IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.7.2021
COM(2021) 320 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet Strateġiċi bejn l-UE u t-Tuneżija sakemm ikunu adottati dokumenti bi sħab aġġornati mill-UE u t-Tuneżija
ANNESS
DEĊIŻJONI Nru xx/2021 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U T-TUNEŻIJA
ta’ [dd/mm/yyy]
li jaqbel dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet Strateġiċi bejn l-UE u t-Tuneżija
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U T-TUNEŻIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Tuneżija, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim Ewro-Mediterranju”),
Billi:
(1)Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-17 ta’ Lulju 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998.
(2)Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim.
(3)L-Artikolu 90 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jaraw li jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Ftehim.
(4)Bid-Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-9 ta’ Novembru 2018, l-UE u t-Tuneżija qablu dwar Prijoritajiet Strateġiċi biex jiggwidaw is-sħubija għall-perjodu 2018-20.
(5)Fi skambju ta’ ittri, iż-żewġ Partijiet qablu dwar il-validità kontinwa tal-Prijoritajiet Strateġiċi bejn l-UE u t-Tuneżija bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda.
(6)L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistipula l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, li jaġixxi bi proċedura bil-miktub, jiddeċiedi li l-Prijoritajiet Strateġiċi bejn l-UE u t-Tuneżija annessi mad-Deċiżjoni tiegħu Nru 01/2018 tad-9 ta’ Novembru 2018, jiġu estiżi sakemm jiġu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda mill-UE u t-Tuneżija.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi xx, [jum xahar sena].
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni