<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-452/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0452</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:855">EU:C:2021:855</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑452/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Agenzia delle dogane e dei monopoli u Ministero dell’Economia e delle Finanze</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20211014">14 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑452/20</HT></P><P>PJ</P><P>vs</P><P>Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio dei monopoli per la Toscana,</P><P>Ministero dell’Economia e delle Finanze</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni u kontroll tal-implimentazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu, għall-bejjiegħa ta’ prodotti tat-tabakk li jivverifikaw li x-xerrejja laħqu l-età stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għax-xiri ta’ prodotti tat-tabakk</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tal-liċenzja tal-operat għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tat-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja kjarifika sabiex tkun tista’ tevalwa l-konformità tas-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar speċifiku, mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. <HT TYPE="ITALIC">A priori</HT>, din it-talba donnha taqa’ perfettament fil-linja ta’ kawżi klassiċi relattivi għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, għandha tiġi rrilevata l-eżistenza ta’ partikolarità relatata mas-sors tal-projbizzjoni li l-ksur tagħha huwa ssanzjonat mis-sistema kkontestata fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li l-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-angolu tad-Direttiva 2014/40/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 127, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="150" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 150, p. 24</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, l-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw miżuri sabiex jipprekludu l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, inkwistjoni f’dan il-każ, ma huwiex stabbilit f’din id-direttiva, iżda fi ftehim internazzjonali li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-Unjoni huma parti għalih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kwistjoni preliminari mqajma minn din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija dik dwar jekk, u jekk ikun il-każ, fuq liema bażi, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jillimita l-marġni ta’ manuvrar li għandhom l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda s-sistema ta’ sanzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-FCTC</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [WHO] dwar il-Kontroll tat-Tabakk, iffirmata f’Genève fil‑<DATE ISO="20030521">21 ta’ Mejju 2003</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>FCTC<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kienet approvata għan-nom tal-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni 2004/513/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20040602">2 ta’ Ġunju 2004</DATE> dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 142M, p. 63</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) u (6) tal-FCTC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull parti għandha tadotta u tapplika miżuri leġiżlattivi, eżekuttivi, amministrattivi jew miżuri oħra effettivi fuq livell governattiv xieraq sabiex jipprojbixxi l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-persuni li ma laħqux l-età prevista mid-dritt intern jew stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jew l-età ta’ tmintax-il sena. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-rekwiżit li l-bejjiegħa kollha ta’ prodotti tat-tabakk iwaħħlu b’mod prominenti u fejn jidher fil-ħanut tagħhom avviż dwar il-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ tabakk lill-minuri, u f’każ ta’ dubju, jitolbu lil kull xerrej jipprova permezz ta’ mezzi xierqa li huwa laħaq l-età legali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk billi jitqiegħdu direttament aċċessibbli, pereżempju fuq l-ixkafef tal-ħwienet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-projbizzjoni tal-manifattura u tal-bejgħ ta’ ħelu, snacks, ġugarelli jew oġġetti oħra li għandhom il-forma ta’ prodotti tat-tabakk li jiġbdu lill-minuri, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li l-magni awtomatiċi ta’ prodotti tat-tabakk imqiegħda taħt il-ġurisdizzjoni tagħha ma jkunux aċċessibbli għall-minuri u ma jagħmlux promozzjoni għall-bejgħ ta’ dawn il-prodotti lill-minuri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="016.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti għandha tadotta u tapplika miżuri leġiżlattivi, eżekuttivi, amministrattivi jew miżuri oħra effettivi, inkluż sanzjonijiet fil-konfront ta’ bejjiegħa u ta’ distributuri, sabiex tiżgura l-osservanza tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-artikolu<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2014/40</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il‑premessi 7, 8, 21 u 60 tad-Direttiva 2014/40 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(7)</NO.P><TXT>Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-[FCTC], li d-dispożizzjonijiet għaliha huma vinkolanti għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Id-dispożizzjonijiet tal-FCTC huma dwar ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk, ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk, l-ippakkjar u t-tikkettar tal-prodotti tat-tabakk, ir-reklamar u il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk huma ta’ rilevanza partikolari. Il-Partijiet għall-FCTC, inklużi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, adottaw b’kunsens, sett ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(3) tat-[TFUE], għandu jittieħed bħala bażi għal proposti leġiżlattivi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk fuq is-saħħa tal-bniedem, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>F’konformità mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, fuq il-bażi ta’ livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa, speċjalment għaż-żgħażagħ, u f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20021202">2 ta’ Diċembru 2002</DATE> dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar inizjattivi biex jitjieb il-kontroll tat-tabakk (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 22, p. 31</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>], l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jipprevjenu l-bejgħ ta’ prodotti bħal dawn lit-tfal u l-adolexxenti, permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri adatti li jistabbilixxu u jinfurzaw limiti ta’ età.