Official Journal L 338 , 28/12/1994 P. 0016 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0095
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3235/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jemenda, bħala riżultat tas-sħubija ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, ċerti regolamenti fil-qasam ta’ l-agrikoltura li jipprovdu finanzjament parzjali ta’ ċerti miżuri għall-Istati Membri ġodda IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994, u b’mod partikolari l-Artikolu 150(3) tiegħu, Billi, sabiex l-Istati Membri l-ġodda jkunu jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament parzjali mill-Komunità ta’ ċerti miżuri dwar il-monitoraġġ ta’ l-infiq fl-agrikoltura, huwa xieraq li jiġu mmodifikati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-eżaminar mill-Istati Membri ta’ tranżazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija Agrikola [1], (KEE) Nru 307/91 ta’ l-4 ta’ Frar 1991 fuq ir-rinfurzar tal-monitoraġġ ta’ ċertu infiq li jiġi addebitat fuq is-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija Agrikola [2], (KEE) Nru. 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna mill-Komunità [3] u (KE) Nru 165/94 ta’ l-24 ta’ Jannar 1994 dwar il-ko-finanzjarjament mill-Komunità ta’ remote-sensing checks [4]; Billi il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għoti ta’ ko-finanzjar tal-Komunità li hemm provvediment dwarhom fir-Regolamenti hawn fuq imsemmija iridu jiġu speċifikati, b’mod partikolari t-tul, it-total ta’ l-ammont annwali, ir-rata ta’ l-assistenza u l-perċentwali ta’ distribuzzjoni bejn l-Istati Membri, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE) Nru. 4045/89 qiegħed jiġi emendat kif ġej: (a) fl-Artikolu 12, "fl-Artikoli 13, 14 u 15", għandu jiġi sostitwit bil-kliem "fl-Artikoli 13, 14, 15 u 16a"; (b) l-Artikolu li ġej għandu jkun inkluz: "L-Artikolu 16a Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 13, 14 u 15 magħmula mill-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fuq perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 1995, b’rata ta’ 50 %, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn it-tip ta’ l-infiq, sa ammont annwali massimu ta’ ECU 360000 għall kull wieħed minn dawk l-Istati." 2. Ir-Regolament (KEE) Nru. 307/91 qed jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 1(1): "1a. Għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ta’ 50 % għal perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 1995, sa l-ammont annwali massimu ta’ ECU 125000 għall-Finlandja u ECU 250000 għall-Awstrija u l-Isvezja."; (b) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 2(1): "1a. Għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ta’ 50 % għall-perjodu ta’ tliet snin mill 1 ta’ Jannar 1995, sa l-ammont annwali massimu ta’ ECU 125000 għall-Finlandja u ECU 250000 għall-Awstrija u l-Isvezja." 3. Fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru. 3508/92 it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dawn iż-żewġ subparagrafi: "B’danakollu, għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata għall perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 1995, fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet disponibbli. L-ammont totali għandu jinqasam bejn l-Istati Membri kif ġej: għall-1995: Il-Belġju | 2,2 % | Id-Danimarka | 2,3 % | Il-Ġermanja | 9,2 % | Il-Greċja | 8,0 % | Spanja | 16,5 % | Franza | 13,3 % | L-Irlanda | 4,2 % | L-Italja | 18,1 % | Il-Lussemburgu | 0,6 % | L-Olanda | 2,8 % | L-Awstrija | 3,3 % | Il-Portugall | 5,3 % | Il-Finlandja | 2,7 % | L-Isvezja | 2,4 % | Ir-Renju Unit | 9,1 % | għall 1996 u 1997: L-Awstrija | 39,3 % | Il-Finlandja | 32,1 % | L-Isvezja | 28,6 %." | 4. It-tabella fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 165/94 hija b’hekk mibdula b’din it-tabella li ġejja: "Il-proporzjon li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(2) sa mill-1 ta’ Jannar 1995: (%) | Il-Belġju | 2,2 | Id-Danimarka | 2,3 | Il-Ġermanja | 9,2 | Il-Greċja | 8,0 | Spanja | 16,5 | Franza | 13,3 | L-Irlanda | 4,2 | L-Italja | 18,1 | Il-Lussemburgu | 0,6 | L-Olanda | 2,8 | L-Awstrija | 3,3 | Il-Portugall | 5,3 | Il-Finlandja | 2,7 | L-Isvezja | 2,4 | Ir-Renju Unit | 9,1." | L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidhol Fis-seħħ Fi-istess data ta’l-Fittta’ l-Adezjoni ta’ l- 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1994. Għall-Kunsill Il-President J. Borchert [1] ĠU L 388, tat-30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1863/90 (ĠU 170, tat- 3.7.1990, p. 23). [2] ĠU L 37, tad-9.2.1991, p. 5. [3] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 165/94 (ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 6). [4] ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 6. --------------------------------------------------