|
5.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 96/2010
tal-4 ta’ Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1982/2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn Stati Membri, fir-rigward tal-limitu tas-simplifikazzjoni, tan-negozju permezz tal-karatteristiċi tal-kummerċ, tal-oġġetti u l-movimenti speċifiċi u tan-natura tal-kodiċijiet tat-tranżazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara l-kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istatistika Komunitarja relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(4) 9(1), 10(4), 12(1), 12(2), 12(4) u 13(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 ġie implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1982/2004 (2). |
|
(2) |
Biex jonqos il-piż tar-rapportaġġ fuq min jagħti l-informazzjoni statiskika, għandu jiġi ddefinit limitu ta’ simplifikazzjoni li taħtu l-partijiet ikkonċernati jibbenefikaw billi jkunu jistgħu jipprovdu sett ta’ dejta limitat. |
|
(3) |
Biex tkun żgurata kompilazzjoni armonizzata tal-istatistiċi dwar in-negozju skont il-karatteristiċi tal-kummerċ, jeħtieġ li tkun iddefinita l-metodoloġija tal-produzzjoni ta’ dawn l-istatistiċi. |
|
(4) |
Għal raġunijiet metodoloġiċi, iridu jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet għal oġġetti u movimenti speċifiċi. |
|
(5) |
Biex ikun żgur li d-dejta hija sħiħa f’termini ta’ kwantità, ir-riżultati statistiċi li jkunu trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) jrid ikun fihom l-estimi tal-massa netta fejn ma jinġabrux id-dejta. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kodiċijiet riveduti tat-tip ta’ tranżazzjoni biex jiġu identifikati l-oġġetti għall-ipproċessar skont il-kuntratt, li jirritornaw fl-Istat Membru minn fejn ikunu nħarġu oriġinarjament. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1982/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-istatistika marbuta mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1982/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu 3a li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 13: “3a. L-Istati Membri li japplikaw il-limiti skont ir-regoli simplifikati tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandhom jiżguraw li l-valur tan-negozju tal-partijiet li jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni jammontaw għall-massimu ta’ 6 % tal-valur tan-negozju totali.” |
|
(2) |
Jiddaħħal il-Kapitolu 4a li ġej: “KAPITOLU 4a IL-KUMMERĊ SKONT IL-KARATTERISTIĊI TAN-NEGOZJU Artikolu 13a Kumpilazzjoni tal-istatistiċi dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju 1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġbru l-istatistiċi annwali dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju. 2. L-unitajiet għall-fini tal-istatistika għandhom ikunu impriżi kif ġew iddefiniti fl-Anness għar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (*1). 3. L-unitajiet statistiċi huma magħmulin permezz ta’ għaqda bejn in-numru ta’ identifikazzjoni li jkun allokat għall-parti responsabbli biex tipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 u l-unità legali tar-Reġistru Kummerċjali b’konformità mal-varjabbli 1.7a msemmi fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). 4. Il-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati:
5. Il-ġabriet ta’ dejta li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati:
6. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata l-istatistika se tkun l-2009. L-Istati Membri se jipprovdu d-dejta għal kull sena kalendarja minn dakinhar ‘il quddiem. 7. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jwasslu l-istatistiċi b’mod li ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-impriża jew il-kummerċjant minnhom meta jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat). L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jindikaw liema dejta tkun marbuta bi stipulazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità. (*1) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1." (*2) ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6." (*3) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65." |
|
(3) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Il-perjodu ta’ referenza għall-wasla jew id-dispaċċ ta’ konsenji mqassmin jista’ jiġi aġġustat biex id-dejta tkun irrappurtata darba biss, fix-xahar tal-wasla jew id-dispaċċ tal-aħħar konsenja.” |
|
(4) |
L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Bastimenti u ajruplani 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:
2. L-istatistiċi marbutin mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri fuq il-bastimenti u l-ajruplani jkunu jkopru biss id-dispaċċi u wasliet li ġejjin:
3. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin, dwar l-istatistiċi li huma marbutin mal-kummerċ ta’ merkanzija fuq il-bastimenti u l-ajruplani bejn l-Istati Membri:
4. Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali, l-awtoritajiet responsabbli għall-amministrazzjoni tar-reġistri tal-bastimenti u tal-ajruplani jagħtu l-informazzjoni kollha disponibbli li tindika trasferiment tas-sjieda ekonomika ta’ bastiment jew ajruplan minn persuna taxxabbli għal oħra stabbiliti fi Stati Membri tal-wasla u tad-dispaċċ.” |
|
(5) |
Fl-Artiklu 19(1), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 20 Merkanzija mibgħuta lejn jew minn installazzjonijiet ‘il barra mix-xtut 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:
2. L-istatistiċi marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri għandhom jinnotaw:
3. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet NM ta’ hawn taħt għall-merkanzija li tintbagħat lejn installazzjonijiet ‘il barra mix-xatt:
Għal dawn il-konsenji, minbarra dawk tal-kapitolu NM 27, l-għotja ta’ dejta dwar il-kwantità hija volontarja u tista’ tintuża l-kodiċi ssimplifikata ‘QV’ tal-Istat Membru msieħeb.” |
|
(7) |
L-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 21 Prodotti tal-baħar 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:
2. L-istatistiċi marbutin mal-kummerċ ta’ prodotti tal-baħar bejn l-Istati Membri jkunu jkopru biss id-dispaċċi u l-wasliet li ġejjin:
3. Mal-wasla, l-Istat Membru msieħeb ikun l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha s-sjieda ekonomika tal-bastiment li minn fuqu qed jinqabdu l-prodotti tal-baħar, u mad-dispaċċ, l-Istat Membru msieħeb ikun dak fejn jitniżżlu l-art il-prodotti tal-baħar jew fejn hi stabbilita l-persuna taxxabbli li għandha s-sjieda tal-bastiment li qed jirċievi l-prodotti tal-baħar. 4. Sakemm ma jkunx hemm konflitt ma’ atti oħra tal-Liġi Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali, fejn jistgħu jkollhom ħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu, għandhom ikollhom aċċess għas-sorsi kollha disponibbli, minbarra dawk tas-sistema Intrastat jew id-dikjarazzjoni tad-dwana.” |
|
(8) |
L-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 Vetturi spazjali 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:
2. L-illanċjar ta’ vettura spazjali li tagħha s-sjieda ekonomika ġiet ittrasferits minn persuna taxxabbli għal oħra, li tnejn li huma jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandu jkun innotat kif ġej:
3. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-istatistiċi msemmija fil-paragrafu 2:
4. Sakemm ma jkunx hemm konflitt ma’ atti oħra tal-Liġi Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali, fejn jistgħu jkollhom ħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu, għandhom ikollhom aċċess għas-sorsi kollha disponibbli, kif ukoll dawk tas-sistema Intrastat jew id-dikjarazzjoni tad-dwana.” |
|
(9) |
L-Artikolu 25 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 1. Ir-riżultati magħquda f’daqqa msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 huma ddefiniti, għal kull andament, bħala l-valur totali tal-kummerċ ma’ Stati Membri oħra. Barra minn hekk, l-Istati Membri li qegħdin fiż-żona tal-euro għandhom jipprovdu analiżi prodott bi prodott tal-kummerċ li jkollhom barra ż-żona, skont it-taqsimiet li jkunu fis-seħħ tal-Istandard tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta dwar il-kummerċ li tkun inġabret mingħand il-kumpaniji li tkun ‘il fuq mil-limiti stabbiliti skont l-Artikolu 13 tkun sħiħa u tissodisfa l-kriterji ta’ kwalità li hemm speċifikati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 638/2004. 3. L-aġġustamenti li jsiru biex jiġi applikat l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat bi tqassim għall-inqas skont l-Istat Membru msieħeb u l-kodiċi tal-merkanzija fil-livell tal-kapitolu tal-kodiċi NM. 4. Fejn ma jkunx miġbur il-valur statistiku, l-Istati Membri għandhom jagħmlu stima tal-valur statistiku tal-merkanzija. 5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu stima tal-massa netta kulfejn din ma tkunx inġabret mingħand il-partijiet responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni skont l-Artikolu 9(1). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħti lill-Istati Membri l-koeffiċjenti meħtieġa biex tiġi stmata l-massa netta. 6. L-Istati Membri li jkunu għamlu l-aġġustament tal-perjodu ta’ referenza skont l-Artikolu 3(1) għandhom jiżguraw li jintbagħtu r-riżultati kull xahar lill-Kummissjoni (Eurostat), u jekk hemm bżonn jużaw stima fejn il-perjodu ta’ referenza għall-għanijiet fiskali ma jikkorrispondix ma’ xahar kalendarju. 7. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) d-dejta li tkun ġiet iddikjarata li hi kunfidenzjali biex din tkun ippubblikata għall-inqas fuq livell ta’ kapitolu tal-Kodiċi NM biex b’hekk tkun żgurata s-segretezza. 8. Meta r-riżultati ta’ kull xahar li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) jkollhom bżonn ta’ reviżjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati riveduti mhux aktar tard minn xahar wara li d-dejta riveduta tkun disponibbli.” |
|
(10) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1982/2004 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS III
LISTA TAL-KODIĊIJIET SKONT IT-TIP TA’ TRANŻAZZJONI
|
A |
B |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
(1) Il-kiri finanzjarju jirreferi għal operazzjonijiet fejn ir-rati bin-nifs tal-kera jiġu kkalkulati b’mod li jkopru l-valur kollu jew kważi kollu tal-merkanzija. Ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda huma ttrasferiti lil min qed jikri. Fl-aħħar tal-kuntratt, min qed jikri jsir is-sid legali tal-merkanzija.
(2) L-ipproċessar ikopri operazzjonijiet (trasformazzjoni, kostruzzjoni, assemblaġġ, titjib, rinnovazzjoni...) bil-għan li jiġi prodott oġġett ġdid jew wieħed mtejjeb sew. Dan mhux neċessarjament jinvolvi bidla fil-klassifikazzjoni tal-prodott. Attivitajiet tal-ipproċessar bl-inizjattiva tal-proċessur stess mhumiex koperti b’dan il-punt u għandhom ikunu rreġistrati taħt il-punt 1 tal-kolonna A.”