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(60)</NO.P><TXT>Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu minħabba l-iskala u l-effett tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 [TUE]. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-objettiv ta’ din id-Direttiva hu li tapprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż il-livelli massimi ta’ emissjonijiet għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigaretti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ċerti aspetti tat-tikkettar u l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk inklużi t-twissijiet tas-saħħa li jridu jidhru fuq il-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk u fuq l-ippakkjar estern kif ukoll il-miżuri ta’ traċċabbiltà u l-karatteristiċi ta’ sigurtà li huma applikati għal prodotti tat-tabakk biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-obbligu li tiġi ppreżentata notifika dwar prodotti tat-tabakk ġodda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>it-tqegħid fis-suq u t-tikkettar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri sigaretti elettroniċi u kontenituri ta’ rikarika,u prodotti erbali għat-tipjip;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment għaż-żgħażagħ, u biex jintlaħqu l-obbligi tal-Unjoni taħt il-[FCTC].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn il-pieni jiġu infurzati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Kwalunkwe piena amministrattiva finanzjarja li tista’ tiġi imposta bħala riżultat ta’ ksur intenzjonat tista’ tkun tali li tinnewtralizza l-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Taljan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-regio decreto n. 2316 – Testo unico delle leggi sulla protezione ed assistenza della maternità ed infanzia (id-Digriet Irjali Nru 2316 – Konsolidazzjoni tal-Liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Assistenza tal-Maternità u tat-Tfulija)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>GURI Nru 47, tal‑<DATE ISO="19350225">25 ta’ Frar 1935</DATE>, p. 811.</P></NOTE>, tal‑<DATE ISO="19341224">24 ta’ Diċembru 1934</DATE>, kif issostitwit bl-Artikolu 24(3) tad-decreto legislativo n. 6 Recepimento della direttiva 2014/40/UE sul ravvicinamento delle disposizioni legislative, regolamentari e amministrative degli Stati membri relative alla lavorazione, alla presentazione e alla vendita dei prodotti del tabacco e dei prodotti correlati e che abroga la direttiva 2001/37/CE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 6 dwar it-Traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/40)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>GURI Nru 13, tat‑<DATE ISO="20160118">18 ta’ Jannar 2016</DATE>, p. 102.</P></NOTE>, tat‑<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>dispożizzjoni nazzjonali kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull persuna li tbigħ prodotti tat-tabakk, sigaretti elettroniċi jew kontenituri ta’ rikarika li fihom in-nikotina, jew inkella prodotti tat-tabakk ġodda, għandha teħtieġ li x-xerrej jipproduċi dokument ta’ identità fil-mument tax-xiri tiegħu ħlief jekk ikun evidenti li dan tal-aħħar huwa maġġorenni.</ALINEA><ALINEA>Kull persuna li tbigħ jew tipprovdi prodotti tat-tabakk, sigaretti elettroniċi jew kontenituri ta’ rikarika li fihom in-nikotina, jew inkella prodotti tat-tabakk ġodda, lil minuri ta’ inqas minn tmintax-il sena hija suġġetta għal multa amministrattiva minn EUR 500 sa EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> u għal sos<?PAGE NO="5"?>pensjoni tal-liċenzja tal-operat tagħha għal perijodu ta’ ħmistax‑il ġurnata. Fil-każ ta’ reċidiva, il-persuna hija suġġetta għal multa amministrattiva minn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">8000</FT> u għall-irtirar tal-liċenzja tal-operat tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali, il-proċedura u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa detentur ta’ liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija li tawtorizzah ibigħ prodotti tat-tabakk li huma suġġetti għal monopolju tal-Istat fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Frar 2016, waqt kontroll tal-aġenzija doganali, din ikkonstatat li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien biegħ sigaretti lil minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata, l-aġenzija doganali imponiet fuq ir-rikorrent fil-kawża prinċipali multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> kif ukoll sanzjoni amministrattiva aċċessorja li tikkonsisti fis-sospensjoni tal-liċenzja tal-operat tal-bar‑tabakkerija tiegħu għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ħallas mingħajr kontestazzjoni l-multa li kienet ġiet imposta fuqu. Min-naħa l-oħra, huwa kkontesta quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tat-Toscana, l-Italja) is-sanzjoni amministrattiva aċċessorja li permezz tagħha l-liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija tiegħu kienet sospiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali argumenta b’mod partikolari li s-sospensjoni tal-liċenzja tal-operat tiegħu kellha natura eċċessiva u sproporzjonata, għaliex din is-sanzjoni kienet ġiet imposta fuqu wara ksur wieħed imwettaq għall-ewwel darba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Huwa kkunsidra li d-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata kienet inkompatibbli mad-Direttiva 2014/40, u għal din ir-raġuni, huwa talab lit-Tribunale Amministrativo Regionali per la Toscana (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tat-Toscana) tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20181127">27 ta’ Novembru 2018</DATE>, din il-qorti ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, billi qieset li l-interpretazzjoni tal-premessa 8 u tal-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali appella minn din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja). B’mod partikolari, huwa argumenta mill-ġdid li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mad-Direttiva 2014/40. B’mod iktar partikolari, huwa sostna li din il-leġiżlazzjoni tagħti preċedenza lill-prinċipju ta’ prekawzjoni sabiex tiżgura d-dritt għas-saħħa tal-minuri, li jwassal għal ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, il-leġiżlatur Taljan stabbilixxa sanzjonijiet li jmorru lil hinn mis-sempliċi newtralizzazzjoni tal-vantaġġ finanzjarju magħmul mill-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri. Dawn is-sanzjonijiet huma intiżi sabiex jiżguraw l-ogħla livell ta’ protezzjoni possibbli tas-saħħa tal-bniedem għad-detriment tal-interessi ekonomiċi tan-negozjanti. B’hekk, il-leġiżlatur Taljan bidel il-bilanċ bejn id-diversi drittijiet fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li l-premessi 8 u 21 kif ukoll l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/40 jagħtu preċedenza lill-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari dik taż-żgħażagħ, fuq id-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jeżerċitaw attività intraprenditorjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, waqt l-eżami tal-proporzjonalità tas-sanzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-prevalenza li d-Direttiva 2014/40 tagħti lill-protezzjoni tas-saħħa taż-żgħażagħ. Din il-prevalenza tikkonkretizza u tiddelimita l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Hija tqis ukoll li, fil-kuntest tal-ibbilanċjar bejn, minn naħa, l-interess tal-protezzjoni tas-saħħa taż-żgħażagħ, u min-naħa l-oħra, id-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jeżerċitaw attività kummerċjali li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk, l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 iħalli lill-Istati Membri s-setgħa li jiddeterminaw is-sistemi ta’ sanzjonijiet intiżi sabiex jipprojbixxu l-konsum ta’ tabakk mill-minuri. Din id-dispożizzjoni teħtieġ biss li dawn is-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Barra minn hekk, minkejja li l-imsemmija dispożizzjoni tipprovdi li s-sanzjonijiet finanzjarji imposti jistgħu jkunu ta’ natura li jinnewtralizzaw il-vantaġġ finanzjarju miksub minħabba l-ksur, xorta jibqa’ l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma eskludiex il-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi minbarra dawk pekunjarji. Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 jistabbilixxi, b’mod mhux eżawrjenti, il-possibbiltà li permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji jiġi nnewtralizzat il-vantaġġ ekonomiku miksub mill-bejgħ ta’ prodotti ta’ tabakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tqis li, billi pprovda s-sospensjoni ta’ liċenzji tal-operat li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jbigħu prodotti tat-tabakk, il-leġiżlatur Taljan, b’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/40, ta preċedenza lill-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fuq id-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jbigħu prodotti tat-tabakk. Hija tenfasizza li, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni s-supremazija tal-protezzjoni tas-saħħa taż-żgħażagħ u tan-neċessità li s-sanzjonijiet ikunu dissważivi sabiex din il-protezzjoni tkun effettiva, it-telf finanzjarju tal-imprendituri huwa ġġustifikat u raġonevoli, u s-sanzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija dissważiva u effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda ż-żmien li matulu liċenzja tal-operat tista’ tiġi sospiża, il-qorti tar-rinviju tindika li, f’ċerti ċirkustanzi, skont id-dritt Taljan, it-tul massimu ta’ din is-sospensjoni jista’ jiġi estiż għal sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200805">5 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li waslet lill-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 25(2) tad-[Digriet Irjali Nru 2316/1934, tal‑<DATE ISO="19341224">24 ta’ Diċembru 1934</DATE>], kif issostitwit [mid-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata] – sa fejn jipprovdi li ‘[k]ull persuna li tbiegħ jew tipprovdi prodotti tat-tabakk, sigaretti elettroniċi jew kontenituri ta’ rikarika li fihom in-nikotina, jew inkella prodotti tat-tabakk ġodda, lil minuri ta’ inqas minn tmintax-il sena huwa suġġett għal multa amministrattiva minn EUR 500 sa EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> u għal sospensjoni tal-liċenzja tal-operat tiegħu għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata’ – jikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ prekawzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 TUE, fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40/UE u fil-premessi 21 u 60 tal-istess direttiva, sa fejn dan jagħti preċedenza lill-prinċipju ta’ prekawzjoni mingħajr ma jirregolah permezz tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sal-punt li jissagrifika l-interessi tal-kummerċjanti b’mod sproporzjonat favur il-protezzjoni tas-saħħa u, b’dan il-mod, ma jassi<?PAGE NO="7"?>gurax l-ibbilanċjar tajjeb li għandu jinstab bejn id-drittijiet fundamentali differenti, billi jimponi, barra minn hekk, sanzjoni li ma ssegwix b’mod effettiv l-għan li titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip tat-tabakk fost iż-żgħażagħ kuntrarjament għal dak li tipprovdi l-premessa 8 [ta’ din id-direttiva]?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet mir-rikorrent fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Taljan u dak Ungeriż, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Ma nżammitx seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Permezz tal-unika domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 5 TUE u kkonkretizzat fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40, kif ukoll il-prinċipju ta’ prekawzjoni, jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li, f’każ ta’ ksur għall-ewwel darba tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, tipprovdi, minbarra l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva, is-sospensjoni għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata tal-liċenzja tal-operat li tawtorizza lill-operatur ekonomiku li jkun kiser din il-projbizzjoni jbigħ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu, preliminarjament, jiġi vverifikat jekk iż-żewġ prinċipji li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju japplikawx għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet, l-applikabbiltà ta’ dawn il-prinċipji għas-sitwazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ ma hijiex evidenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-applikabbiltà tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ prekawzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta’ proporzjonalità</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Filwaqt li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja kjarifiki dwar il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-qorti tar-rinviju tindika li dan il-prinċipju huwa previst fl-Artikolu 5 TUE u fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk l-Artikolu 5 TUE u l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40, bħala dispożizzjoni li tikkonkretizza l-prinċipju ta’ proporzjonalità, japplikawx għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Jekk dan ma huwiex il-każ, għandu, fit-tieni lok, jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata timplimentax id-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi osservat minn leġiżlazzjoni nazzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew li timplimenta lil dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; barra minn hekk, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li ssemmi wkoll dan il-prinċipju, tapplika biss fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 5 TUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa previst fl‑Artikolu 5(4) TUE. Skont l-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jeċċedu dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. It-tieni subparagrafu tal-imsemmija dispożizzjoni jirrigwarda l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u<?PAGE NO="8"?> jimponi fuqhom li jikkonformaw mal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta dawn jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ kompetenza. Għalhekk, l-Artikolu 5(4) TUE jirrigwarda l-azzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jikkontesta dispożizzjoni nazzjonali li tinsab f’digriet irjali adottat mil-leġiżlatur Taljan li tiddetermina s-sanzjonijiet imposti mill-aġenzija nazzjonali doganali. Għalhekk, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tirrigwardax l-azzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u, għaldaqstant, l-Artikolu 5(4) TUE ma japplikax f’dan il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>TTL</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑553/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:604">EU:C:2018:604</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MAK TURS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑376/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:99">EU:C:2020:99</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalhekk ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domanda preliminari sa fejn din tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(4) TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Espożizzjoni tal-problema</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati b’applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, id-Direttiva 2014/40 ma timponix fuq l-Istati Membri l-obbligu li jadottaw miżuri sabiex jipprekludu l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri ta’ inqas minn 18-il sena. Din id-direttiva ma tipprovdi ebda obbligu ġenerali għall-bejjiegħa ta’ prodotti tat-tabakk li jiżguraw li x-xerrejja laħqu l-età stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għax-xiri ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2014/40 hija minħabba l-estensjoni tal-armonizzazzjoni mwettqa minn din id-direttiva. Kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja, mill-istruttura ġenerali tal-imsemmija direttiva jirriżulta li din ma twettaqx armonizzazzjoni eżawrjenti, b’mod partikolari fil-qasam tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Philips Morris Brands <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑547/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:325">EU:C:2016:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-premessa 48 tal-istess direttiva tispeċifika li din ma tarmonizzax ir-regoli dwar arranġamenti ta’ bejgħ domestiku jew reklamar domestiku, u lanqas ma tintroduċi limitu ta’ età għas-sigaretti elettroniċi jew għall-kontenituri ta’ rikarika. Din il-premessa tindika wkoll li l-Istati Membri huma liberi biex jirregolaw tali kwistjonijiet fil-limitu tal-ġurisdizzjoni tagħhom u huma mħeġġa jagħmlu dan</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Minkejja li l-obbligu li jiġu adottati miżuri għall-preklużjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri ma huwiex stabbilit fid-Direttiva 2014/40, madankollu l-Istati Membri għandhom tali obbligu. Fil-fatt, dan l-obbligu jinsab fil-FCTC, ftehim imħallat konkluż, iffirmat u rratifikat mill-Istati Membri kollha, u approvat mill-Unjoni stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-ewwel sentenza tal-premessa 7 tad-Direttiva 2014/40. Dwar il-klassifikazzjoni tal-FCTC bħala ftehim imħallat ara wkoll, Klamert, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Public Health Policy<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, f’Koffman, H.C.H., Rowe, G.C., u Türk, A.H. (edituri), <HT TYPE="ITALIC">Specialized Administrative Law of the European Union: A Sectoral Review</HT>, Oxford University Press, Oxford, 2012, p. 422.</P></NOTE>. L-Artikolu 16(1) tal-FCTC jimponi fuq il-partijiet kollha għal din il-konvenzjoni qafas li jadottaw u japplikaw miżuri sabiex jipprojbixxu l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-persuni li ma laħqux l-età prevista fid-dritt intern jew stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jew l-età ta’ 18-il sena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Sabiex l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 japplika għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li, meta projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, imposta mill-Artikolu 16(1) tal-FCTC, hija stabbilita minn Stat Membru tal-Unjoni, din il-projbizzjoni tirriżulta minn dispożizzjoni nazzjonali adottata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>skont din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Pożizzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni huma tal-fehma li l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 japplika għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni jimponi biss fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu limiti tal-età għal dak li jirrigwarda l-konsum tat-tabakk u li jaraw li dawn jiġu osservati. Insostenn ta’ din id-dikjarazzjoni, huwa jinvoka, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 u l-premessa 21 tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, il-Gvern Taljan isostni, billi jirreferi għall-premessa 48 tad-Direttiva 2014/40, li din ma tirregolax il-bejgħ tat-tabakk lill-minuri. Madankollu, skont dan il-gvern, il-portata tal-armonizzazzjoni mwettqa minn din id-direttiva donnha ma tostakolax li dispożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sanzjoni applikabbli tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 23(3) tal-imsemmija direttiva. Fil-fatt, l-imsemmi gvern jinvoka din l-aħħar dispożizzjoni, kif ukoll l-Artikolu 5 TUE, fil-proposta tiegħu ta’ risposta għad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tindika mingħajr ambigwità li l-assenza ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni dwar il-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri fid-Direttiva 2014/40 ma tipprekludix li jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 23(3) tagħha huwiex osservat sewwa, u dan mhux biss għal dak li jirrigwarda l-miżuri intiżi sabiex jissanzjonaw il-ksur ta’ obbligi speċifiċi previsti minn din id-direttiva, iżda għall-miżuri l-oħra kollha adottati mill-Istati Membri bil-għan li jilħqu l-għanijiet tal-imsemmija direttiva u li jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Direttiva 2014/40 tirreferi direttament għall-FCTC<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-premessa 7 tad-Direttiva 2014/40.