52006PC0864

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistika dwar l-akkwakoltura mill-Istati Membri /* KUMM/2006/0864 finali - COD 2006/0286 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 864 finali

2006/0286 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistika dwar l-akkwakoltura mill-Istati Membri

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1) Kuntest tal-proposta

- Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja attwali msejsa fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 dwar is-sottomissjoni ta’ l-Istati Membri ta’ statistiċi dwar il-produzzjoni ta’ l-akkwakoltura tirrikjedi lill-Istati Membri jressqu lill-Kummissjoni d- data annwali dwar il-volum tal-produzzjoni ta’ l-akkwakoltura. Madankollu, minn mindu ġiet adottata l-leġiżlazzjoni, l-akkwakoltura kibret ħafna (bħalissa tikkontribwixxi għal 27% tal-valur għat-total tal-produzzjoni tas-sajd totali ta’ l-UE) u l-iżvilupp u t-tmexxija razzjonali ta’ l-akkwakoltura skond il-Politika Komuni tas-Sajd jirrikjedu firxa usa’ ta’ data dwar dan is-settur.

- Il-kuntest ġenerali

L-għan tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-istatistika ta’ l-akkwakoltura hu r-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq għall-prodotti ta’ l-akkwakoltura.

Din il-proposta ġiet żviluppata b’mod parallel mal-proposta mid-Direttorat-Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi (DĠ FISH) għal Regolament ta' qafas rivedut għall-Ġbir tad- Data (DCR). Il-Kummissjoni se tissokta tiżgura li l-kunċetti u d-definizzjonijiet użati f’din il-proposta dwar l-istatistika ta’ l-akkwakoltura li jkopru karatteristiċi, b’mod partikolari strutturali, tas-settur ikunu kompatibbli ma’ dawk fil-leġiżlazzjoni tal-ġejjieni li timplimenta r-regolament DCR li se jiffoka fuq l-aspetti ekonomiċi tas-settur.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-proposta hi mfassla biex ittejjeb u tieħu post il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 dwar is-sottomissjoni ta’ l-Istati Membri ta’ statistika dwar il-produzzjoni ta’ l-akkwakoltura għandu jiġi rrevokat.

- Il-konsistenza ma’ l-għanijiet u l-politiki l-oħra ta’ l-Unjoni

L-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament se jgħin għal kisba ta’ data aħjar għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija tal-Kummissjoni għal żvilupp sostenibbli ta’ l-akkwakoltura Ewropea (COM/2002/0511).

2) Il-Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-istima ta’ l-impatt

- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin immirati u l-profil ġenerali ta’ min iwieġeb

L-ispeċjalisti ta’ l-istatistika nazzjonali tas-sajd ġew ippreżentati b’dokument ta’ ħidma li jistabbilixxi l-kontenut tekniku ta’ din il-proposta u ddiskutewh. Dan id-dokument ġie żviluppat b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-Direttorat-Ġenerali għas-Sajd biex ikun żgurat li jkopri d- data meħtieġa għall-akkwakoltura sabiex jiżviluppa u jmexxi l-Politika Komuni tas-Sajd.

Taqsira tar-reazzjonijiet, u kif tqiesu

Wara bosta reviżjonijiet sabiex jitqiesu l-pariri u l-kummenti mid-diskussjonijiet, l-esperti nazzjonali tas-sajd waslu għal ftehim ġenerali dwar il-kontenut tekniku tal-proposta.

- Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert

Setturi xjentifiċi/ta’ kompetenza kkonċernati

Ir-rappreżentanti nazzjonali fil-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ l-Eurostat dwar l-Istatistika tas-Sajd kienu esperti b’għarfien tal-leġiżlazzjoni eżistenti u tas-sistemi nazzjonali għall-ġbir u l-kompilazzjoni ta’ l-istatistika tas-sajd b’mod ġenerali u, f’bosta każi, ta’ l-akkwakoltura b’mod partikolari.

Metodoloġija użata

Diskussjoni miftuħa bejn l-esperti nazzjonali kemm bilateralment kif ukoll f’laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istatistika tas-Sajd.

Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

L-esperti kienu mill-ministeri nazzjonali tas-sajd u/jew mill-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika.

Taqsira tal-parir mogħti u użat

Ma ssemmew l-ebda riskji potenzjali serji b’konsegwenzi irriversibbli.

Għalkemm din il-proposta testendi l-leġiżlazzjoni eżistenti, l-ebda riskji ma ġew identifikati.

