<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600510301.case.xml"><NO.CASE>C-158/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0158</NO.CELEX><NO.SEQ>0009.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5114</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5126</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070621">21.6.2007</DATE> — KAWŻA C-158/06</LEFT><RIGHT>ROM-PROJECTEN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070621">21 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-158/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (l-Olanda), permezz ta deċiżjoni tas-<DATE ISO="20060316">16 ta' Marzu 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20060323">23 ta' Marzu 2006</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Stichting ROM-projecten,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Staatssecretaris van Economische Zaken,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Schintgen, President tal-Ħames Awla, aġent President ta' l-Ewwel Awla, A. Tizzano, A. Borg Barthet, M. Ilešič (relatur) u E. Levits, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-5115"?><P>Avukat Ġenerali: J. Mazàk,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-<DATE ISO="20070201">1 ta' Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Stichting ROM-projecten, minn J. Roeleveld, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C ten Dam, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn L. Flynn u A. Weimar, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni C(95) 1753 tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="19951016">16 ta' Ottubru 1995</DATE>, rigward l-għoti ta għajnuna mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) għal programm ta' ħidma fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja SME favur żoni eliġibbli skond l-Obbjettivi 1 u 2 fl-Olanda (aktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>deċiżjoni ta' għoti<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) u ta' l-Artikolu 249KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5116"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ppreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn il-Fondazzjoni taħt id-dritt Olandiz Stichting ROM-projecten (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>ROM-projecten<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u s-Staatssecretaris van Economische Zaken (is-Segretarju ta' l-Istat għall-affarjiet ekonomiċi, aktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Segretarju ta' l-Istat<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), fir-rigward ta' l-abrogazzjoni u tat-talba għar-rifużjoni ta' għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja favur l-impriżi żgħar u medji.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19940701">1 ta' Lulju 1994</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippubblikat il-Komunikazzjoni lill-Istati Membri li tiffissa l-prinċipji fundamentali tal-programmi operattivi jew tas-sussidji globali li l-Istati Membri huma mistiedna li jipproponu fil-kuntest ta' inizjattiva komunitarja fuq l-adattament ta' l-impriżi żgħar u medji għas-suq uniku (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="180" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="10">ĠU C 180, p. 10</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta' għoti tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>Il-programm ta' ħidma SME għall-Olanda adottat fir-rigward tal-perjodu bejn it-<DATE ISO="19941130">30 ta' Novembru 1994</DATE> u l-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>, li huwa elenkat fl-annessi ta' hawn taħt, li jkopri numru koerenti ta' miżuri multiannwali fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja SME favur żoni eliġibbli skond l-Obbjettivi 1 u 2 fl-Olanda, huwa bil-preżenti approvat</ALINEA></ARTICLE><P>[...]</P><?PAGE NO="I-5117"?><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART>Artikolu 6</TI.ART><ALINEA>L-għajnuna komunitarja tkopri l-infiq fuq l-attivitajiet li jitwettqu taħt dan il-programm li, fl-Istat Membru kkonċernat, jieħdu l-forma ta' impenji li jorbtu legalment u li għalihom ġew allokati l-finanzi neċessarji mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>. Id-data finali li fiha wieħed jista jieħu in kunsiderazzjoni l-infiq fuq dawn il-miżuri hija l-<DATE ISO="20011231">31 ta' Diċembru 2001</DATE>.</ALINEA></ARTICLE><P>[...]</P><ARTICLE IDENTIFIER="009"><TI.ART>Artikolu 9</TI.ART><ALINEA>Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' l-Olanda.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B'ittra tal-<DATE ISO="19990831">31 ta' Awwissu 1999</DATE>, ROM-projecten talbet lis-Segretarju ta' l-Istat l-għoti ta sussidju fil-kuntest ta' programm ta' ħidma SME għall-Olanda għall-progett imsemmi <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Kenniskaart Medische Technologie en Life Science<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> (Karta ta' konoxxenza fit-teknoloġija medika u xjenzi tal-ħajja).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5118"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta' deċiżjoni tad-<DATE ISO="19991229">29 ta' Diċembru 1999</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat ta' lill-ROMprojecten sussidju fil-kuntest ta' l-imsemmi programm li jammonta għal mhux aktar minn NLG <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>. Fost kundizzjonijiet oħra, kien previst li l-proġett kellu jitlesta fil-<DATE ISO="20001231">31 ta' Diċembru 2000</DATE>, u li l-infiq li jsir qabel l-<DATE ISO="20000101">1 ta' Jannar 2000</DATE> u wara l-31 ta Diċembru ta' l-istess sena ma jkunx eliġibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fuq talba ta' ROM-projecten, is-Segretarju ta' l-Istat iddepożita fil-kont ta' dan ta' l-aħħar, kemm fl-2000 kif ukoll fl-2001, ħlas bil-quddiem ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">80000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tal-<DATE ISO="20020711">11 ta' Lulju 2002</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat innotifika lil ROM-projecten li hija kienet naqset milli tikkonforma ruħha mal-kundizzjoni imposta fl-Artikolu 6 tad-deċiżjoni ta' għoti, li tgħid li l-impenji kellhom jitwettqu qabel il-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE> (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>kundizzjoni taż-żmien<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>). Il-kwistjoni jekk is-sussidju kellux, konsegwentement, jiġi ffissat għall-ammont ta' żero tressqet mis-Segretarju ta' l-Istat quddiem il-Kummissjoni, liema domanda ngħatatilha risposta informali fin-negattiv mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Fil-pendenza ta' konferma formali tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni, is-Segretarju ta' l-Istat iffissa, suġġett għall-riżerva ġenerali, is-sussidju fl-ammont ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">69788</FT>. Huwa wkoll talab lil ROM-projecten tirrifondi s-somma ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">90212</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20030227">27 ta' Frar 2003</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat iffissa l-għajnuna għal żero u talab lil ROM-projecten tirrifondi wkoll is-somma ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">69788</FT>, għar-raġuni li l-Kummissjoni qieset li l-impenji kellhom jitwettqu mill-benefiċjarju ta' l-għajnuna mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20030526">26 ta' Mejju 2003</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat ċaħad il-kontestazzjoni mressqa kontra d-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20020711">11 ta' Lulju 2002</DATE> u tas-<DATE ISO="20030227">27 ta' Frar 2003</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5119"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B sentenza tat-<DATE ISO="20040123">23 ta' Jannar 2004</DATE>, ir-Rechtbank te Roermond annulla d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20030526">26 ta' Mejju 2003</DATE>. Huwa ordna lis-Segretarju ta' l-Istat jadotta deċiżjoni ġdida dwar il-kontestazzjoni ppreżentata quddiemu.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20040816">16 ta' Awwissu 2004</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat iffissa l-ammont tas-sussidju għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">72604,84</FT>, għar-raġuni li ROM-projecten ma kinitx irrispettat il-kundizzjoni taż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-College van Beroep voor het bedrijfsleven, li ntalbet tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn ROM-projecten kontra din id-deċiżjoni, tistaqsi jekk is-Segretarju ta' l-Istat setax iressaq kontra ROM-projecten il-fatt li din ta' l-aħħar ma kinitx irrispettat din il-kundizzjoni. F'dan ir-rigward, hija tirrileva li, fid-dritt Olandiż, tali kundizzjoni tista' titressaq kontra benefiċjaru ta' sussidju biss jekk dan ikun ġie infurmat dwarha bil-quddiem. Din ir-regola toħroġ kemm mill-prinċipju ta' ċertezza legali kif ukoll mil-leġiżlazzjoni Olandiża. Issa, fil-każ preżenti, din il-kundizzjoni ma tidher la fid-deċiżjoni tad-<DATE ISO="19991229">29 ta' Diċembru 1999</DATE> meħuda mis-Segretarju ta' l-Istat u lanqas fil-kundizzjonijet annessi ma din ta' l-aħħar. Hija lanqas ma tidher flapplikazzjoni għas-sussidju u lanqas fin-nota ta' istruzzjonijiet li tiġi magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Min dan, il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li mill-perspettiva tal-liġi Olandiża waħedha, il-kundizzjoni ta' żmien ma tistax titrressaq kontra ROM-projecten. Madankollu, hija tistaqsi jekk din il-kundizzjoni tistax titressaq kontra ROM-projecten bis-saħħa tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-College van Beroep voor het bedrijfsleven iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><?PAGE NO="I-5120"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-deċiżjoni [ta' għoti] huwa ta' natura inkundizzjonata u biżżejjed ċar u preċiż biex ikun direttament applikabbli fl-ordinament ġuridiku nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-Domanda 1 hija fl-affermattiv:</TXT><P>L-Artikolu 249 KE għandu jiġi interpretat li jfisser li l-Artikolu 6 ta' din id-deċiżjoni għandu effett dirett, b'tali mod li jirrikjedi lill-individwu, bħala l-benefiċjarju finali, li jidħol għall-impenji kkontemplati f'dan ir-rigward u li jalloka speċifikament il-finanzi neċessarji sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19991231">31 ta Diċembru 1999</DATE>?