DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
22 ta’ Ottubru 2014 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Intestatura tariffarja 2202 10 00 — Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin — Intestatura tariffarja 2202 9010 11 — Meraq tal-frott jew meraq tal-ħxejjex imħallat fl-ilma jew magħmul effervexxenti”
Fil-Kawża C‑139/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Frar 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta’ Marzu 2014, fil-proċedura
Mineralquelle Zurzach AG
vs
Hauptzollamt Singen,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. Borg Barthet bħala President tal-Awla (Relatur), S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
tagħti l-preżenti
Digriet
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestatura 2202 10 00 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382, iktar ’il quddiem in-“NM”), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 286, p. 1, iktar ’il quddiem in-“NM”), u l-interpretazzjoni tat-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2658/87 (iktar ’il quddiem it-“TARIC”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Mineralquelle Zurzach AG (iktar ’il quddiem “Mineralquelle Zurzach”), manifattriċi ta’ xarbiet stabbilita fl-Isvizzera, u l-Hauptzollamt Singen [uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Singen (il-Ġermanja)] fir-rigward tal-irkupru a posteriori tad-dazji doganali relattivi għal ċerti importazzjonijiet magħmula minn Mineralquelle Zurzach matul l-2006. |
Il-kuntest ġuridiku
In-NM u t-TARIC
|
3 |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2658/87: “1. [NM], li tħaddan fiha, fl-istess waqt, dak kollu li titlob it-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistiċi kummerċjali esterni tal-Komunità u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni [Ewropea]. 2. In-[NM] għandha tiġbor fiha:
3. In-[NM] qed terġa’ tinġieb f’Annex I. […] […]” |
|
4 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “[TARIC], li tħaddan fiha l-ħtiġiet kollha ta’ Tariffa Doganali Komuni, l-statistiċi esterni tal-kummerċ, il-linji politiċi kummerċjali, agrikoli u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjponi. It-Tariffa għandha tkun ibbażata fuq in-[NM] u jkun fiha:
|
|
5 |
Skont l-Artikolu 3(1) u (2) tal-imsemmi Regolament: “1. Kull sub-titolu NM għandu jkollu numru kodifikat bi tmien numri:
2. Is-sottotitoli [TARIC] għandhom jiġu identifikati bid-9 u l-10 numri li, flimkien man-numri taċ-ċifrarju msemmija fil-paragrafu 1, jiffurmaw in-numri taċ-ċifrarju [TARIC]. […]” |
|
6 |
L-Artikolu 6 tal-istess regolament jistabbilixxi li t-TARIC hija stabbilita, aġġornata, amministrata u mxerrda mill-Kummissjoni. |
|
7 |
L-ewwel parti tan-NM fiha numru ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, li tikkonċerna r-regoli ġenerali, is-Sezzjoni A, intitolata “Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]”, tipprovdi: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:
[…]
|
|
8 |
It-tieni parti tan-NM tinkludi Taqsima IV, iddedikata għall-“Preparazzjonijiet ta’ l-ikel; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk”. Din it-taqsima tinkludi, b’mod partikolari, il-Kapitolu 22, li hu intitolat “Xorb, spirti u ħall”. |
|
9 |
L-intestatura 2202 tan-NM hija maqsuma b’dan il-mod: |
|
“2202 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin, u xorb ieħor li mhux alkoħoliku, minbarra meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titlu 2009: |
||
|
2202 10 00 |
‐ Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin |
||
|
2202 90 |
– Oħrajn: |
||
|
2202 90 10 |
– – Ma fihomx prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 |
||
|
|