</P></NOTE>, li fl-Artikolu 16 tagħha timponi, li jiġu adottati miżuri effettivi għall-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri. Għalhekk, teżisti konnessjoni funzjonali bejn l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40, li jiddefinixxi l-prinċipji li għandhom josservaw is-sanzjonijiet adottati mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ din id-direttiva, u s-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ċertament huwa minnu li d-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata, li tistabbilixxi s-sanzjoni applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali oħra li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lil minuri, tinsab f’test leġiżlattiv Taljan li t-titolu tiegħu jindika li dan jirrigwarda t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/40. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll, li l-Artikolu 29(2) ta’ din id-direttiva jeħtieġ li, meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni, dawn jinkludu riferiment għall-imsemmija direttiva. <HT TYPE="ITALIC">A priori</HT>, dan jagħti x’jifhem li<?PAGE NO="10"?> l-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lil minuri tirriżulta minn dispożizzjoni nazzjonali adottata b’applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40, b’tali mod li l-Artikolu 23(3) ta’ din id-direttiva għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ din is-sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/40 jagħmel distinzjoni bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali mdaħħla fis-seħħ minn Stat Membru sabiex jikkonforma ma’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara l-Artikolu 29(1) u (2) tad-Direttiva 2014/40.</P></NOTE> u dawk adottati fil-qasam irregolat mill-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-Artikolu 29(3) tad-Direttiva 2014/40, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta’ dritt nazzjonali li jaddottaw fil-qasam irregolat minn din id-direttiva.</P></NOTE>. L-armonizzazzjoni mwettqa mid-Direttiva 2014/40 ma tkoprix l-aspetti kollha li jaqgħu fil-qasam irregolat minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dejjem f’dan il-kuntest, fit-tieni lok, l-armonizzazzjoni mwettqa mid-Direttiva 2014/40 ma tinkludix l-obbligu li jiġu adottati miżuri għall-preklużjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ċertament, il-premessa 20 tar-Rakkomandazzjoni 2003/54 tindika li huwa importanti li tiġi żgurata koerenza tal-miżuri inklużi f’din ir-rakkomandazzjoni mal-komponenti tal-FCTC futura. Bi qbil ma’ din l-indikazzjoni, l-Artikolu 1 tar-Rakkomandazzjoni 2003/54 kien isejjaħ għall-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ miżuri sabiex jipprekludu l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lit-tfal u l-adolexxenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-premessa 7 tad-Direttiva 2014/40 tissuġġerixxi li hija tirriżulta minn azzjoni leġiżlattiva li permezz tagħha l-FCTC ġiet implimentata fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 21 tad-Direttiva 2014/40 tgħolli r-Rakkomandazzjoni 2003/54 għall-istess livell tal-għan ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-iffaċilitar tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u tal-prodotti relatati fuq bażi ta’ livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ. Barra minn hekk, hija tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jipprekludu l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti lit-tfal u lill-adolexxenti, permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri xierqa li jistabbilixxu u jinfurzaw limiti ta’ età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fl-istess ordni ta’ ideat, il-premessa 48 tad-Direttiva 2014/40 tikkonferma li din ma tarmonizzax ir-regoli dwar l-arranġamenti ta’ bejgħ u ta’ reklamar fis-swieq nazzjonali, u lanqas ma tintroduċi limitu ta’ età għas-sigaretti elettroniċi jew għall-kontenituri ta’ rikarika. Din il-premessa tindika wkoll li l-Istati Membri huma liberi li jirregolaw tali kwistjonijiet fil-limitu tal-ġurisdizzjoni tagħhom u huma mħeġġa jagħmlu dan. B’hekk, imkien ma tindika li l-marġni ta’ manuvra li għandhom l-Istati Membri huwa limitat mid-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-istess linja, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/40 jiċċara li l-għan tagħha huwa l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri, sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment għaż-żgħażagħ, u li jiġu osservati l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-FCTC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, l-inkoraġġiment mogħti lill-Istati Membri fil-premessi 21 u 48 tad-Direttiva 2014/40, ma ġiex rifless fid-direttiva permezz ta’ dispożizzjoni li timponi obbligu, bħal dak li jinsab fl-Artikolu 16(1) tal-FCTC<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għalhekk, l-obbligu ġenerali li jiġu adottati miżuri<?PAGE NO="11"?> sabiex jipprekludu l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, huwa nieqes. Mill-qari tal-oqsma koperti mill-armonizzazzjoni mwettqa mid-Direttiva 2014/40, huwa stabbilit li l-uniku qasam li joqrob għal dak previst fl-Artikolu 16(1) tal-FCTC huwa dak previst fl-Artikolu 1(d) u fl-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva, u jirrigwarda l-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk. Skont l-Artikolu 18(4) tal-imsemmija direttiva, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti f’bejgħ transkonfinali mill-bogħod għandhom joperaw sistema ta’ verifika tal-età, li tivverifika fil-mument tal-bejgħ, li l-konsumatur li qiegħed jixtri jissodisfa r-rekwiżit tal-età minima prevista fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/40 jirregola qasam li huwa qrib dak previst fl-Artikolu 16 tal-FCTC, ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tiegħu jidher li huwa differenti. Sa ċertu punt, din id-differenza tista’ tispjega l-portata tal-armonizzazzjoni mwettqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni permezz ta’ din id-direttiva li ma tirrigwardax il-qasam immirat mill-FCTC. Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda l-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk, previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/40, il-Kummissjoni sostniet, waqt ix-xogħol preparatorju, li kien kważi impossibbli li Stat Membru jirregola l-bejgħ ta’ tabakk online, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-età minima meħtieġa għax-xiri ta’ prodotti tat-tabakk, jekk dawn it-tranżazzjonijiet ma humiex irregolati fi Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Proposta ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u tal-prodotti tiegħu [COM(2012) 788 final].