|
22.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/104 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 145/2022
tad-29 ta’ April 2022
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1589]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (1) kif rettifikata permezz tal-ĠU L 283, 31.8.2020, p. 2 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 16b (id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32019 L 0879: Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296), kif rettifikata permezz tal-ĠU L 283, 31.8.2020, p. 2.” |
Artikolu 2
Il-punt 19b (id-Direttiva 2014/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2. |
L-adattamenti minn (e) sa (j) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti minn (h) sa (m). |
|
3. |
L-adattamenti li ġejjin jiżdiedu wara l-addattament (d):
|
Artikolu 3
It-test tad-Direttiva (UE) 2019/879, kif rettifikata permezz tal-ĠU L 283, 31.8.2020, p. 2, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.