagwardja kienu ġġustifikati u, min-naħa l-oħra, li kkonfermat miżuri ta’ salvagwardja li jmorru lil hinn minn dak li kien neċessarju sabiex tiġi żgurata s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/42 jirriżulta li, fil-każ fejn il-makkinarju msemmi f’dan l-artikolu, bħal dak inkwistjoni f’dan il-każ, ma josservax ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà rilevanti u b’hekk jirriskja li jikkomprometti s-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirtirawh mis-suq, jipprojbixxu t-tqegħid tiegħu fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tiegħu jew jirrestrinġu l-moviment liberu tiegħu. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni li<?PAGE NO="6"?> l-makkinarju ma josservax l-istandards essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà rilevanti u jirriskja li jikkomprometti s-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni tiġġustifika li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw deċiżjonijiet tal-irtirar mis-suq tal-makkinarju u ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza, l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni jokkupa l-ewwel post fost il-beni jew l-interessi protetti mill-Artikolu 36 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:845">EU:C:2015:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fir-rigward tiegħu l-Istati Membri jistgħu jadottaw il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fid-Direttiva 2006/42, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 42 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-ksur kollu tal-EESS ikkunsidrat mill-Kummissjoni fil-premessi 9 sa 13 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li dan tal-aħħar jikkostitwixxi riskji għas-saħħa u għas-sigurtà tal-persuni, b’mod partikolari l-assenza ta’ perspettiva taż-żona perikoluża, ir-riskju ta’ feriti, ir-riskju ta’ waqgħa fil-magna, ir-riskju kkawżat mill-elementi mobbli u r-riskju ta’ użu ħażin. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ġustament ikkonstatat, fil-premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-irregolaritajiet elenkati kienu jheddu li jikkompromettu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li l-makkinarju inkwistjoni ma huwiex konformi mal-EESS u jippreżenta riskji għas-saħħa u għas-sigurtà tal-persuni, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kellha raġun, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42 u mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li tikkonkludi li l-miżuri ta’ salvagwardja, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq u l-irtirar mis-suq tal-prodotti kontenzjużi, adottati mill-OSET, kienu, fihom innifishom, iġġustifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-imsemmi rtirar, għandu jingħad ukoll li, kif jirriżulta mill-premessa 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ġew previsti diversi soluzzjonijiet alternattivi għall-implimentazzjoni tiegħu, jiġifieri l-possibbiltà li jiġu kkorreġuti n-nuqqasijiet marbuta mal-ambjent tax-xogħol tal-operatur, li jittieħdu lura l-prodotti kontenzjużi u li jiġu ssostitwiti bi prodotti oħra ta’ tip identiku jew ekwivalenti li ma jkollhom ebda difett tekniku jew li jerġgħu jibdew il-prodotti kontenzjużi u li jikkumpensaw lill-proprjetarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, fil-premessa 5 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Rigward il-miżuri adottati, l-awtoritajiet Żvediżi spjegaw li huma rrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament […] Nru 765/2008 […]. Fuq il-bażi ta’ dak il-prinċipju, meta wieħed iqis is-severità tar-riskji u l-ispejjeż tal-irtirar, uħud mill-azzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet għall-[prodotti kontenzjużi ġodda], ma kinux meħtieġa fil-każ tal-irtirar tal-[prodotti kontenzjużi] eżistenti. Jiġifieri, dawk li jikkonċernaw it-twaħħil ta’ tlett idwal separati li jindikaw modalitajiet differenti fil-pannell tal-kontroll, it-tkabbir tal-punti ta’ aċċess bejn il-magni użati wkoll bħala pjattaformi tax-xogħol u d-dehra ġenerali taż-żona ta’ periklu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li, peress li l-Kummissjoni ma kkontestatx l-ispjegazzjonijiet tar-Renju tal-Isvezja msemmija fil-punt 76 iktar ’il fuq, hija kkonfermat il-konstatazzjoni li l-approċċ tal-OSET kien proporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sar ibbilanċjar tal-gravità tar-riskji u tal-ispiża tal-irtirar. Għal dan il-għan, il-prodotti li sussegwentement kienu ser jinbiegħu ġew distinti mill-prodotti inkwistjoni diġà mqegħdin<?PAGE NO="7"?> fis-suq, u dan, fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, permezz tal-applikazzjoni ta’ lista mnaqqsa tal-irregolaritajiet li timplika l-irtirar tagħhom. Barra minn hekk, it-tliet soluzzjonijiet alternattivi għall-implimentazzjoni tal-irtirar tal-prodotti kontenzjużi, kif ġie spjegat fil-punt 75 iktar ’il fuq, jikkontribwixxu għall-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-OSET u, għaldaqstant, mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet preċedenti, l-argumenti tar-rikorrenti dwar piż finanzjarju sproporzjonat li jirriżulta mill-miżuri ta’ salvagwardja ma jistgħux jintlaqgħu. Minn naħa, ir-riskji li għalihom il-magni tar-rikorrenti jesponu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, kif imsemmija fil-punt 73 iktar ’il fuq, jiġġustifikaw in-neċessità li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq u l-irtirar mis-suq tal-prodotti kontenzjużi, minkejja l-ispiża li dan jista’ jirrappreżenta akkarigu tar-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, id-distinzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja bejn il-prodotti kontenzjużi eżistenti u dawk ġodda kif ukoll it-tliet soluzzjonijiet alternattivi fir-rigward tal-irtirar tal-prodotti kontenzjużi u l-fatt li, abbażi tal-ewwel waħda minn dawn is-soluzzjonijiet, in-numru ta’ irregolaritajiet li kellhom jiġu kkorreġuti, sabiex jinżammu l-imsemmija prodotti fis-suq, kien ridott juru, f’dan ir-rigward, li l-approċċ meħud mill-OSET u mill-Kummissjoni kien proporzjonat meta mqabbel mal-oneru finanzjarju li l-miżuri ta’ salvagwardja kienu jirriskjaw li jgħabbu bih lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl kemm tar-riferimenti preċiżi għall-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mir-Renju tal-Isvezja kif ukoll tal-analiżi fil-fond tar-riskji dwar l-użu tal-prodotti kontenzjużi, magħmula mill-Kummissjoni, l-argumenti tar-rikorrenti dwar in-nuqqas, fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ motivazzjoni adegwata fuq il-kwistjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri ta’ salvagwardja huma infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta kkunsidrat li l-miżuri ta’ salvagwardja inkwistjoni kienu ġġustifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn l-Istati Membri l-oħra kollha huma obbligati jieħdu miżuri wara d-deċiżjoni kkontestata, qabelxejn, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza, id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42 hija indirizzata lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni, b’mod koerenti mal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni imposti fuq il-Kummissjoni mill-Artikolu 11(3) u (6) tad-Direttiva 2006/42. Għalhekk hija obbligatorja għal kull wieħed minnhom fl-elementi kollha tagħha, skont l-Artikolu 288 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CSF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:502">EU:T:2015:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għalhekk, il-konsegwenzi msemmija mir-rikorrenti huma inerenti għall-proċedura ta’ eżami mill-Kummissjoni tan-natura ġġustifikata tal-miżuri ta’ salvagwardja, kif previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42. Kif tfakkar fil-punt 54 iktar ’il fuq, mid-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2006/42, kif interpretati mill-ġurisprudenza, jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata timplika li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa dwar it-tqegħid jew iż-żamma fis-suq tal-prodotti kontenzjużi. Fil-fatt, dan huwa element essenzjali tal-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja, prevista fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42, intiża sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Sussegwentement, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42 jirriżulta li l-Kummissjoni kienet obbligata taġixxi wara n-notifika mill-OSET tal-miżuri ta’ salvagwardja meħuda fir-rigward tal-prodotti kontenzjużi u li tieħu deċiżjoni dwar jekk dawn il-miżuri humiex iġġustifikati jew le. Għaldaqstant, l-argumenti mressqa mir-rikorrenti għal dan il-għan ma jistgħux jiġu milqugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-konklużjonijiet esposti fil-punti 82 sa 84 iktar ’il fuq ma jistgħux jiġu rrifjutati mill-kontenut tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/42, li għalih irreferiet ir-rikorrenti matul is-seduta insostenn tal-argument tagħha li l-Kummissjoni kellha marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jirrigwarda l-konsegwenzi tad-deċiżjoni kkontestata fl-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/42, li jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[m]iżuri […] tal-makkinarju kollu b’karatteristiċi tekniċi li jippreżentaw riskji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi b’mod partikolari