</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, skont id-dottrina, il-miżuri previsti fl-Artikolu 16 tal-FCTC huma essenzjalment nazzjonali u ma jiġġustifikawx b’mod ċar l-eżistenza ta’ trattat internazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Burci, G. L., <HT TYPE="ITALIC">La convention-cadre de l’O.M.S. pour la lutte antitabac</HT>, United Nations Audiovisual Library of International Law, legal.un.org/avl/, p. 4. Dan l-awtur jirrileva żewġ raġunijiet li jistgħu jispjegaw l-interess fi trattat internazzjonali, jiġifieri l-fatt li jibdel miżuri f’obbligi internazzjonali ppermetta, l-ewwel nett, il-protezzjoni tal-Istati Membri mill-pressjonijiet eżerċitati mill-industrija tat-tabakk, u t-tieni nett, it-tisħiħ tas-setgħa tal-Ministri tas-Saħħa billi ppermettilhom jinvokaw dawn l-obbligi.</P></NOTE>. Wieħed jista’ jargumenta li, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, dawn il-miżuri lanqas jiġġustifikaw intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, minkejja li d-Direttiva 2014/40 ma tinkludix dispożizzjoni li tirriproduċi l-kontenut tal-Artikolu 16(1) tal-FCTC, din il-konvenzjoni qafas tinkludi mill-banda l-oħra, dispożizzjoni analoga għal dik tal-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40, jiġifieri l-Artikolu 16(6) tagħha. Din l-aħħar dispożizzjoni hija iktar konċiża minn dik tad-Direttiva 2014/40. Minnha jirriżulta li s-sanzjonijiet previsti sabiex jiżguraw l-osservanza tal-obbligu tal-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lit-tfal u lill-adolexxenti għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>effettivi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-Istati Membri aderixxew għall-FCTC ferm qabel id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/40. Qabel din id-data, is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tirregola l-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri kellhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-Artikolu 16(6) ta’ din il-konvenzjoni qafas. Dan għadu l-każ illum wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, peress li d-dispożizzjonijiet tal-FCTC huma vinkolanti mhux biss għall-Istati Membri iżda wkoll għall-Unjoni, din il-konvenzjoni qafas tikkostitwixxi għalhekk ftehim imħallat: dawn id-dispożizzjonijiet jifformaw parti integrali mid-dritt tal-Unjoni. F’dan il-każ, huwa evidenti, li dawn huma dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-aspetti li għandhom effett fuq il-funzjonament tas-suq intern u li jaqgħu għalhekk fil-kompetenza tal-Unjoni. Għalhekk, il-fatt ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-FCTC u l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jiġi prekluż il-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri ta’ inqas minn 18-il sena, jirriżulta minn obbligu internazzjonali integrat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Għalhekk, l-implimentazzjoni<?PAGE NO="12"?> tal-FCTC tista’ tiġi kkunsidrata bħala l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, mingħajr ma timplika neċessarjament il-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet intiżi għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tal-Kummissjoni li l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 japplika għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li teżisti konnessjoni funzjonali bejn din id-dispożizzjoni u s-sanzjonijiet previsti mid-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni jidher li huwa bbażat, essenzjalment, fuq allegat paralleliżmu bejn l-għanijiet previsti mid-Direttiva 2014/40 u dawk previsti mid-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata, ispirat mis-sentenza Siragusa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE> (<NO.CASE>C‑206/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:126">EU:C:2014:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li għaliha tirreferi l-Kummissjoni. Skont din is-sentenza, sabiex jiġi ddeterminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali taqax taħt l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta, għandu jiġi vverifikat, fost elementi oħra, jekk hija għandhiex bħala għan l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura ta’ din il-leġiżlazzjoni u jekk hija ssegwix għanijiet differenti minn dawk koperti mid-dritt tal-Unjoni. Issa, fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi osservat li pjuttost id-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata għandha l-għan li timplimenta l-Artikolu 16 tal-FCTC li, bħala dispożizzjoni ta’ ftehim konkluż mill-Unjoni, tifforma parti integrali mill-ordinament ġuridiku tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minkejja li l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 ma japplikax għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ proporzjonalità japplika għal din is-sitwazzjoni, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jimponi fuq l-Istati Membri l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa sabiex jilħqu l-għanijiet imfittxija u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħquhom, għandu jiġi osservat minn leġiżlazzjoni nazzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew li timplimenta lil dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, li d-dispożizzjonijiet tagħhom jifformaw parti integrali mill-ordinament ġuridiku tagħha, ma humiex bħala prinċipju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>impenetrabbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għad-dritt primarju, inkluż għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Lenaerts, K., u De Smijter, E., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>The European Union as an Actor under International Law<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <HT TYPE="ITALIC">Yearbook of European Law</HT>, 2000, Vol. 19, p. 105.</P></NOTE>. Għaldaqstant, fl-estensjoni ta’ din il-loġika u sa fejn il-FCTC tifforma parti integrali mid-dritt tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tagħha għandha għalhekk tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kull limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet u libertajiet rikonoxxuti mill-Karta tista’ sseħħ biss jekk tkun neċessarja u tirrispondi effettivament għal għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew, f’każ ta’ bżonn, ta’ protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ oħrajn. Għal dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tagħhom, l-istess japplika, essenzjalment, għal-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-Karta li huma s-suġġett ta’<?PAGE NO="13"?> dispożizzjonijiet fit-Trattati (Artikolu 52(2) tal-Karta)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu sorsi differenti fid-dritt tal-Unjoni u jinsab f’espressjonijiet differenti bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Dan il-prinċipju jiggarantixxi b’mod partikolari, l-eżerċizzju mingħajr xkiel tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern u huwa previst fl-Artikolu 49(3), kif ukoll fl-Artikolu 52(1) tal-Karta. F’dan il-każ, ma huwiex neċessarju li ssir distinzjoni bejn dawn is-sorsi jew dawn l-espressjonijiet.</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li limitazzjoni għall-eżerċizzju ta’ tali drittijiet u libertajiet toriġina minn obbligu internazzjonali li jifforma parti integrali mid-dritt tal-Unjoni ma jistax jimplika li din il-limitazzjoni tista’ ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta’ prekawzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju ta’ prekawzjoni ma huwiex applikabbli f’dan il-każ, peress li ma teżisti ebda inċertezza għal dak li jirrigwarda r-riskji għas-saħħa tal-bniedem marbuta mal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Dawn dan il-punt, jiena naqbel mal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi meta jirriżulta impossibbli li tiġi ddeterminata b’ċertezza l-eżistenza jew il-portata tar-riskju allegat minħabba n-natura insuffiċjenti, mhux konklużiva jew mhux preċiża tar-riżultati tal-istudji magħmula<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Solgar Vitamin’s France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:233">EU:C:2010:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mill-banda l-oħra, dan il-prinċipju ma japplikax f’sitwazzjoni fejn ma hemm ebda element ta’ inċertezza fir-rigward tal-eżistenza jew l-importanza ta’ riskju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Parkinson Vereinigung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑148/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:394">EU:C:2016:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-preambolu tal-FCTC, il-partijiet għal din il-konvenzjoni rrikonoxxew li data xjentifika kienet stabbilixxiet b’mod konvinċenti li l-konsum ta’ tabakk u l-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk huma kawża ta’ mewt, ta’ mard u ta’ inkapaċità. F’din l-ordni ta’ ideat, minkejja li l-inkoraġġiment magħmul fil-premessi 21 u 48 tad-Direttiva 2014/40 ma huwiex rifless f’dispożizzjoni li tirriproduċi l-kontenut tal-Artikolu 16(1) tal-FCTC, dan l-inkoraġġiment jindika li l-leġiżlatur tal-Unjoni rrikonoxxa r-rilevanza ta’ din id-data. Xejn ma jissuġġerixxi li l-istudji li wasslu għall-adozzjoni tal-FCTC u tad-Direttiva 2014/40 kellhom karatteristiċi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta dwar dan l-aspett tad-domanda preliminari sa fejn din tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u sa fejn dan il-prinċipju ma japplikax għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju għandha tingħata indikazzjonijiet li jippermettulha tevalwa l-konformità tad-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità biss bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jallega, qabelxejn, li permezz tad-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata, il-leġiżlatur Taljan bidel il-bilanċ li għandu jinstab bejn id-drittijiet fundamentali differenti ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-fehma tiegħu, din id-dispożizzjoni ma tippermettix li jintlaħaq b’mod effettiv l-għan tat-tnaqqis tal-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ, peress li l-effett tagħha ma huwiex it-tnaqqis tat-tipjip fost iż-żgħażagħ iżda li timmina l-operat ta’ dak li jwettaq il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, is-sistema ta’ sanzjonijiet prevista mid-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba s-severità eċċessiva tas-sanzjonijiet previsti. L-għan tat-tnaqqis tat-tipjip fost iż-żgħażagħ seta’ jintlaħaq permezz ta’ obbligi eħfef u inqas stretti, permezz ta’ sistema ta’ sanzjonijiet ibbażata fuq mekkaniżmi ta’ progressività u ta’ gradwazzjoni effettivi li ma jikkompromettux is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sopravvivenza<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ekonomika ta’ dak li jwettaq il-ksur bħala operatur ekonomiku sa mill-ewwel ksur. Barra minn hekk, il-bejjiegħa mhux dejjem ikunu f’pożizzjoni li jivverifikaw b’ċertezza l-età tax-xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-allegazzjonijiet tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li huma għalhekk il-bażi tad-domanda preliminari, u fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 ma japplikax għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn l-allegazzjonijiet għandhom jinftiehmu fis-sens li d-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata għandha tiġi kkunsidrata bħala limitazzjoni għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ intrapriża, u eventwalment, tad-dritt għall-proprjetà wkoll, li permezz tagħha l-leġiżlatur Taljan ifittex li jwettaq l-għan leġittimu mfittex mill-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem sabiex tonqos, b’mod partikolari, il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali dwar in-nuqqas ta’ konformità tad-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata ma humiex fondati. Madankollu, id-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikorsi ġudizzjarji u għalhekk il-qorti tar-rinviju kellha tipproċedi b’rinviju għal deċiżjoni preliminari b’talba għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitfakkar li fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tas-sanzjonijiet applikabbli, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jagħżlu s-sanzjonijiet li jidhrilhom xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 53 u 58 ta’ dawn il-konklużjonijiet, tosserva r-rekwiżit ta’ effettività previst fl-Artikolu 16(6) tal-FCTC, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40 ma japplikax għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għalhekk, il-fatt li din id-dispożizzjoni tipprovdi li kwalunkwe sanzjoni amministrattiva finanzjarja ta’ natura li tinnewtralizza l-vantaġġ finanzjarju magħmul mill-ksur tista’ tiġi imposta wara ksur intenzjonali ma tinfluwenzax direttament ir-riżultat tal-eżami tal-konformità tad-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata mad-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li hija l-qorti tar-rinviju, l-unika waħda kompetenti sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali, li għandha tevalwa jekk, f’dan il-każ, is-sospensjoni