</P></NP></ITEM></LIST><P>Jekk ir-risposta għad-Domanda 2 hija fl-affermattiv:</P><P>Meħud fid-dawl tal-prinċipji tad-dritt komunitarju, [l-obbligu ta' l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirkupraw il-fondi mitlufa bħala konsegwenza ta' irregolarità] jagħti lok lill-Istati Membri milli jastjenu millirkupru minħabba vjolazzjoni ta' dispożizzjoni fejn il-benefiċjarju tas-sussidju kkoncernat ma kienx jaf b'tali dispożizzjoni u ma jaħtix ta' dan-nuqqas ta' għarfien?<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Kunsiderazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura ta' kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja istitwita mill-Artikolu 234 KE, jaqa taħt il-kompetenza ta' din ta' l-aħħar li<?PAGE NO="I-5121"?> tagħti lil qorti nazzjonali risposta utili li tippermettilha taqta l-kawża li jkollha quddiemha. F'dan id-dawl, huwa obbligu, jekk inhu l-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha (sentenza tat-<DATE ISO="20060323">23 ta Marzu 2006</DATE>, FCE Bank, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2803">C-210/04, Ġabra p. I-2803</REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, il-qorti nazzjonali ssottomettiet it-tielet domanda tagħha b'mod sussidjarju, jiġifieri fl-ipoteżi fejn l-ewwel u t-tieni domandi jkunu eżaminati preċedentement u li risposta affermattiva tingħata lill-dawn ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li t-tielet domanda tista', bl-istess mod, tiġi eżaminata b'mod awtonomu u li risposta affermattiva għaliha tirrendi l-ewwel u t-tieni domandi inoperabbli. Fil-fatt, jekk wieħed jassumi li l-kundizzjonijet ta' għoti ta' għajnuna, fosthom il-kundizzjoni taż-żmien, għandhom jitqiesu li huma, fi kwalunkwe każ, mhux invokabbli kontra l-benefiċjarju finali minħabba li huma ma ġewx ikkomunikati lilu, m'hemmx lok li jiġi eżaminat jekk l-imsemmija kundizzjoni ta żmien hijiex inkundizzjonata, biżżejjed ċara u preċiża u kapaċi li timponi direttament obbligi fuq il-benefiċjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa opportun li t-tielet domanda tingħatalha risposta l-ewwel u li tiġi fformulata hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Meta l-kundizzjonijet ta' għoti ta' għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità lil Stat Membru jinsabu fid-deċiżjoni ta' għoti iżda qatt ma jkunu ġew la ppubblikati u lanqas ikkomunikati minn dak l-Istat Membru lill-benefiċjarju finali ta' l-għajnuna, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ċertezza legali sabiex tiġi eskluża r-rifużjoni min dan il-benefiċjaru ta' l-ammonti mħallsa indebitament?<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5122"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet domanda</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijet ippreżentati quddiem il-Qorti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>ROM-projecten issostni li ma kinitx taf bl-Artikolu 6 tad-deċiżjoni ta' għoti u li dan in-nuqqas ta' informazzjoni ma jistax jiġi invokat kontriha. Konsegwentement, il-prinċipji ta' protezzjoni ta' aspettattivi legittimi u ta' ċertezza legali jipprojbixxu r-rifużjoni ta' l-għajnuna finanzjarja li bbenefikat minnha. Fil-fatt, id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li dawn il-prinċipji jiġu applikati biex jeskludu tali rifużjoni, bil-kundizzjoni li l-interessi tal-Komunità jittieħdu in kunsiderazzjoni u li <HT TYPE="ITALIC">Vbona fide</HT> tal-benefiċjarju tkun stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż jenfasizza li d-dritt Komunitarju għandu jkun magħruf millindividwi u li l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun prevedibbli għal dawn ta' l-aħħar. Min dan, huwa jiddeduċi li l-kundizzjoni taż-żmien ma tistax tiġi invokata kontra ROM-projecten, peress li ma kinitx ġiet infurmata.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni wkoll tqis li l-kundizzjoni taż-żmien ma tistax tiġi invokata kontra ROM-projecten. Peress li l-qorti tar-rinviju kkonstatat li l-kundizzjoni taż-żmien ma ġietx mgħarrfa lil ROM-projecten u li din ta' l-aħħar ma taħtix għan-nuqqas ta' informazzjoni, il-prinċipju ta' ċertezza legali jipprekludi li din il-kundizzjoni tiġi invokata kontra ROM-projecten.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kawżi dwar l-irkupru ta' lammonti li jkunu tħallsu indebitament għandhom, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet<?PAGE NO="I-5123"?> Komunitarji, jiġu deċiżi mill-qrati nazzjonali skond id-dritt nazzjonali tagħhom, bla ħsara għall-limiti imposti mid-dritt Komunitarju, fis-sens li l-modalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali ma jistgħux iwasslu li l-irkupru ta' l-għajnuniet mogħtija indebitament ikun impossibbli jew eċċessivament diffiċili u li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha ssir b'mod mhux diskriminatorju meta mqabbla mal-proċeduri intizi biex jiġu applikati għall-kawżi nazzjonali ta' l-istess tip (sentenzi tal-<DATE ISO="19830921">21 ta' Settembru 1983</DATE>, Deutsche Milchkontor <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="205/82—215/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="2633">205/82 sa 215/82, Ġabra p. 2633, punt 19</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="19980512">12 ta' Mejju 1998</DATE>, Steff-Houlberg Export <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-366/95" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-2661">C-366/95, Ġabra p. I-2661, punt 15</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20020919">19 ta' Settembru 2002</DATE>, Huber, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-7699">C-336/00, Ġabra p. I-7699, punt 55</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma għandux jitqies li jmur kontra d-dritt Komunitarju l-fatt li d-dritt nazzjonali fil-qasam ta' l-irtirar ta' atti amministattivi u ta' l-irkupru ta' ammonti ta flus imħallsa indebitament mill-amministrazzjoni pubblika, jieħu in kunsiderazzjoni, flimkien mal-prinċipju ta' legalità, il-prinċipju ta' ċertezza legali, peress li dan ta' l-aħħar jagħmel parti mill-ordinament ġuridiku Komunitarju (sentenzi Deutsche Milchkontor <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il fuq, punt 30; tad-<DATE ISO="20011009">9 ta' Ottubru 2001</DATE>, Flemmer <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-80/99—C-82/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-7211">C-80/99 sa C-82/99, Ġabra p. I-7211, punt 60</REF.DOC.ECR>, u Huber, iċċitata aktar 'il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B'mod partikolari, dan il-prinċipju ta' ċertezza legali jeżiġi li l-legiżlazzjoni Komunitarja tippermetti lill-persuni interessati jkunu jafu b'ċertezza l-portata ta l-obbligi li hija timponi fuqhom (sentenzi ta' l-<DATE ISO="19981001">1 ta' Ottubru 1998</DATE>, Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-209/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-5655">C-209/96, Ġabra p. I-5655, punt 35</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20030520">20 ta' Mejju 2003</DATE>, Consorzio del Prosciutto di Parma u Salumificio S. Rita, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-108/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-5121">C-108/01, Ġabra p. I-5121, punt 89</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="20060221">21 ta' Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1609">C-255/02, Ġabra p. I-1609, punt 72</REF.DOC.ECR>). IIpartijiet fil-kawża għandhom ikunu jistgħu jagħrfu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u jieħdu l-miżuri b'riżultat ta' dan (sentenzi tat-<DATE ISO="19960213">13 ta' Frar 1996</DATE>, Van Es Douane Agenten, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-143/93" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-431">C-143/93, Ġabra p. I-431, punt 27</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20061026">26 ta' Ottubru 2006</DATE>, Koninklijke Cooperatie Cosun, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-248/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-10211">C-248/04, Ġabra p. I-10211, punt 79</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5124"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-ħtieġa ta' ċertezza legali hija meħtieġa b'ċerta rigorożità fil-każ ta' leġiżlazzjoni li tista' tinvolvi konsegwenzi finanzjarji (sentenzi tas-<DATE ISO="20060316">16 ta' Marzu 2006</DATE>, Emsland-Stàrke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2619">094/05, Ġabra p. I-2619, punt 43</REF.DOC.ECR>, u Koninklijke Cooperatie Cosun, iċċitata aktar 'il fuq, punt 79).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-każ preżenti, hekk kif joħroġ mill-Artikolu 9 tad-deċizjoni ta' għoti, ir-Renju ta' l-Olanda huwa l-uniku destinatarju ta' din id-deċiżjoni. Minkejja l-fatt li l-imsemmija deċiżjoni qatt ma ġiet ippubblikata u li kienet għalhekk magħrufa minnhom biss, l-awtoritajiet Olandiżi ma kkomunikawx il-kundizzjonijiet ta' għoti li jinsabu f'din ta' l-aħħar lil ROM-projecten.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn dan, fil-kuntest tad-deċiżjoni ta' għoti, bl-għoti ta' sussidju lil ROM-projecten fid-<DATE ISO="19991229">29 ta' Diċembru 1999</DATE>, jiġifieri jumejn biss qabel l-iskadenza tatterminu ffissat fl-Artikolu 6 ta' din id-deċiżjoni, mingħajr ma kien informa lil ROM-projecten b'dan iż-żmien, is-Segretarju ta' l-Istat ħoloq sitwazzjoni li twassal kważi neċessarjament għal nuqqas ta' rispett tal-kundizzjonijiet ta' għoti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-benefiċjarju finali ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja mhuwiex fpożizzjoni li jkun jaf mingħajr ambigwità ddrittijiet u l-obbligi tiegħu u li jimxi skond dan it-tagħri£</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif sostnew ROM-projecten, il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni, fsitwazzjoni bħal din, li fiha jinsab il-benefiċjarju finali, ikkaratterizzata bin-nuqqas ta' tagħrif tal-kundizzjonijiet misjuba fid-deċiżjoni ta' għoti, il-prinċipju ta' ċertezza legali jimpedixxi li dawn il-kundizzjonijet jiġu invokati kontra dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5125"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biss taħt il-kundizzjoni li l-imsemmi benefiċjarju kien in <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> fir-rigward tar-regolarità ta' l-użu ta' l-għajnuna finanzjarja li huwa jkun fpożizzjoni li jikkontesta l-irtirar u r-rifużjoni. Hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina jekk din il-kundizzjoni ġietx sodisfatta (ara f'dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19990716">16 ta Lulju 1999</DATE>, Oelmuhle u Schmidt Söhne, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-298/96" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-4767">C-298/96, Ġabra p. I-4767, punt 29</REF.DOC.ECR>, u Huber, iċċitata iktar 'il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi mfakkar li meta l-prinċipju ta' ċertezza legali jimpedixxi li benefiċjarju ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja jkun obbligat li jirrifondiha, linteress tal-Komunità li dik l-għajnuna tiġi rkuprata għandha, madankollu, tittieħed in kunsiderazzjoni (is-sentenza Huber, iċċitata aktar 'il fuq punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fsitwazzjoni bħal din, deskritta fil-kawża prinċipali, fejn in-nuqqas tar-rifużjoni ta' l-għajnuna mill-benefiċjarju hija dovuta għal negliġenza mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, jirriżulta mill-prinċipju ta' kooperazzjoni li jinsab fl-Artikolu 10 KE li l-Istat Membru kkonċernat jista' jinżamm finanzjarjament responsabbli ta' l-ammonti mhux irkuprati sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-Komunità li tikseb ir-rifużjoni ta' l-ammont ta' l-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li għadu kif ingħad, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li meta l-kundizzjonijiet ta' għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità lil Stat Membru jinsabu fid-deċiżjoni ta' għoti, iżda qatt ma jkunu ġew la ppubblikati u lanqas ikkomunikati minn dan l-Istat Membru lill-benefiċjarju finali ta' l-għajnuna, id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li ssir applikazzjoni tal-prinċipju ta' ċertezza legali bil-għan li tiġi eskluża r-rifużjoni minn naħa ta' dan il-benefiċjarju ta' l-ammonti mħallsa indebitament, bil-kundizzjoni li tiġi stabbilita l- <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> ta' l-imsemmi benefiċjarju. F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jista' jinżamm finanzjarjament responsabbli ta' l-ammonti mhux irkuprati sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-Komunità li tikseb ir-rifużjoni ta' l-ammont ta' l-għajnuna.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5126"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda, m'hemmx lok li tingħata risposta lill-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjoni taż-żmien hijiex inkundizzjonata u biżżejjed preċiża biex tkun direttament applikabbli fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, u lanqas dik dwar jekk l-imsemmija kundizzjoni tistax timponi obbligi direttament fuq il-benefiċjaru finali ta' għajnuna finanzjarja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>Meta l-kundizzjonijiet ta' l-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità lil Stat Membru jinsabu fid-deċiżjoni ta' għoti iżda qatt ma jkunu la ppubblikati u lanqas ikkomunikati minn dan l-Istat Membru lill-benefiċjarju finali ta' l-għajnuna, id-dritt Komunitarju ma jipprekludix li ssir applikazzjoni tal-prinċipju ta' ċertezza legali bil-għan li tiġi eskluża r-rifużjoni minn naħa ta' dan il-benefiċjarju ta' l-ammonti mħallsa indebitament, bil-kundizzjoni li tiġi stabbilita <HT TYPE="ITALIC">l-bona fide</HT> ta' l-imsemmi benefiċjarju. F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jista' jinżamm finanzjarjament responsabbli ta' l-ammonti mhux irkuprati sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-Komunità li tikseb ir-rifużjoni ta' l-ammont ta' l-għajnuna.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>