<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-94/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0094</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:193">EU:C:2020:193</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200311">11.3.2020</DATE> – Kawża C‑94/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">San Domenico Vetraria</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2 u 6</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Kollokament ta’ persunal minn kumpannija omm lis-sussidjarja tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors mis-sussidjarja limitat għall-ispejjeż sostnuti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑94/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20181127">27 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">San Domenico Vetraria SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Entrate,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn P. G. Xuereb, President tal-Awla, T. von Danwitz u A. Kumin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Jokubauskaitė u S. Mortoni, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn San Domenico Vetraria SpA u l-Agenzia delle Entrate (l-Amministrazzjoni Fiskali, l-Italja) dwar tnaqqis magħmul minn San Domenico Vetraria, għas-sena fiskali 2005, tal-VAT imħallsa fuq l-ammonti rrimborsati lill-kumpannija omm tagħha Avir SpA għall-kollokament ta’ diriġent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti [għall-VAT]:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi, fl-ewwel subparagrafu tal-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Provvista tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kull operazzjoni li ma tikkostitwix[xix] provvista ta’ oġġetti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 30 tad-decreto legislativo n. 276 – Attuazione delle deleghe in materia di occupazione e mercato del lavoro, di cui alla legge <DATE ISO="20030214">14 febbraio 2003</DATE>, n. 30 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 276 dwar l-Implimentazzjoni tad-Delegazzjonijiet fil-Qasam tal-Impjieg u tas-Suq tax-Xogħol Stabbiliti bil-Liġi Nru 30, tal-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE>), tal-<DATE ISO="20030910">10 ta’ Settembru 2003</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 235, tad-<DATE ISO="20031009">9 ta’ Ottubru 2003</DATE>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kollokament jeżisti meta persuna li timpjega, sabiex tissodisfa interess proprju, tqiegħed temporanjament ħaddiem wieħed jew iktar għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra għat-twettiq ta’ attività professjonali partikolari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kollokament, il-persuna li timpjega tibqa’ responsabbli mis-sistema pekunjarja u legali tal-ħaddiem.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(35) tal-legge n. 67 – Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 1988) (il-Liġi Nru 67 li Tistabbilixxi Dispożizzjonijiet għat-Tfassil tal-Baġit Annwali u Multiannwali tal-Istat (il-Liġi tal-Finanzi 1988)), tal-<DATE ISO="19880311">11 ta’ Marzu 1988</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 61, tal-<DATE ISO="19880314">14 ta’ Marzu 1988</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Liġi Nru 67/88<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Is-self jew il-kollokamenti ta’ persunal li bħala korrispettiv tagħhom jitħallas biss ir-rimbors tal-ispejjeż tagħhom ma humiex ikkunsidrati rilevanti għall-finijiet tal-[VAT].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Matul is-sena 2004, Avir ikkollokat wieħed mid-diriġenti tagħha mas-sussidjarja tagħha, San Domenico Vetraria, sabiex jokkupa l-pożizzjoni ta’ direttur ta’ wieħed mill-istabbilimenti ta’ din tal-aħħar. F’dan il-kuntest, San Domenico Vetraria rċeviet mingħand il-kumpannija omm tagħha fatturi li jirrigwardaw ammonti li jikkorrispondu mal-ispejjeż sostnuti għad-diriġent ikkollokat. Waqt ir-rimbors lil Avir tal-ispejjeż relatati ma’ dan il-kollokament, San Domenico Vetraria applikat il-VAT għall-finijiet tal-eżerċizzju sussegwenti tad-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali kkunsidrat li dawn ir-rimborsi ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT peress li ma kinux jikkonċernaw provvista ta’ servizzi bejn sussidjarja u l-kumpannija omm tagħha, b’tali mod li hija wettqet aġġustament għall-finijiet tal-irkupru tal-VAT imnaqqsa f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat minn San Domenico Vetraria kontra l-aġġustament fiskali ġie miċħud mill-qrati tal-ewwel istanza u tal-appell. B’mod partikolari, il-qorti tal-appell ikkunsidrat li l-ammonti mħallsa minn din il-kumpannija kienu jikkorrispondu biss, fl-assenza ta’ prova li l-persuna impjegata kkollokata kienet irċeviet somom miżjuda jew kienet eżerċitat funzjonijiet differenti minn dawk diġà