ta’ liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija, minbarra l-multa li kienet ġiet imposta, hijiex proporzjonata mat-twettiq tal-għan leġittimu mfittex mill-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem sabiex titnaqqas b’mod partikolari, il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdilha elementi ta’ interpretazzjoni li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni li jippermettulha tiddetermina jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-limitazzjonijiet li jirriżultaw mis-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tal-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jidħlu inkwistjoni l-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà, previsti fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà ma humiex assoluti. Kwalunkwe limitazzjoni għall-eżerċizzju tagħhom tista’ ssir biss, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk din tkun neċessarja u tirrispondi effettivament għal għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni. L-għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u t-tnaqqis tal-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ jikkostitwixxu mingħajr dubju, għanijiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fis-sentenza Swedish Match<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE> (<NO.CASE>C‑210/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:802">EU:C:2004:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat l-effetti tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk għall-użu orali li jiġbdu b’mod partikolari liż-żgħażagħ, prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/37/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20010605">5 ta’ Ġunju 2001</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).</P></NOTE>, preċedenti għad-Direttiva 2014/40. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-ostakolu għal-libertà ta’ eżerċizzju ta’ attività ekonomika kkostitwit minn miżura ta’ projbizzjoni ma jistax jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-għan imfittex ta’ protezzjoni tas-saħħa, bħala li jippreġudika b’mod sproporzjonat id-dritt għall-eżerċizzju ta’ din il-libertà jew tad-dritt għall-proprjetà. F’sentenza li tikkostitwixxi l-estensjoni ta’ din is-saga ġurisprudenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Swedish Match</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑151/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:938">EU:C:2018:938</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, għal dak li jirrigwarda projbizzjoni analoga prevista mid-Direttiva 2014/40, li l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa għandu importanza predominanti meta mqabbel mal-interessi ta’ natura ekonomika, peress li l-importanza ta’ dan l-għan tista’ tiġġustifika konsegwenzi ekonomiċi negattivi, anki ta’ daqs kunsiderevoli. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, is-sospensjoni temporanja ta’ liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija ma tistax tiġi kkunsidrata bħala preġudizzju sproprozjonat għad-dritt tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ intrapriża jew tad-dritt għall-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-punt dwar jekk is-sospensjoni ta’ liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija tistax tippermetti b’mod effettiv li jintlaħaq l-għan ta’ tnaqqis tal-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ, għandu jiġi osservat li, kif jargumenta l-Gvern Taljan, sanzjoni finanzjarja imposta b’mod iżolat ma tikkostitwixxix miżura effettiva: meta jkunu jafu li jistgħu jiksbu t-tabakk fi stabbiliment partikolari, iż-żgħażagħ ser imorru hemm, li jwassal għal żieda kunsiderevoli fil-qligħ tad-detentur tal-istabbiliment, u l-Istat Membru għandu jkollu riżorsi sproporzjonati sabiex iwettaq kontrolli ta’ kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għal dak li jirrigwarda l-allegazzjonijiet tar-rikorrent fil-kawża prinċipali li permezz tagħhom jikkritika d-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata għar-raġuni li ma hijiex ta’ natura gradwali u progressiva, huwa minnu li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jeħtieġ li s-sanzjoni imposta tikkorrispondi għall-gravità tal-ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rekwiżit li s-severità ta’ sanzjoni għandha tikkorrispondi għall-gravità tal-ksur ikkonċernat ma jistax neċessarjament iwassal għall-projbizzjoni ta’ sistema ta’ sanzjonijiet li, f’każ ta’ ksur imwettaq għall-ewwel darba, hija nieqsa min-natura gradwali u progressiva. Fil-fatt, kull ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, meħud b’mod iżolat, jippreżenta ġeneralment karatteristiċi simili, kemm għal dak li jirrigwarda n-numru ta’ prodotti mibjugħa kif<?PAGE NO="16"?> ukoll għall-persuni li dawn il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni tas-sanzjoni uniformi u standardizzata li tikkostitwixxi s-sospensjoni tal-liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija, f’każ ta’ ksur għall-ewwel darba ta’ din il-projbizzjoni, ma jidhirx li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont id-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata, għall-kuntrarju tal-ammont tal-multa, li jista’ jvarja bejn EUR 500 u EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT>, is-sospensjoni tal-liċenzja tal-operat li tippermetti lill-operatur ekonomiku kkonċernat ibigħ prodotti tat-tabakk hija dejjem, f’każ tal-ewwel ksur, ta’ perijodu fiss ta’ ħmistax-il ġurnata. Għalhekk, fil-kuntest tad-dispożizzjoni nazzjonali kkontestata, il-korrispondenza bejn is-severità tas-sanzjoni u dik tal-ksur ikkonċernat hija, tal-inqas sa ċertu punt, żgurata mill-multa li takkumpanja s-sospensjoni tal-liċenzja tal-operat ta’ bar‑tabakkerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li l-prinċipju ta’ proprozjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, f’każ ta’ ksur għall-ewwel darba tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, minbarra l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva, l-operatur ekonomiku li jkun kiser din il-projbizzjoni jkun is-suġġett ta’ sospensjoni tal-liċenzja tal-operat tiegħu għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta li ġejja għad-domanda preliminari magħmula mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja):</TXT><P>Il-prinċipju ta’ proprozjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, f’każ ta’ ksur għall-ewwel darba tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, minbarra l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva, l-operatur ekonomiku li jkun kiser din il-projbizzjoni jkun is-suġġett ta’ sospensjoni tal-liċenzja tal-operat tiegħu għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>