<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-437/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0437</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:193">EU:C:2019:193</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190313">13.3.2019</DATE> – Kawża C‑437/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20190313">13 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet għal leave annwali mħallas skont l-anzjanità tal-impjegat mal-persuna li timpjega</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni parzjali biss tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħra</KEYWORD><KEYWORD>Dritt soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Diskrepanza bejn is-sistemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑437/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, F. Biltgen u E. Levits (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH, minn S. Ameshofer, kif ukoll minn G. Storch u R. Storch, Rechtsanwälte, assistiti minn K. Mayr, espert,</P></ITEM><ITEM><P>għal EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH, minn F. Marhold, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kellerbauer u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH (il-Kumitat tax-Xogħlijiet tal-kumpannija EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Eurothermen<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Eurothermen<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar it-teħid inkunsiderazzjoni b’mod parzjali biss, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas tal-impjegati ta’ din tal-aħħar, ta’ perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa minnhom ma persuni li jimpjegaw oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-Urlaubsgesetz (il-Liġi dwar il-Leave), tas-<DATE ISO="19760707">7 ta’ Lulju 1976</DATE> (BGBl. 1976/390, kif ippubblikata fil-BGBl. I, 2013/3 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>UrlG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-ħaddiem għandu dritt, għal kull sena ta’ xogħol, għal leave imħallas mhux interrott. It-tul tal-leave għandu jkun ta’ 30 jum tax-xogħol jekk il-perijodu ta’ servizz tiegħu jkun inqas minn 25 sena u ta’ 36 jum tax-xogħol meta tkun ikkompletata l-ħamsa u għoxrin sena.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-UrlG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għad-determinazzjoni tat-tul tal-leave, il-perijodi ta’ attività mwettqa mal-istess persuna li timpjega li ma ġewx interrotti b’perijodi ta’ iktar minn 3 xhur għandhom jiġu ttotalizzati.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għad-determinazzjoni tat-tul tal-leave għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>kull perijodu ta’ attività mwettqa fit-territorju nazzjonali […] fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol oħra jekk din tkun damet, f’kull każ, minn tal-anqas 6 xhur;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>il-perijodi msemmija fil-punt 1 tal-paragrafu (2) għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħala total, biss sa ħames snin […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Eurothermen hija kumpannija attiva fis-settur tat-turiżmu. Hija għandha s-sede tagħha f’Bad Schallerbach (l-Awstrija) u timpjega numru ta’ ħaddiema li jkunu wettqu perijodi ta’ attività preċedenti, ma’ persuni li jimpjegaw oħra, fit-territorju ta’ Stati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen ressaq, bħala korp kompetenti għall-impjegati ta’ Eurothermen, talba skont il-proċedura speċjali prevista fl-Artikolu 54(1) tal-Arbeits- und Sozialgerichtsgesetz (il-Liġi dwar il-Kompetenzi u l-Proċeduri fil-Qasam tas-Sigurtà Soċjali u tad-Dritt tax-Xogħol), tas-<DATE ISO="19850307">7 ta’ Marzu 1985</DATE> (BGBl. 104/1985).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Din it-talba, diretta kontra Eurothermen, tikkonċerna d-drittijiet għal leave annwali mħallsa tal-ħaddiema ta’ din il-kumpannija li wettqu perijodi ta’ attività preċedenti, ma’ persuni li jimpjegaw oħra, fit-territorju ta’ Stati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen, il-fatt li l-punt 1 tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(3) tal-UrlG jillimita sa ħames snin it-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema, iggarantit mill-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dan isostni li, skont id-dritt tal-Unjoni, tali perijodi ta’ attività preċedenti għandhom jingħaddu fl-intier tagħhom, b’tali mod li kull ħaddiem li jiġġustifika 25 sena ta’ esperjenza professjonali jkollu d-dritt għas-sitt ġimgħa ta’ leave skont l-Artikolu 2(1) tal-UrlG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-talba mressqa mill-Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen ġiet miċħuda fl-ewwel istanza mil-Landesgericht Wels (il-Qorti Reġjonali ta’ Wels, l-Awstrija) u, fl-appell, mill-Oberlandesgericht Linz (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Linz, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Adita b’appell fil-kassazzjoni, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) tesprimi dubji dwar il-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 jew ostakolu fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE. Kieku dan kien il-każ, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) tqis li tqum barra minn hekk il-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ din l-iskema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) tispjega li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tagħha stess u duttrina