|
13.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 415/64 |
P9_TA(2020)0299
Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta' Fuq *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta' Fuq (COM(2020)0360 – C9-0279/2020 – 2020/0165(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2021/C 415/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0360), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0279/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0200/2020), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |