Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni b’mod korrett tal-Artikolu 2(3) u (4), kif ukoll tal-Artikolu 4(4), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni [tal-emissjonijiet] ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 118) - Kunċetti ta’ “stallazzjoni żgħira” u ta’ “tibdil sostanzjali”.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni b’mod korrett tal-Artikolu 2(3) u (4), kif ukoll tal-Artikolu 4(4), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni [tal-emissjonijiet] ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.