li, meta, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, il-Kummissjoni tqis li miżura adottata minn Stat Membru hija ġġustifikata, hija tista’ tieħu miżuri li jeħtieġu li l-Istati Membri jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-makkinarju kollu b’karatteristiċi tekniċi li jippreżenta l-istess riskju bħal dak ikkonċernat fil-miżuri nazzjonali jew li jissuġġettaw tali makkinarju għal kundizzjonijiet speċjali. Barra minn hekk, il-premessa 13 ta’ din id-direttiva tispeċifika li tali miżuri, adottati fil-livell tal-Unjoni, ma humiex direttament applikabbli għall-operaturi ekonomiċi u għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CSF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:502">EU:T:2015:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont il-ġurisprudenza, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni korretta u uniformi tad-Direttiva 2006/42, billi jisiltu l-konsegwenzi ta’ miżura ta’ salvagwardja nazzjonali meħuda fir-rigward ta’ magna partikolari u ddikjarata ġġustifikata mill-Kummissjoni, mingħajr ma jkollha marġini ta’ diskrezzjoni fir-rigward tar-riżultat li għandu jintlaħaq, huma ma jistgħux ovvjament jestendu waħedhom, u barra mill-qafas proċedurali u materjali previst mill-Artikolu 11(1) ta’ din id-direttiva, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura għal magni oħra, minħabba li dawn tal-aħħar jippreżentaw l-istess riskju, ħlief li jinkiser il-prinċipju ta’ moviment liberu stabbilit fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva u l-preżunzjoni ta’ konformità previst mill-Artikolu 7 tagħha. Hija r-raġuni għaliex il-leġiżlatur tal-Unjoni kkundizzjona din l-estensjoni għall-implimentazzjoni ta’ proċedura speċifika, intiża fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/42, li timplika b’mod partikolari l-adozzjoni, minn naħa, ta’ deċiżjoni espressa tal-Kummissjoni għal dan l-effett u, min-naħa l-oħra, ta’ miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, tali atti la huma previsti u lanqas ma huma neċessarji għall-finijiet tal-Artikolu 11 tad-direttiva inkwistjoni, fid-dawl tal-portata tiegħu (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CSF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:502">EU:T:2015:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 86 u 87 iktar ’il fuq, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, li jorbtu unikament mal-eżami tal-miżura ta’ salvagwardja inkwistjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/42 ma humiex applikabbli għall-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni parti tal-ewwel motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, għaldaqstant, l-ewwel motiv fl-intier tiegħu għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali previsti fl-Anness I tad‑Direttiva 2006/42</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2006/42 jipprevedi b’mod partikolari li l-Istati Membri jqisu li l-makkinarju li għandu l-marka KE u li huwa akkumpanjat b’dikjarazzjoni KE ta’ konformità jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u li makkinarju kkostruwit skont standard armonizzat, li r-riferimenti tiegħu ġew ippubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, huwa preżunt li huwa konformi mal-EESS koperti minn dan l-istandard armonizzat. Fi kliem ieħor, l-osservanza ta’ standard armonizzat tippermetti li jiġi preżunt li makkinarju huwa konformi mal-EESS rispettivi. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 2(l) tad-Direttiva 2006/42, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika adottata minn korp ta’ standardizzazzjoni, fil-kuntest ta’ mandat maħruġ mill-Kummissjoni, u nieqes minn natura obbligatorja. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li s-soluzzjonijiet tekniċi proposti minn standard armonizzat ma humiex obbligatorji, iżda li l-applikazzjoni tagħhom tagħti lill-prodott inkwistjoni l-benefiċċju tal-preżunzjoni ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li jibqa’ liberu li jagħżel il-metodi ta’ evalwazzjoni tal-konformità tal-prodotti tagħhom mal-EESS, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom mhux biss jiżguraw din il-konformità, iżda wkoll juru dan fil-fajl tekniku, kif previst fl-Anness VII tad-Direttiva 2006/42. Issa, l-għażla li ma jiġux applikati standards armonizzati għandha l-konsegwenza li l-preżunzjoni ta’ konformità ċċitata iktar ’il fuq lanqas ma tista’ tiġi applikata, b’tali mod li l-konformità tal-prodotti għandha tintwera permezz ta’ mezzi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li, fid-dawl tal-argumenti tar-rikorrenti, it-tielet motiv huwa marbut mal-premessa 10 tad-deċiżjoni kkontestata, li fiha l-Kummissjoni kkonfermat li l-EESS imsemmija fil-punti 1.1.6, 1.6.1 u 1.6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42, li jgħidu li l-makkinarju għandu jkun maħsub u mibni b’mod li jiffaċilita x-xogħol tal-operatur, li jippermettilu jaħdem mingħajr ma jkun ostakolat u b’sigurtà, barra miż-żoni perikolużi, ma kienx ġie osservat fir-rigward tal-makkinarji kontenzjużi. B’mod iktar preċiż, il-Kummissjoni, abbażi tad-deċiżjoni tal-OSET, ikkunsidrat li kien jeżisti riskju ta’ korriment matul l-aċċess għall-makkinarji inkwistjoni, ikkawżat mill-mogħdija stretta ta’ 190 mm bejn l-imsemmija makkinarji jew minn tarf wieqaf ta’ <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> mm quddiem dawn il-makkinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tal-imsemmi wisa’ tal-pont ta’ 190 mm, l-argumenti tar-rikorrenti jikkonċernaw b’mod partikolari l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, jew anki direttament tal-OSET. Essenzjalment, minn naħa, ir-rikorrenti tikkritikahom li ma ħadux inkunsiderazzjoni l-prinċipju tal-istat tat-teknika peress li ma kienx hemm riferimenti għal dan il-prinċipju fid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom. Min-naħa l-oħra, skont ir-rikorrenti, is-soluzzjoni teknika tagħha inkwistjoni kienet tikkorrispondi għall-istat tat-teknika fil-mument tal-ispezzjoni, filwaqt li r-rekwiżit previst mill-istandard armonizzat EN ISO 14122–2: 2001 kien imur lil hinn mill-istat tat-teknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, qabel kollox, għandu jitfakkar li huwa paċifiku li, fid-dikjarazzjoni KE ta’ konformità, ir-rikorrenti invokat, b’mod partikolari, l-istandard armonizzat EN ISO 14122–2: 2001. Fi kliem ieħor, ir-rikorrenti għażlet liberament li tapplika dan l-istandard armonizzat sabiex tiġi stabbilita l-konformità tal-prodotti kontenzjużi mal-EESS imsemmija fil-punti 1.1.6, 1.6.1 u 1.6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-istandard armonizzat EN ISO 14122–2:2001 jiddefinixxi r-regoli tekniċi ta’ sigurtà għall-mezzi ta’ aċċess permanenti għall-makkinarji u b’mod partikolari għall-pjattaformi ta’ xogħol u l-pontijiet. Filwaqt li l-istandard inkwistjoni jipprevedi wisa’ ta’ 500 mm, huwa paċifiku li l-pontijiet installati fuq il-makkinarji inkwistjoni kellhom wisa’ ta’ 190 mm. Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat, bħalma tagħmel il-Kummissjoni, li, minkejja li r-rikorrenti għażlet li tapplika l-istandard armonizzat EN ISO 14122–2: 2001, hija ma kinitx qiegħda tosservah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-EESS, il-premessa 14 tad-Direttiva 2006/42 tipprevedi li l-EESS għandhom jiġu applikati b’dixxerniment sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-istat tat-teknika waqt il-kostruzzjoni kif ukoll il-bżonnijiet tekniċi u ekonomiċi. Barra minn hekk, il-punt 3 tal-ewwel titolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tal-Anness I tal-imsemmija direttiva jipprevedi li, għalkemm l-EESS stabbiliti f’dan l-anness huma obbligatorji, ma jistax jiġi eskluż li, fid-dawl tal-istat tat-teknika, l-għanijiet li huma jistabbilixxu jistgħu ma jintlaħqux. Huwa ppreċiżat li, f’dan il-każ, il-makkinarju għandu, sa fejn ikun possibbli, jiġi ddisinjat u mibni sabiex jimmira lejn dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni kif ukoll lill-OSET li kisru r-regoli proċedurali previsti fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42, minħabba li ma saret l-ebda referenza għall-prinċipju tal-istat tat-teknika la fid-deċiżjoni kkontestata u lanqas fid-deċiżjoni tal-OSET. Fl-ewwel lok, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti bl-ebda mod ma tippreċiża r-regoli proċedurali li nkisru, iżda tiċċita d-dispożizzjonijiet li jipprevedu l-osservanza tal-prinċipju tal-istat tat-teknika fl-applikazzjoni tal-EESS. Issa, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm, fil-premessa 14 tad-Direttiva 2006/42 u fil-punt 3 tal-ewwel titolu tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, kif imsemmija fil-punt preċedenti, huwa previst li jittieħed inkunsiderazzjoni l-istat tat-teknika skont l-applikazzjoni tal-EESS, id-Direttiva ma tipprevedi ebda regola proċedurali li tobbliga li tiġi pprovduta, fid-deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali kompetenti jew fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata fil-kuntest tal-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja, analiżi dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-istat tat-teknika. Fit-tieni lok, il-fatt li analiżi tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-istat tekniku ma ġietx ipprovduta fid-deċiżjoni kkontestata jew fid-deċiżjoni tal-OSET ma jimplikax fih innifsu ksur ta’ dan il-prinċipju. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti tar-rikorrenti dwar l-assenza ta’ riferiment għall-imsemmi prinċipju fid-deċiżjonijiet inkwistjoni ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, huwa importanti li jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 11(2)(b) tad-Direttiva 2006/42, fost ir-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ makkinarju li Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont il-miżura ta’ salvagwardja li huwa ddeċieda li jadotta, tinsab l-applikazzjoni żbaljata tal-istandards armonizzati. Fi kliem ieħor, anki jekk l-istandards armonizzati ma humiex obbligatorji, l-għażla li dawn jiġu applikati u li jsir riferiment għalihom fid-dikjarazzjoni KE ta’ konformità teħtieġ l-applikazzjoni korretta tagħhom. Fil-każ ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ tali standards, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha d-dritt li tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti f’miżuri meħuda fil-kuntest tal-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja, fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ġustament ikkonstatat, fil-premessa 10 tad-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-miżura ta’ salvagwardja adottata mill-OSET, li, fir-rigward tal-makkinarji inkwistjoni, l-EESS imsemmija fil-punti 1.1.6, 1.6.1 u 1.6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42 ma kinux ġew osservati, minħabba l-applikazzjoni żbaljata tal-istandard armonizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Kif issostni ġustament il-Kummissjoni, peress li r-rikorrenti kienet għażlet li tirreferi għal standard armonizzat fid-dikjarazzjoni KE ta’ konformità, hija kellha tosserva kompletament dan l-istandard. Fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, l-istandard ma kienx ġie osservat f’dak li jirrigwarda<?PAGE NO="11"?> l-wisa’ tal-pontijiet tal-makkinarju inkwistjoni, ir-rikorrenti kellha tippreżenta soluzzjoni teknika oħra li tiżgura l-istess livell ta’ sigurtà u turi l-konformità tal-prodotti kontenzjużi mal-EESS rispettivi, ħaġa li hija ma għamlitx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-istat tat-teknika f’dak li jikkonċerna r-rekwiżit ta’ wisa’ ta’ 500 mm għal pontijiet tal-makkinarji inkwistjoni, hemm lok li jiġu enfasizzati tliet aspetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi ppreċiżat li standard armonizzat li r-riferimenti għalih kienu s-suġġett ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali jagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>James Elliott Construction</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑613/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:821">EU:C:2016:821</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni ġustament li, minkejja li l-istandards armonizzati ma humiex obbligatorji, dawn jirriflettu l-livell ta’ sigurtà meħtieġ u jieħdu inkunsiderazzjoni l-istat tat-teknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi rrilevat li l-paragrafu 162 tal-Gwida għall-applikazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Makkinarju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> 2006/42, ippubblikata mill-Kummissjoni f’Ġunju 2010, issa jispeċifika, b’mod partikolari, li l-istandards armonizzati jipprovdu indikazzjoni tajba tal-istat tat-teknika fil-mument tal-adozzjoni tagħhom. Barra minn hekk, skont l-istess dokument, l-iżvilupp tal-istat tat-teknika huwa rifless fl-emendi jew fir-reviżjonijiet sussegwenti tal-istandards armonizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jingħad ukoll li r-rikorrenti tagħmel riferiment għall-konklużjonijiet ta’ studju indipendenti sabiex issostni l-argumenti tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ għażla aħjar. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li dawn il-konklużjonijiet, li jorbtu mal-possibbiltajiet li jiġu korretti n-nuqqasijiet tal-magni diġà installati u mhux mal-istat tat-teknika b’mod ġenerali fid-data tad-deċiżjoni tal-OSET, jikkonċernaw is-sitwazzjoni fiċ-ċentru tal-bowling ta’ Gustavsberg, wara t-tibdil magħmul għall-prodotti kontenzjużi wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-OSET. Issa, kif diġà ġie konkluż fil-punt 69 iktar ’il fuq, l-imsemmija konklużjonijiet ma humiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ppreċeda jirriżulta li l-argument tar-rikorrenti, li jgħid li l-ħtieġa dwar il-wisa’ tal-pontijiet tal-magni kontenzjużi mar lil hinn mill-istat tat-teknika, għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Brunswick Bowling Products LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schalin</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Škvařilová‑Pelzl</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20210908">8 ta’ Settembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>