31.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2010

tal-10 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 (3) tad-29 ta’ Mejju 2009, b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 66ha (ir-Regoalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

—

32010 R 0297: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010 tat-9 ta' April 2010 (ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 297/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 81.

(2)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(3)   ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.

(4)   ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.