52010PC0122




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 30.3.2010

KUMM(2010)122 finali

2010/0068 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottat fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet (ISA)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati taż-ŻEE EFTA li qegħdin 'l barra mill-erba’ libertajiet.

2. L-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li hu anness mal-proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill, għandu l-għan li jimmodifika l-Protokoll 31 billi jestendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim sabiex jinkludi Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)[1] b'effett mill-1 ta' Jannar 2010. L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt ta' vot, fil-partijiet releventi għaż-ŻEE tal-Kumitat dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-Kumitat ISA), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta' dak il-programm, f'dak li jirrigwarda partijiet tal-programm dwar il-proġett releventi taż-ŻEE.

3. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal Deċiżjonijiet bħal dawn fuq proposta mill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni tissottometti l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżenta l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista' jkun malajr.

2010/0068 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottat fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE li qegħdin 'il barra mill-erba’ libertajiet.

2. Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim għandha tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)[3], b'effett mill-1 ta' Jannar 2010. L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt ta' vot, fil-partijiet releventi għaż-ŻEE tal-Kumitat dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-Kumitat ISA), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta' dak il-programm, f'dak li jirrigwarda partijiet tal-programm dwar il-proġett releventi ŻEE.

3. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat Protokoll 31,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda ppjanata tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet hi mniżżla fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS Abbozz

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta'

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

4. Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .../... ta'...[4]

5. Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim għandha tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)[5].

6. Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi din l-estensjoni tal-kooperazzjoni li se tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim*.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, .

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

ANNESS

tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .../...

L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta' dejta) tal-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fl-ewwel paragrafu l-kliem ‘paragrafu 5(a)’ u ‘paragrafu 5(b)’ għandhom jiġu sostitwiti bil- ‘paragrafu 6(a)’ u ‘paragrafu 6(b)’.

(b) Is-sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

‘L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2010, jipparteċipaw fil-proġetti u l-attivitajiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija f'paragrafu 6(c), sakemm dawn il-proġetti u attivitajiet jappoġġjaw kooperazzjoni oħra tal-Partijiet Kontraenti.’

(c) Fit-tieni paragrafu l-kliem ‘paragrafu 5’ għandu jiġi sostitwit bil-‘paragrafu 6’.

(d) Fit-tielet paragrafu l-kliem ‘paragrafu 5(a)’ għandu jiġi sostitwit bil-‘paragrafu 6(a)’.

(e) Fir-raba' paragrafu l-kliem ‘paragrafu 5(b)’ għandu jiġi sostitwit bil-‘paragrafu 6(b)’.

(f) Il-paragrafu 5 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala paragrafu 6.

(g) Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 4:

‘5. L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi f'paragrafu 6(c), mingħajr id-dritt ta' vot, fil-partijiet relevanti taż-ŻEE tal-Kumitat dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-Kumitat ISA), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta' dak il-programm, f'dak li jirrigwarda partijiet tal-programm dwar il-proġett releventi taż-ŻEE.

(h) L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-paragrafu 6:

‘(c) sabiex jipparteċipa mill-1 ta' Jannar 2010:

- 32009 D 0922 : Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 260, 3.10.2009, p.20).'[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[2] ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

[3] ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[4] ĠU L …

[5] ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

* [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.] [Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikati.]