European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1207

26.1.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

(C/2024/1207)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Open Joint-Stock Company “NAFTAN” (Nru 31), Open Joint Stock Company 'Managing Company of Holding 'Belkommunmash'' (Nru 34), Open Joint Stock Company 'MINSK ELECTRO-TECHNICAL PLANT NAMED AFTER V. I. KOZLOV' (Nru 36), entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-entitajiet imsemmijin hawn fuq.

Dawk l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma tal-miżuri restrittivi, qabel it-2 ta' Frar 2024, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1 Horizontal and Global Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1207/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)