eżerċitati mal-kumpannija ta’ oriġini, għal rimborsi tal-ispejjeż, fis-sens tal-Artikolu 8(35) tal-Liġi Nru 67/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Adita b’appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn San Domenico Vetraria, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) tqis li l-kwistjoni dwar jekk il-kollokament ta’ persunal billi jiġu rrimborsati l-ispejjeż marbuta miegħu jistax jitqies bħala taxxabbli hija ta’ importanza deċiżiva għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tippreċiża li, konformement mal-Artikolu 8(35) tal-Liġi Nru 67/88, fil-każ fejn is-somma rrimborsata tikkorrispondi mal-ammont tal-ispejjeż sostnuti għall-persunal ikkollokat, it-tranżazzjoni ta’ kollokament ma hijiex taxxabbli, peress li ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-VAT. Madankollu, għad hemm dubji rigward l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT ta’ servizz bħalma huwa l-kollokoment ta’ persunal billi jiġu rrimborsati l-ispejjeż tas-servizzi relatati miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-imsemmija qorti, in-natura ekonomika ta’ tranżazzjoni ta’ kollokament, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tidher li tirriżulta mill-eżistenza neċessarja, abbażi tal-Artikolu 30 tad-Digriet Leġiżlattiv imsemmi fil-punt 5 ta’ din is-sentenza, ta’ interess speċifiku tal-persuna li timpjega li tagħmel il-kollokament, jiġifieri li tiġi ggarantita l-aħjar funzjonalità tal-organizzazzjoni komuni għall-kumpannija omm u għas-sussidjarja. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dan l-interess ma hijiex ikkontestata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li tali tranżazzjoni ta’ kollokament tagħti lok għal provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas jista’ jirriżulta mill-ammont, mhux negliġibbli f’dan il-każ, imħallas mill-kumpannija destinatarja tal-kollokament, ugwali għall-ammont tal-infiq u tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu għall-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) tqis, barra minn hekk, li r-regola nazzjonali tidher li tagħti lok għal inugwaljanza fit-trattament mhux iġġustifikata, li jista’ jkollha effett fuq il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, bejn il-kollokament ta’ persunal u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema, peress li din it-tranżazzjoni tal-aħħar dejjem tagħti lok għal servizz taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Artikoli 2 u 6 [tas-Sitt Direttiva] kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha ma jitqiesux rilevanti għall-finijiet [tal-VAT] self u ssekondar ta’ persunal tal-kumpannija omm li fir-rigward tagħhom jitħallas biss ir-rimbors tal-ispejjeż relattivi min naħa tas-sussidjarja?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, għandu jitfakkar li, skont il-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, huma suġġetti għall-VAT il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva, hija kkunsidrata bħala provvista ta’ servizzi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kull operazzjoni li ma tikkostitwix[xix] provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li ma huwiex ikkontestat li Avir għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli u li l-provvista ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-kollokament ta’ diriġent tagħha mas-sussidjarja tagħha San Domenico Vetraria, seħħet fit-territorju tal-pajjiż ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għalhekk għad irid jiġi ddeterminat jekk din il-provvista ta’ servizzi saritx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li, fil-kuntest tas-sistema tal-VAT, it-tranżazzjonijiet taxxabbli jippreżumu l-eżistenza ta’ tranżazzjoni bejn il-partijiet fejn ikun stipulat prezz jew korrispettiv Għalhekk, meta l-attività ta’ fornitur tikkonsisti esklużivament fil-provvista ta’ servizzi mingħajr korrispettiv dirett, ma jeżistix ammont taxxabbli u għalhekk dawn is-servizzi ma jkunux suġġetti għall-VAT (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Český rozhlas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑11/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:470">EU:C:2016:470</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li provvista ta’ servizzi ssir biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, u għaldaqstant tkun taxxabbli biss jekk teżisti bejn il-fornitur u l-benefiċjarju relazzjoni legali li matulha jkun hemm skambju ta’ servizzi reċiproki, fejn ir-remunerazzjoni li l-fornitur jirċievi tikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tas-servizz ipprovdut lill-benefiċjarju. Dan huwa l-każ jekk teżisti rabta diretta bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv irċevut (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Český rozhlas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑11/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:470">EU:C:2016:470</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:942">EU:C:2018:942</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190703">3 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>UniCredit Leasing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:558">EU:C:2019:558</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jidher li jirriżulta li huwa abbażi ta’ relazzjoni legali ta’ natura kuntrattwali bejn Avir u San Domenico Vetraria li seħħ il-kollokament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidher li, fil-kuntest ta’ din ir-relazzjoni legali, ġew skambjati servizzi reċiproki, jiġifieri l-kollokament ta’ diriġent ta’ Avir ma’ San Domenico Vetraria, minn naħa, u l-ħlas, minnha lilha, tal-ammonti li ġew iffatturati lilha, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni tikkontesta l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn dawn iż-żewġ servizzi billi ssostni li, fl-assenza ta’ stipulazzjoni ta’ remunerazzjoni ogħla mill-ispejjeż sostnuti minn Avir, il-kollokament inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma seħħx bil-għan li jiġi rċevut korrispettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li teżisti rabta diretta meta żewġ servizzi huma interdipendenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940303">3 ta’ Marzu 1994</DATE>, <NAME.CASE>Tolsma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:80">EU:C:1994:80</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971016">16 ta’ Ottubru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Fillibeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:491">EU:C:1997:491</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jiġifieri li wieħed iseħħ biss bil-kundizzjoni li l-ieħor ikun ukoll, u reċiprokament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19881123">23 ta’ Novembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Naturally Yours Cosmetics</NAME.CASE>, <NO.CASE>230/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:508">EU:C:1988:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940602">2 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Empire Stores</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:225">EU:C:1994:225</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kieku kellu jiġi stabbilit, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li l-ħlas, minn San Domenico Vetraria, tal-ammonti li ġew iffatturati lilha mill-kumpannija omm tagħha kien kundizzjoni sabiex din tal-aħħar tikkolloka lid-diriġent, u li s-sussidjarja ħallset dawn l-ammonti biss bħala korrispettiv tal-kollokament, għandu jiġi konkluż li teżisti rabta diretta bejn iż-żewġ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tranżazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li twettqet bi ħlas u hija, peress li l-kundizzjonijiet l-oħra li jinsabu fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva huma wkoll issodisfatti, suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-ammont tal-korrispettiv, b’mod partikolari l-fatt li dan huwa ugwali, iktar jew inqas mill-ispejjeż sostunti mill-persuna taxxabbli, fir-rigward tagħha, fil-kuntest tal-provvista tas-servizz tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Hotel Scandic Gåsabäck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:47">EU:C:2005:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lajvér</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:392">EU:C:2016:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, tali ċirkustanza ma hijiex ta’ natura li taffettwa r-rabta diretta bejn il-provvista ta’ servizzi mwettqa u l-korrispettiv irċevut (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lajvér</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:392">EU:C:2016:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li d-domanda tigi risposta li l-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ma humiex ikkunsidrati bħala rilevanti għall-finijiet tal-VAT is-self jew il-kollokamenti ta’ persunal ta’ kumpannija omm mas-sussidjarja tagħha, magħmula biss billi jiġu rrimborsati l-ispejjeż relatati magħhom, sa fejn l-ammonti mħallsa mis-sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha, minn naħa, u dan is-self jew dawn il-kollokamenti, min-naħa l-oħra, huma interdipendenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ma humiex ikkunsidrati bħala rilevanti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud is-self jew il-kollokamenti ta’ persunal ta’ kumpannija<?PAGE NO="6"?> omm mas-sussidjarja tagħha, magħmula biss billi jiġu rrimborsati l-ispejjeż relatati magħhom, sa fejn l-ammonti mħallsa mis-sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha, minn naħa, u dan is-self jew dawn il-kollokamenti, min-naħa l-oħra, huma interdipendenti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>