Mezzi użati biex il-parir ta’ l-espert ikun disponibbli għall-pubbliku

Ir-riżultati tad-diskussjonijiet ta’ l-esperti kienu inklużi fil-minuti tal-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ l-Istatistika tas-Sajd.

- L-istima ta’ l-impatt

Għalkemm din il-proposta tinvolvi xogħol supplimentari għall-Istati Membri, il-piż amministrattiv żejjed għas-settur u l-Istati Membri ġie llimitat bi:-

- permess ta’ l-użu ta’ metodi għat-teħid ta’ kampjuni fejn ċensiment sħiħ ikun ta’ piż,

- provvediment għal derogi fejn il-provvista ta’ data f’setturi partikolari tista' toħloq diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali

- tnaqqis tat-trażmissjoni tad- data għal darba kull tliet snin fejn l-ispejjeż annwali jkunu insinifikanti.

3) L-elementi legali tal-proposta

- It-taqsira ta’ l-azzjoni proposta

L-għan tal-proposta hu li tagħmel mod sabiex l-Istati Membri:

- jressqu d- data kull sena dwar il-volum u l-valur tal-produzzjoni mill-akkwakoltura mqassma skond l-ispeċi, l-ambjent (ilma ħelu jew ilma mielaħ) u t-teknoloġija (pereżempju, f’għadajjar jew gaġeġ):

- jressqu d- data kull tliet snin dwar il-kontribut għall-akkwakoltura msejsa fuq il-qbid, jiġifieri l-volum u l-valur tal-prodotti tas-sajd meħuda min-natura u mqiegħda f’unitajiet ta’ l-akkwakoltura għat-trobbija sa l-istat fejn jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

- jressqu d-d ata kull tliet snin dwar il-produzzjoni tal-mafqas imqassma sabiex turi l-prodotti li għandhom jintużaw għat-trobbija fl-unitajiet ta’ l-akkwakoltura jew dawk meħlusa fin-natura pereżempju għar-riforniment tal-ħut fl-ilmijiet.

- jressqu d-d ata kull tliet snin dwar l-istruttura ta’ l-irziezet ta’ l-akkwakoltura, li tagħti tagħrif dwar it-teknoloġija użata u d-daqs ta’ l-irziezet.

- Il-bażi legali

L-Artikolu 285 tat-Trattat KE jipprovdi l-bażi legali ta’ l-istatistika Komunitarja. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi skond il-proċedura ta’ ko-deċiżjoni, jista’ jadotta miżuri għall-produzzjoni ta’ l-istatistika fejn meħtieġ għall-prestazzjoni ta’ l-attivitajiet Komunitarji. L-istess Artikolu jistabbilixxi r-rekwiżiti marbuta mal-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, u jistipula li għandhom ikunu konformi mal-livelli ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività fl-infiq u kunfidenzjalita’ statistika.

- Il-prinċipju tas-Sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja(in):

Azzjoni mill-Istati Membri waħedhom ma tkunx biżżejjed biex tiżgura l-provvista ta’ l-istatistika kumparabbli meħtieġa għall-iżvilupp u s-sorveljanza ta’ politiki tal-Komunità ġusti u effettivi dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakoltura. L-importanza, li kull ma tmur tiżdied, ta’ dan is-settur tfisser li tinħtieġ statistika affidabbli u kumparabbli mill-Istati Membri. Azzjoni meħuda mill-Istati Membri waħedhom, mingħajr koordinazzjoni u armonizzazzjoni fil-livell ta’ l-Unjoni, tkun approċċ ineffiċjenti u ineffettiv biex jiġi sodisfatt dan il-bżonn. B’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE, l-għan tal-proposta, bażikament il-produzzjoni sistematika ta’ data dwar il-produzzjoni ta’ l-akkwakoltura għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja armonizzata, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri li qed jaġixxu separatament u jista’ għalhekk jitwettaq aħjar mill-Komunità.

L-esperjenza wriet li dawn l-aħħar snin l-Istati Membri saru aktar u aktar konxji mill-bżonn ta’ data dwar l-akkwakoltura għalkemm jużaw varjetà ta’ kunċetti u definizzjonijiet bir-riżultat li d- data ma tistax titqabbel fuq livell ta’ l-UE. Dan inaqqas bil-kbir l-utilità tagħhom għat-tmexxija ta’ l-akkwakoltura fuq livell Komunitarju.

L-azzjoni Komunitarja se tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(in).

Ir-Regolament propost jipprovdi għal koordinazzjoni u armonizzazzjoni tad- data fuq livell ta’ l-UE u għall-awtoritajiet nazzjonali biex jippreżentaw rapporti fuq il-metodu użati biex jiġbruha u jikkompilawha. Il-kontenut u l-kwalità tad- data ppreżentata f’dawn ir-rapporti se jiġu rriveduti mill-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Istatistika tas-Sajd tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola. Soġġetti għall-approvazzjoni ta’ dawn ir-rapporti, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jitħallew jużaw tali metodi għall-ġbir tad- data li huma addattati għall-istruttura tas-settur ta’ l-akkwakoltura fit-territorju tagħhom.

Għalkemm il-Kummissjoni hi fl-aqwa pożizzjoni biex torganizza l-ġbir ta’ l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri huma responsabbli mill-organizzazzjoni u l-ħidma tas-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja jipprovdi li l-istatistika Komunitarja għandha tkun iggvernata, inter alia , bil-prinċipji ta’ imparzjalità u kunfidenzjalità ta’ l-istatistika. L-imparzjalità timplika d-disponibbiltà ta’ l-istatistika, bl-anqas dewmien possibbli, għall-utenti kollha. Hija suġġetta għall-obbligu li d- data użata mill-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni għall-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja titqies kunfidenzjali meta jippermettu lill-unitajiet ta’ l-istatistika li jkunu identifikati, direttament jew indirettament, u b’hekk jikxfu informazzjoni individwali. L-awtoritajiet nazzjonali jridu jissottomettu rapporti metodoloġiċi li huma riveduti mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istatistika tas-Sajd biex jivvalutaw il-kwalità tas-sistemi nazzjonali għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tad- data .

L-analiżi ta’ l-akkwakoltura fil-Komunità għandha titwettaq fuq livell ta’ l-UE bl-użu ta’ data nazzjonali komparabbli u armonizzata.

Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

- Il-Prinċipju tal-Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba din/dawn ir-raġuni(jiet).

Huwa rikonoxxut li hemm varjazzjonijiet kbar fl-istrutturi ta’ l-akkwakoltura fl-Istati Membri u għaldaqstant hemm differenzi fil-ħidmiet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali biex jiġbru u jikkumpilaw id- data dwar il-volumi u l-valur tal-prodotti ta’ l-akkwakoltura. B’hekk, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw il-metodi għall-ġbir tad- data li huma xierqa għall-istruttura u d-daqs tas-settur ta’ l-akkwakoltura tagħhom. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jitwettaq dan l-għan u ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dan l-iskop.

Għalkemm il-piż finanzjarju u amministrattiv fuq l-awtoritajiet nazzjonali se jkun akbar minn taħt il-leġiżlazzjoni preżenti, l-użu xieraq mill-awtoritajiet nazzjonali tal-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni permessi taħt din il-proposta għandu jillimita dan il-piż żejjed.

- L-għażla ta’ strumenti

Strument propost: Regolament

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja(in):

L-għażla tal-kategorija addattata għal att tal-PE/Kunsill tiddependi fuq l-għan leġiżlattiv. Minħabba t-tagħrif meħtieġ fuq livell Ewropew, it-tendenza għall-istatistika Komunitarja kienet li jintużaw Regolamenti minflok Direttivi għal atti bażiċi. Regolament huwa preferibbli minħabba li jistipula l-istess liġi madwar il-Komunità, u ma jħallix lill-Istati Membri japplikawha b’mod mhux komplut jew selettiv; huwa applikabbli direttament, li jfisser illi m’hemmx bżonn li jiġi traspost fil-liġi nazzjonali. Min-naħa l-oħra, Direttiva timmira li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali. Hija timponi għanijiet li jorbtu fuq l-Istati Membri iżda tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-għażla ta’ kif jiksbu l-għanijiet miftehma fuq livell Komunitarju; iridu jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali. L-użu ta’ Regolament hu konformi ma' atti legali oħra dwar l-istatistika li ġew adottati sa mill-1997.

4) L-implikazzjoni baġitarja

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità.

5) Tagħrif supplimentari;

- Simulazzjoni, fażi pilota u perjodu tranżitorju

Se jiġi propost perjodu tranżitorju

- Simplifikazzjoni

Il-proposta ma tissimplifikax il-leġiżlazzjoni eżistenti iżda tkabbarha.

Madankollu, il-proposta tippermetti l-użu ta’ proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni biex jiġi llimitat ix-xogħol żejjed fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Il-proposta tipprovdi wkoll għall-għoti ta’ derogi minn dawn il-partijiet tal-proċess tal-ġbir tad- data li jikkaġunaw problemi partikolari għall-awtoritajiet nazzjonali.