unanima, l-Artikolu 3(2)(1) tal-UrlG għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta’ attività mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw nazzjonali u mhux nazzjonali għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Għalhekk, minkejja l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa barra mill-pajjiż għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll sa, bħala massimu, perjodu totali ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 45 TFEU u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011/KE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali [dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-punt 1 tal-Artikolu 3(2), tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 2(1) tal-Urlaubsgesetz (liġi dwar il-leave)], li skontha ħaddiem li jkollu total ta’ 25 sena servizz, iżda li ma jkunx wettaqhom mal-istess persuna li timpjega Awstrijaka, jibbenefika biss minn leave annwali ta’ 5 ġimgħat, filwaqt li ħaddiem li jkun wettaq 25 sena servizz mal-istess persuna li timpjega Awstrijaka għandu dritt għal sitt ġimgħat leave fis-sena?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali huwiex intitolat għal żieda fil-leave annwali mħallas tiegħu minn 5 għal 6 ġimgħat, tipprevedi li s-snin imwettqa fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol waħda jew diversi preċedenti għal dik mibdija mal-persuna li attwalment timpjegah jiswew biss sa massimu ta’ 5 snin ta’ attività professjonali, anki jekk l-għadd reali tagħhom ikun itwal minn 5 snin.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-Artikolu 45(2) TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 45(2) TFUE jipprojbixxi kull diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, f’dak li jikkonċerna l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol. L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 jikkostitwixxi biss espressjoni partikolari tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-imsemmi Artikolu 45(2) fil-qasam speċifiku tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg kif ukoll ta’ xogħol, u għandu, għaldaqstant, jiġi interpretat bl-istess mod bħal dan l-aħħar artikolu (sentenza tal-<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SALK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’hekk, peress li d-drittijiet għal leave annwali mħallas irrikonoxxuti lill-ħaddiema mingħajr dubju jifformaw parti mill-qasam tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilita kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 tipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SALK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, għalkemm applikabbli b’mod indistint skont iċ-ċittadinanza, għandha titqies bħala indirettament diskriminatorja meta hija tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa kemm lill-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra kif ukoll lill-ħaddiema nazzjonali u, konsegwentement, toħloq ir-riskju li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil tal-ewwel, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata għall-għan segwit (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) sa (3) tal-UrlG, id-dritt għal-leave annwali mħallas ikun jammonta, wara 25 sena ta’ attività professjonali, għal sitt ġimgħat meta l-perijodi ta’ attività jkunu ġew ikkompletati mal-persuna li timpjega attwali. Jekk il-ħaddiem kien preċedentement attiv ma’ persuna li timpjega waħda jew iktar, huwa biss perijodu massimu ta’ 5 snin imwettaq ma dawn tal-aħħar li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni. Għalhekk, sabiex ikun intitolat għal 6 ġimgħat ta’ leave annwali mħallas, ħaddiem għandu jkun jew wettaq 25 sena attività professjonali mal-persuna li timpjegah attwalment, jew wettaq total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali billi jkun wettaq mill-inqas 20 mal-persuna li timpjegah attwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hekk kif ġie rrilevat fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, għalkemm il-formulazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 3(2) tal-UrlG jirreferi biss għall-attivitajiet preċedenti mwettqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>fit-territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, skont ġurisprudenza kostanti tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) u duttrina unanima, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa minn ħaddiem ma’ persuni li jimpjegaw oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod identiku, sa massimu ta’ perjodu totali ta’ ħames snin, kemm jekk ikunu twettqu fit-territorju nazzjonali jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ eventwali diskriminazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 45(2) TFUE u għall-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011, għandu jiġi osservat li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi, hekk kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 21 tal-konklużjonijiet tiegħu, differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema skont l-anzjanità tagħhom mal-persuna li timpjegahom attwalment. Fil-fatt, skont din il-leġiżlazzjoni, is-snin maħduma ma’ persuna li timpjega preċedenti waħda jew iktar jgħoddu biss sa massimu ta’ 5 snin ta’ attività professjonali anki jekk l-għadd reali tagħhom huwa itwal minn 5 snin, b’tali mod li ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali u li ħadem mill-inqas 20 sena mal-persuna li timpjegah attwalment huwa intitolat għal 6 ġimgħat ta’ leave annwali mħallas, filwaqt li ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali iżda mingħajr ma jkun ħadem 20 sena mal-persuna li timpjegah attwalment ikun biss intitolat għal 5 ġimgħat ta’ leave annwali mħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li peress li tali leġiżlazzjoni tapplika mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema kollha li ħadmu mill-inqas 25 sena ta’ attività, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, din ma tistax toħloq diskriminazzjoni bbażata direttament fuq in-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen u l-Kummissjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies bħala indirettament diskriminatorja. Fil-fatt, il-ħaddiema Awstrijaċi jirrisjedu fil-parti l-kbira tagħhom fl-Awstrija u jibdew il-karrieri professjonali tagħhom hemm, u b’hekk jistgħu faċilment jibqgħu b’mod mhux interrott fis-servizz tal-istess persuna li timpjega għal 25 sena u, għaldaqstant, jibbenefikaw mis-sitt ġimgħa ta’ leave annwali mħallas, skont l-Artikolu 2(1) tal-UrlG. F’dan il-kuntest, biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-parti l-kbira tal-ħaddiema li jissodisfaw il-kundizzjoni tal-25 sena ta’ anzjanità prevista fl-Artikolu 2(1) tal-UrlG huma Awstrijaċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra, li normalment jibdew il-karriera professjonali tagħhom fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom, jissieħbu ma’ persuna li timpjega Awstrijaka biss iktar tard matul il-karriera tagħhom. B’dan il-mod, ikun iktar diffiċli li tinkiseb l-anzjanità meħtieġa sabiex jibbenefikaw, l-istess bħall-ħaddiema Awstrijaċi, mis-sitt ġimgħa ta’ leave annwali mħallas. F’dan ir-rigward, il-maġġoranza tal-ħaddiema milquta mit-teħid inkunsiderazzjoni parzjalment biss tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħrajn, stabbilita fl-Artikolu 3(3) tal-UrlG, huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tqiegħed fi żvantaġġ lill-ħaddiema kollha, kemm Awstrijaċi kif ukoll ċittadini ta’ Stati Membri oħra, li jkollhom total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali, iżda mingħajr ma jkunu wettqu mill-inqas 20 sena mal-persuna li timpjegahom attwalment meta mqabbla ma’ dawk li jkollhom total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali u li jkunu wettqu mill-inqas 20 sena mal-persuna li timpjegahom attwalment.<?PAGE NO="6"?> Fil-fatt, fir-rigward ta’ din l-ewwel kategorija ta’ ħaddiema, il-fatt li jkunu bidlu l-impjieg tagħhom għandu l-effett li l-esperjenza professjonali miksuba ma’ persuni li jimpjegaw preċedenti tittieħed inkunsiderazzjoni biss sa massimu ta’ 5 snin previst fl-Artikolu 3(3) tal-UrlG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex din id-differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema skont l-anzjanità tagħhom mal-persuna li timpjegahom attwalment titqies bħala indirettament diskriminatorja, fis-sens tal-Artikolu 45(2) TFUE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011, din għandha tkun tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa iktar lill-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli lill-ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, kuntrarjament għal dak li josservaw il-Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen u l-Kummissjoni, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li xejn ma jindika li l-ħaddiema Awstrijaċi normalment jibqgħu jaħdmu mal-persuna li timpjegahom attwalment għal 25 sena. Għaldaqstant, ma huwiex stabbilit li din il-leġiżlazzjoni tagħti vantaġġ b’mod partikolari lill-ħaddiema Awstrijaċi meta mqabbla maċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma jistax jiġi konkluż li l-ħaddiema milquta mit-teħid inkunsiderazzjoni limitat tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħrajn, stabbilit fl-Artikolu 3(3) tal-UrlG, huma fil-maġġoranza tagħhom ċittadini ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li huwa argumentat mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, jekk jitqies li huwa vverifikat li l-maġġoranza tal-ħaddiema li jissodisfaw il-kriterju tal-25 sena anzjanità previst fl-Artikolu 2(1) tal-UrlG huma ta’ nazzjonalità Awstrijaka, dan fih innifsu ma jippermettix li jiġi konkluż, hekk kif jirriżulta mill-punt 28 ta’ din is-sentenza, li l-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra huma suġġetti għal diskriminazzjoni indiretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża l-argument tagħha la, b’mod ġenerali, fuq ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>indirettament diskriminatorja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma tirrikjedix li hija jkollha bħala effett li tiffavorixxi liċ-ċittadini nazzjonali kollha jew li tisfavorixxi biss liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata) u lanqas, b’mod dirett, fuq ir-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja tat fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SALK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali, fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti hija biss rilevanti jekk ikun stabbilit li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ taffettwa iktar lill-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli lill-ħaddiema nazzjonali. Issa, peress li, f’dan il-każ, dan ma huwiex il-każ, din il-ġurisprudenza ma tistax isservi bħala bażi sabiex jiġi kkonstatat li din il-leġiżlazzjoni għandha titqies bħala indirettament diskriminatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SALK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet tirrigwarda lill-impjegati ta’ kollettività territorjali li għalihom il-leġiżlazzjoni inkwistjoni kienet intiża sabiex tippermetti l-mobbiltà fi ħdan grupp ta’ persuni li jimpjegaw distinti u mhux sabiex tippremja l-lealtà tal-ħaddiem lejn persuna li timpjega determinata. Minn dan isegwi li r-raġunament żviluppat f’din is-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax jiġi traspost għall-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li din tal-aħħar hija intiża preċiżament sabiex tippremja l-lealtà ta’ ħaddiema lejn il-persuna li timpjegah attwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema skont l-anzjanità tagħhom mal-persuna li timpjegahom attwalment, ma tistax titqies bħala ta’ natura indirettament diskriminatorja fir-rigward tal-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra u, għaldaqstant, bħala li tikser l-Artikolu 45(2) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Skont l-Artikolu 45(1) TFUE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi ddeterminat ukoll jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema, ipprojbit mill-Artikolu 45(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, ċertament, l-Artikolu 45 TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat relattivi għall-moviment liberu tal-persuni huma intiżi sabiex jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Unjoni, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kull tip fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu l-miżuri li jistgħu jisfavorixxu lil dawn iċ-ċittadini meta dawn tal-aħħar ikunu jixtiequ jeżerċitaw attività fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom. F’dan il-kuntest, iċ-ċittadini tal-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, id-dritt, li huma jiksbu direttament mit-Trattat, li jitilqu mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom sabiex imorru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u jirrisjedu fih, bil-għan li jeżerċitaw attività hemmhekk (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Erzberger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑566/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:562">EU:C:2017:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, id-dritt primarju tal-Unjoni ma jistax jiggarantixxi lil ħaddiem li ċaqliq, lejn Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ma huwiex ser ikollu impatt fil-qasam tas-sigurtà soċjali, billi dan iċ-ċaqliq, fid-dawl tad-differenzi li jeżistu bejn is-sistemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri, jista’, skont il-każ, ikun iktar jew inqas vantaġġuż għall-persuna kkonċernata f’dan il-qasam (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Erzberger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑566/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:562">EU:C:2017:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dritt tal-Unjoni jiggarantixxi biss li l-ħaddiema li jeżerċitaw attività fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Zyla</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑272/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:49">EU:C:2019:49</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 51 u 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali kunsiderazzjonijiet japplikaw kemm għal ħaddiem li jkun jixtieq jitlaq lil persuna li timpjega suġġetta għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka, kif ukoll għal ħaddiem, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, attirat minn impjieg fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li jargumentaw il-Kumitat tax-Xogħlijiet ta’ Eurothermen u l-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex ta’ natura li tiddiswadi lill-ħaddiema Awstrijaċi li biħsiebhom jitilqu lill-persuna li timpjegahom attwalment biex jingħaqdu ma’ persuna li timpjega fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jkunu jixtiequ li sussegwentement jirritornaw fis-servizz tal-persuna li kienet timpjegahom inizjalment. Għandu jiġi nnotat, kif għamel l-Avukat Ġenerali, fil-punti 60 sa 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, li tali argumentazzjoni hija bbażata fuq numru ta’ ċirkustanzi inċerti u indiretti wisq sabiex din il-leġiżlazzjoni tkun tista’ titqies li hija tali li tostakola l-moviment liberu tal-ħaddiema (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, <NAME.CASE>Graf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑190/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:49">EU:C:2000:49</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ipprojbit skont l-Artikolu 45(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali huwiex intitolat għal żieda fil-leave annwali mħallas tiegħu minn 5 għal 6 ġimgħat, tipprevedi li s-snin imwettqa fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol waħda jew diversi preċedenti għal dik mibdija mal-persuna li attwalment timpjegah jiswew biss sa massimu ta’ 5 snin ta’ attività professjonali, anki jekk l-għadd reali tagħhom ikun itwal minn 5 snin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 45 TFUE u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali huwiex intitolat għal żieda fil-leave annwali mħallas tiegħu minn 5 għal 6 ġimgħat, tipprevedi li s-snin imwettqa fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol waħda jew diversi preċedenti għal dik mibdija mal-persuna li attwalment timpjegah jiswew biss sa massimu ta’ 5 snin ta’ attività professjonali, anki jekk l-għadd reali tagħhom ikun itwal minn 5 snin.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>