Il-proposta għandha wkoll l-istess ambitu u ġeneralment hi kompatibbli mal-kwestjonarju ta’ l-akkwakoltura tal-FISHSTAT AQ ta’ l-Organizzazzjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti, li għadd ta’ Stati Membri ta’ l-UE diġà mlew.

Il-proposta hija inkluża fil Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni u taħt in-numru ta’ referenza 2006/ESTAT/012.

- Revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni ta’ proposta twassal għal revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti.

- Iż-Żona Ekonomika Ewropea

Il-proposta hi relevanti għaż-ŻEE u għalhekk għandha tiġi estiza għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

2006/0286 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistika dwar l-akkwakoltura mill-Istati Membri (Test b’relevanza għall–EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[2],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 tat-22 ta’ April 1996 dwar is-sottomissjoni ta’ l-Istati Membri ta’ statistika dwar il-produzzjoni ta’ l-akkwakoltura[3] jirrikjedi lill-Istati Membri li jressqu lill-Kummissjoni d- data annwali dwar il-volum tal-produzzjoni ta’ l-akkwakoltura.

(2) Iż-żieda fil-kontribut mill-akkwakoltura għall-produzzjoni Komunitarja totali tas-sajd teħtieġ firxa usa’ ta’ data għal żvilupp u tmexxija razzjonali ta’ dan is-settur fi ħdan il-Politika Komuni tas-Sajd.

(3) Jinħtieġ tagħrif kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-valur tal-produzzjoni biex jiġi rrivedut u vvalutat is-suq għall-prodotti ta’ l-akkwakoltura.

(4) Jintħieġ tagħrif dwar l-istruttura tas-settur u t-teknoloġiji użati biex tiġi żgurata industrija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 788/96 għandu għalhekk jiġi rrevokat.

(6) L-għan ta’ l-azzjoni ppjanata li għandha tittieħed hu t-twaqqif ta’ qafas legali komuni għal produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika Komunitarja dwar is-settur ta’ l-akkwakoltura. Peress li dan l-għan ma jistax jintlaħaq biżżejjed fuq livell nazzjonali imma jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat; skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-istess Artikolu. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak illi jinħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan.

(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja[4] jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika fil-qasam tas-sajd. B’mod partikolari jeħtieġ konformità mal-prinċipji ta’ l-imparzjalità, l-affidabbiltà, ir-relevanza, l-effettività fl-infiq, il-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika u t-trasparenza.

(8) Peress li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [5]

(9) B’mod partikolari, għandhom jingħataw setgħat lill-Kummissjoni biex taddatta l-Annessi ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri ta’ ambitu ġenerali, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali jew jikkompletaw dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju, stabbilita skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

(10) Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola imwaqqaf mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE tal-31 ta’ Lulju 1972 li twaqqaf Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola [6]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Obbligi ta’ l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni statistika annwali dwar l-attivitajiet kollha ta’ l-akkwakoltura mwettqa fit-territorji tagħhom, fuq l-art jew fil-baħar.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. "Akkwakoltura" tfisser it-tkabbir jew il-koltivazzjoni ta’ organiżmi akkwatici bl-użu ta' metodi mfassla biex iżidu l-produzzjoni ta' l-organiżmi kkonċernati lil hinn mill-kapaċità naturali ta' l-ambjent; l-organiżmi jibqgħu l-proprjetà ta' persuna naturali jew legali tul l-istadju ta' tkabbir jew koltivazzjoni, sakemm jibda jew inkluż ukoll iż-żmien tal-ħsad[7];

2. "Akkwakoltura msejsa fuq il-qbid" tfisser il-prattika tal-ġbir min-natura ta’ materjal "żerriegħa", mit-tnissil għal ħajja adulta, u t-tkabbir sussegwenti sakemm jinkiseb daqs tajjeb għat-tqegħid fis-suq permezz tal-metodi ta’ l-akkwakoltura.

3. "Produzzjoni" tfisser l-ammont tal-prodotti primarji li jirriżulta mis-settur ta’ l-akkwakoltura. Tista’ tinvolvi l-użu ta’ metodi intensivi jew estensivi u tinkludi l-produzzjoni għal raġunijiet industrijali.

4. "Volum" tfisser:

1. għal ħut, krustaċji u molluski u organiżmi akkwatiċi oħrajn (ħlief għall-pjanti), il-piż ħaj ekwivalenti tal-prodott (f’tunnellati). Għall-molluski, dan għandu jinkludi l-piż tal-qoxra.

2. għall-pjanti akkwatiċi, il-piż tal-prodott frisk (f’tunnellati).

5. "Valur ta’ l-unità" tfisser il-valur totali tal-produzzjoni (li jeskludi taxxa fatturata fuq il-valur miżjud) fl-ewwel bejgħ, espress fil-munita nazzjonali użata fil-pajjiż relevanti, diviża bil-volum totali tal-produzzjoni.

Artikolu 3

Il-Kumpilazzjoni ta’ l-istatistika

1. L-Istati Membri jistgħu jużaw stħarriġiet bil-kampjuni jew sorsi relevanti oħra biex jipproduċu data li tkopri mill-inqas 90% tal-produzzjoni skond il-volum: tista' tingħata stima għad- data li tkopri l-parti li jifdal tal-produzzjoni.

2. L-użu ta’ sorsi li mhumiex istħarriġiet għandhom ikunu suġġetti għat-twettiq ta’ valutazzjoni ex-post tal-kwalità ta' l-istatistika tas-sorsi l-oħrajn.

3. Stat Membru li għandu produzzjoni totali annwali ta’ anqas minn 500 tunnellata jista’ jissottometti taqsira tad- data li tagħti stima tal-produzzjoni totali.

Artikolu 4

Data

L-istatistika għandha x’taqsam mas-sena kalendarja ta’ referenza u għandha tindika:

- il-produzzjoni (volum u valur ta’ l-unità) ta’ l-akkwakoltura għal kull speċi skond l-ambjent (ilma ħelu jew ilma mielaħ) u skond it-teknoloġija;

- il-kontribut (volum u valur ta’ l-unità) għall-akkwakoltura msejsa fuq il-qbid;

- il-produzzjoni ta' l-imfaqas li jipproduċu materjal (pereżempju bajd jew ħut żgħir) għall-ħelsien f’ambjent ikkontrollat jew fin-natura.

- tagħrif dwar l-istruttura tas-settur ta' l-akkwakoltura.

Artikolu 5

Il-preżentazzjoni tad- data ta’ l-istatistika

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istatistika msemmija fl-Annessi I, II u III lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur minn tmiem is-sena kalendarja ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2007.

Mid- data għas-sena 2007 u f’intervalli ta’ tliet snin wara dan, l-istatistika dwar l-istrutturi msemmija fl-Anness IV għandha tiġi ppreżentata fi żmien disa' xhur minn tmiem is-sena kalendarja ta’ referenza.

Il-varjabbli li għalihom għandha tiġi ppreżentata l-istatistika u l-format li fih għandha tiġi ppreżentata huma indikati fl-Annessi I, II, III u IV.

Id-definizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-varjabbli huma indikati fl-Anness V.

Artikolu 6

Rapport metodoloġiku

1. Waqt l-ewwel preżentazzjoni tad- data , l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dettaljat metodoloġiku li jiddeskrivi kif ġiet miġbura u kkompilata d- data . Dan ir-rapport għandu jinkludi d-dettalji ta’ kwalunkwe metodi tat-teħid ta’ kampjuni, u s-sorsi użati li mhumiex stħarriġiet u valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-istimi li jirriżultaw. Format propost għar-rapporti metodoloġiċi hu indikat fl-Anness VI.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-grupp ta’ ħidma relevanti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola stabbiliet mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola").

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta taħt il-paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni tiegħu.

Artikolu 7

Perjodu tranżitorju

Perjodi tranżitorji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li ma jdumux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, jistgħu jingħataw lill-Istati Membri skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 8

Derogi

1. F’każijiet fejn l-inklużjoni ta’ l-istatistika ta’ settur partikolari ta’ l-attivitajiet ta’ l-akkwakultura toħloq, lill-awtoritajiet nazzjonali, diffikultajiet sproporzjonati ma’ l-importanza tas-settur, tista’ tingħata deroga skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(2), li tippermetti lill-Istati Membri jeskludu d- data li tkopri lil dak is-settur mid- data nazzjonali ppreżentata jew biex jużaw metodi ta’ teħid ta’ kampjuni biex jiġbru d- data għal dak is-settur.

2. L-Istati Membri għandhom isostnu kull talba għal deroga, li għanda ssir qabel id-data ta’ l-għeluq għall-ewwel preżentazzjoni tad- data , billi jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-problemi li ltaqgħu magħhom tul l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk bidla fil-qagħda għall-ġbir tad- data toħloq diffikultajiet li ma kinux previsti għall-awtoritajiet nazzjonali, talba ġġustifikata kif xieraq għal deroga tista’ tiġi ppreżentata mill-Istati Membri wara d-data ta’ l-għeluq għall-ewwel preżentazzjoni tad- data .

Artikolu 9

Aġġornament ta’ l-Annessi

Il-bidliet tekniċi se jsiru lill-Anness skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(3).

Artikolu 10

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqies l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqies l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 11

Rapport

Fi żmien tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull tliet snin minn dak in-nhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kkompilata skond dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, dwar ir-relevanza u l-kwalità tagħhom.

Ir-rapport għandu janaliża wkoll ir-rapport bejn l-ispiża u l-effettività tas-sistema għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ l-istatistika u jissuġġerixxi l-aħjar prassi biex jitnaqqas ix-xogħol għall-Istati Membri u jittejbu l-utilità u l-kwalità tad- data .

Artikolu 12

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 788/96 huwa b’hekk irrevokat.

Referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara li jkun ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[ ] [ ]

ANNESS I

Produzzjoni mill-akkwakoltura

Pajjiż: Sena:

Speċi kkultivati | Koltura ta’ l-ilma ħelu | Koltura ta’ l-ilma mielaħ | Total |

Kodiċi 3-alpha | Isem nazzjonali | Isem xjentifiku: | Żona maġġuri FAO | Volum (tunnellati metriċi) | Valur ta’ l-unità (munita nazzjonali) | Volum (tunnellati metriċi) | Valur ta’ l-unità (munita nazzjonali) | Volum (tunnellati metriċi) | Valur ta’ l-unità (munita nazzjonali) |

ĦUT (piż ħaj) |

Għadajjar |

Tankijiet |

Għeluq u reċinti |

Gaġeġ |

Korsi |

Sistemi ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid |

Metodi oħra |

Speċi kkultivati | Koltura ta’ l-ilma ħelu | Koltura ta’ l-ilma mielaħ | Total |

Kodiċi 3-alpha | Isem nazzjonali | Isem xjentifiku: | Żona maġġuri FAO | Volum (tunnellati metriċi) | Valur ta’ l-unità (munita nazzjonali) | Volum (tunnellati metriċi) | Valur ta’ l-unità (munita nazzjonali) | Volum (tunnellati metriċi) | Valur ta’ l-unità (munita nazzjonali) |

KRUSTAĊJI (piż ħaj) |

Għadajjar |

Tankijiet |

Għeluq u reċinti |

Metodi oħra |

MOLLUSKI (piż ħaj) |

Fil-qiegħ |

’Il fuq mill-qiegħ |

Metodi oħra |

ALKA (piż meta mxarrba) |

ORGANIŻMI AKKWATIĊI OĦRAJN (piż ħaj) |

ANNESS II

Provvista ta’ materjal għall-akkwakoltura msejsa fuq il-qbid

Pajjiż: Sena:

Speċi | Unità (speċifika) | Valur (fil-munita nazzjonali) |

Kodiċi 3-alpha | Isem nazzjonali | Isem xjentifiku: |

a) Numru jew tunnellati

ANNESS III

Ammont totali ta' l-imfaqas

Pajjiż: Sena:

Speċi | Stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja | Numru (miljuni) |

Kodiċi 3-alpha | Isem nazzjonali | Isem xjentifiku: | Bajd a) | Ħut żgħir a) | Ittrasferit għal ambjent ikkontrollat (għat-tkabbir) | Meħlus fin-natura b) | Maħsub għall-ipproċessar (eżempju il-kavjar) | Destinazzjoni mhux magħrufa | Total |

a) Daħħal "X" Fil-kolonna addattata

b) Volontarju

ANNESS IV

Data dwar l-istruttura tas-settur ta’ l-akkwakoltura

Pajjiż: Sena:

Metodu ta’ koltivazzjoni | Żona maġġuri FAO | Koltura ta’ l-ilma ħelu a) | Koltura ta’ l-ilma mielaħ a) | Totala) |

m3 f’ 000 | Ettari | m3 f’ 000 | Ettari | m3 f’ 000 | Ettari |

ĦUT |

Għadajjar |

Tankijiet |

Għeluq u reċinti |

Gaġeġ |

Korsi |

Sistemi ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid |

Metodi oħra |

Metodu ta’ koltivazzjoni | Żona maġġuri FAO | Koltura ta’ l-ilma ħelu a) | Koltura ta’ l-ilma mielaħ a) | Totala) |

m3 f’ 000 | Ettari | m3 f’ 000 | Ettari | m3 f’ 000 | Ettari |

KRUSTAĊJI |

Għadajjar |

Tankijiet |

Għeluq u reċinti |

Metodi oħra |

MOLLUSKI |

Fil-qiegħ |

’Il fuq mill-qiegħ |

Metodi oħra |

ALKA |

ORGANIŻMI AKKWATIĊI OĦRAJN |

a) Daħħal id-daqs tal-faċilitajiet fil-kolonna addattata ("m3 f’ 000" jew "Ettari")

ANNESS V

Definizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-preżentazzjoni tad- data ta’ l-akkwakoltura

Koltura ta’ l-ilma ħelu tfisser il-koltivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi fejn il-prodott finali jitrabba fl-ilma ħelu.

Koltura ta’ l-ilma mielaħ jew marikoltura tfisser kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi fejn il-prodott finali jitrabba f’ilma salmastru jew ilma baħar.

Ilma ħelu tfisser l-ilmijiet ta’ xmajjar, xmajjar żgħar, lagi, għadajjar, tankijiet u postijiet magħluqa oħra fejn l-ilma għandu salinità kostanti negliġibbli.

Ilma mielaħ tfisser l-ilma fejn l-imluħa hi sinifikanti. Dan jista’ jkun l-ilma fejn l-imluħa hi għolja b’mod kontinwu (pereżempju l-ilma ta’ l-ibħra) jew fejn l-imluħa hi sinifikanti iżda mhux fuq livell għoli kostanti: l-imluħa tista’ tkun soġġetta għal varjazzjoni perjodika konsiderevoli minħabba l-influss ta’ ilma ħelu jew ta’ ilma ta’ l-ibħra.

Speċi tfisser l-ispeċi tal-ħut, tal-krustaċji, tal-molluski u tal-pjanti akkwatiċi u ta’ organiżmi akkwatiċi oħrajn identifikati bl-użu tal-kodiċi internazzjonali alpha-3. Lista sħiħa ta’ dawn il-kodiċijiet tinsab fil-fajl ASFIS ta’ l-FAO (http://www.fao.org/fi/statist/fisoft/asfis/asfis.asp)

Żoni maġġuri ta’ l-FAO tfisser.

Kodiċi | Żona |

05 | Ilmijiet interni (l-Ewropa) |

27 | L-Atlantiku tal-Grigal |

37 | Il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed |

Għadajjar tfisser ammont ta’ ilma relattivament baxx u normalment ta’ daqs żgħir li mhux ġieri jew li għandu rata baxxa ta’ bdil ta' l-ilma, ta’ spiss magħmul b’mod artifiċjali, iżda din tista’ tapplika wkoll għal għadajjar naturali, għadajjar żgħar fix-xaqliba tal-muntanja, meres jew lagi żgħar.

Tankijiet: tfisser strutturi li jżommu l-ħut jew l-ilma, normalment fuq l-art, tipikament b’rata ta’ bidla ta’ l-ilma għolja u ambjent ferm ikkontrollat.

Imfaqas tfisser il-postijiet għal trobbija , tfaqqis jew tnissil artifiċjali mill-ewwel stadji tal-ħajja ta’ l-annimali, ħut tal-ġewnaħ, molluski u krustaċji b’mod partikolari. Normalment, fit-trobbija tal-ħut, l-imfaqas u n- nurseries huma assoċjati mill-qrib. Min-naħa l-oħra, fit-trobbija tal-ħut bil-qoxra, nurseries speċifiċi huma komuni, fejn il-larva mnissla fl-imfaqas huma mkabbra sakemm ikunu lesti għar-riforniment fiż-żoni tat-tħaxxin (fejn jitkabbru).

Il-biedja tfisser tip ta’ intervenzjoni fil-proċess tat-trobbija biex titjieb il-produzzjoni, bħar-riforniment, it-tmigħ u l-ħarsien mill-predaturi regolari u tinvolvi proprjetà individwali jew ta’ entità ta' l-istokk li qiegħed jiġi kkoltivat.

Għeluq u reċinti jfissru żoni ta’ ilma magħluqa minn xbieki u barrieri oħra li jippermettu l-bidla ta’ ilma mhux kontrollat u distinti mill-fatt li l-għeluq jokkupa l-kolonna sħiħa ta’ l-ilma bejn is-sustrat u l-wiċċ; reċinti u għeluq normalment jagħlqu volum relattivment imdaqqas ta’ ilma.

Gaġeġ tfisser strutturi ta’ għeluq miftuħa jew mgħottija mibnija minn xibka, jew kwalunkwe materjal poruż li jippermetti għall-bidla naturali ta’ l-ilma. Dawn l-istrutturi jistgħu jkunu f’wiċċ l-ilma, sospiżi jew imwaħħlin mas-sustrat iżda xorta jħallu l-bidla ta’ l-ilma mill-qiegħ.

Korsi tfisser unitajiet artifiċjali mibnija fuq u taħt l-art li jippermettu rati għoljin ta’ bidla ta’ l-ilma.

Sistemi ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid tfisser sistemi fejn l-ilma jintuża mill-ġdid wara xi tip ta’ trattament (pereżempju fit-tisfija ta' l-ilma).

Trasferit lejn ambjent ikkontrollat tfisser il-ħelsien apposta għal prassi oħrajn ta’ l-akkwakoltura.

Meħlus fin-natura tfisser il-ħelsien apposta għar-riforniment ta’ ħut fix-xmajjar, lagi u ilmijiet oħrajn għajr għal għanijiet ta’ l-akkwakoltura. Dan jinkludi l-ħelsien ta’ ħut u organiżmi akkwatiċi oħrajn għall-"mergħa marittima". Dan il-ħut meħlus jista’ mbagħad ikun disponibbli għall-qbid mill-operazzjonijiet tas-sajd.

Mergħa marittima tfisser il-ħelsien ta’, normalment, ħut tal-gewnaħ, krustaċji jew molluski żgħar minn postijiet ta’ koltura għat-tkabbir sakemm jilħqu d-daqs tajjeb għat-tqegħid fis-suq jew sakemm jimmaturaw fl-ambjent naturali. L-ispeċi użati huma normalment migratorji (pereżempju s-salamun) u jiġu lura qrib il-punt tal-ħelsien fejn jidħlu fl-industrija tas-sajd lokali, jew inkella mhumiex migratorji u jibqgħu għall-inqas proporzjon sostanzjali taċ-ċiklu tal-ħajja f’żona limitata fejn jidħlu l-industrija tas-sajd lokali.

Valur ta’ l-unità tfisser il-valur totali (għajr it-taxxa fatturata fuq il-valur miżjud) tal-produzzjoni (fil-munita nazzjonali) diviża bil-volum totali tal-produzzjoni (f’tunnellati tal-piż ħaj ekwivalenti). F’każijiet fejn ma tinsabx data għall-produzzjoni totali, il-valur ta’ l-unità jista’ jitqies minn kampjun rappreżentattiv tal-produzzjoni.

ANNESS VI

Format għar-rapporti metodoloġiċi tas-sistemi nazzjonali għall-istatistika ta’ l-akkwakoltura.

1. Organizzazzjoni tas-sistema nazzjonali għall-istatistika ta’ l-akkwakoltura.

- L-awtoritajiet responsabbli mill-ġbir u l-ipproċessar tad- data u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

- Il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ġbir tad- data ta’ l-akkwakoltura.

- L-unità responsabbli mit-trasmissjoni tad- data lill-Kummissjoni.

2. Il-metodu għall-ġbir, l-ipproċessar u l-kumpilazzjoni tad- data ta’ l-akkwakoltura.

- Indika s-sors ta’ kull tip ta’ data .

- Iddeskrivi l-metodi użati għall-ġbir tad- data (pereżempju l-kwestjonarji bil-posta, l-intervisti personali, iċ-ċensimenti jew it-teħid ta’ kampjuni, u l-frekwenza ta’ l-istħarriġiet) għal kull parti tas-settur ta’ l-akkwakoltura.

- Iddeskrivi kif id- data tiġi pproċċessata u kkompilata u kemm idum dan il-proċess.

3. Affidabbiltà u rappreżentattività tad- data .

- Jekk il-metodi tat-teħid ta’ kampjuni jintużaw għal ċerti elementi tad- data , iddeskrivi l-metodi użati, u agħti stima tal-livell ta’ użu u l-affidabbiltà ta’ tali metodi.

- Indika kwalunkwe nuqqasiijiet tas-sistemi nazzjonali, metodi ta’ kif jiġu solvuti u, fejn meħtieġ, l-iskeda għal tali azzjonijiet korrettivi.

[1] ĠU C [], [], p. [].

[2] ĠU C [], [], p. [].

[3] ĠU L 108, 1.5.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[4] ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[6] ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.

[7] ĠU L 223, 15.8.2006, p.1. Ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006