– – Oħrajn, fihom piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 |
||
|
2202 90 91 |
– – – Inqas minn 0,2 % |
||
|
2202 90 95 |
– – –0,2 % jew iktar iżda inqas minn 2 % |
||
|
2202 90 99 |
– – – mhux inqas minn 2 %.” |
||
|
10 |
Skont l-ewwel nota kumplimentari li tinsab fil-Kapitolu 22 tan-NM: “Subtitlu 2202 10 00 ikopri ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, li fihom miżjud zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin, sakemm huma għal konsum dirett bħala xorb.” |
|
11 |
In-noti ta’ spjega tan-NM imfassla mill-Kummissjoni, fil-verżjoni tagħhom applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (ĠU 2006, C 50, p. 1), huma mfassla b’dan il-mod f’dak li jirrigwarda l-intestatura 2202: |
|
“2202 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009. L-espressjoni “xorb mhux alkoħoliku” hija definita f’Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
||
|
2202 10 00 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin Is-soft drinks imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2202, paragrafu (A), huma koperti minn dan is-subtitlu. Il-preżenza ta’ anti-ossidanti, vitamini, stabilizzanti jew kinina ma jaffetwax il-klassifikazzjoni ta’ soft drinks. Dan is-subtitlu jinkludi prodotti likwidi, komposti minn ilma, zokkor u ħwawar, imqegħdin ġo borża tal-plastik u intiżi li jsiru id-dar f’lollies tas-silġ permezz ta’ friżar fir-refriġerejter. Ara ukoll Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||
|
12 |
Fl-2006, fir-rigward tas-subintestatura NC 2202 90 10, it-TARIC kellu s-sub-titoli segwenti: |
|
“2202 90 |
‐ Oħrajn |
||
|
2202 90 10 |
‐ ‐ Ma fihomx prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 ‐ ‐ ‐ li fihom zokkor (sakkrozju jew zokkor invertit) |
||
|
2202 90 10 11 |
‐ ‐ ‐ ‐ Meraq tal-frott jew tal-ħxejjex imħallat bl-ilma minerali jew ilma effervexxenti |
||
|
2202 90 10 19 |
‐ ‐ ‐ ‐ Oħrajn” |
||
In-noti ta ’ spjega tas-SA
|
13 |
L-OMD tapprova, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA. |
|
14 |
In-noti ta’ spjega tas-SA għall-intestatura 2202 huma mfassla kif ġej:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
15 |
Matul l-2006, Mineralquelle Zurzach importat fl-Unjoni xarba bl-isem “Quelly Vita 10”. Din kienet xarba msejħa “ACE” (jiġifieri li fiha l-vitamini A, C, E), komposta minn ilma, minn zokkor, minn meraq konċentrat tal-larinġ, lumi, għeneb, ananas, mandolin, nuċiprisk, frott tal-passjoni, polpa tal-berquq, polpa gwav, aċidifikant bħall-aċtu ċitriku, taħlita ta’ vitamini [vitamina C, vitamina B3, vitamina E, aċtu pantoteniku, beta karoten (provitamina A), vitamina B6, vitamina B1, aċidu foliku, biotina, vitamina B12], konservanti (E 242 u E 202), stabilizzanti (E 440 u E 410), aromi minn preparazzjonijiet aromatizzanti, aromi naturali u aromi artifiċjali. Il-kontenut ta’ meraq tal-frott ta’ din ix-xarba kien jammonta għal 12 % u l-kontenut f’vitamini, għal 100 millilitru, kien jirrappreżenta 15 % tal-bżonnijiet tal-ġurnata globalment rakkomandati u 30 % ta’ dak għall-vitamina A. |
|
16 |
Mineralquelle Zurzach iddikjarat din ix-xarba għall-awtorizzazzjoni tat-tpoġġija fis-suq tagħha bħala oriġinarja mill-Isvizzera u li taqa’ taħt in-numru tal-kodiċi TARIC 2202 10 00 00, li jirrigwarda l-“Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin”. L-oġġetti b’oriġini Svizzera, ikklassifikati f’din l-intestatura tariffarja, kellhom jibbenefikaw minn sistema preferenzjali b’rata ugwali għal zero. |
|
17 |
Il-Hauptzollamt Singen, abbażi ta’ informazzjoni mogħtija fid-29 ta’ Diċembru 2008 miz-Zolltechnishe Prüfungs und Lehranstalt München bei der Bundesfinanzdirektion Südost (servizz ta’ verifika u ta’ taħriġ tekniku tad-dwani ta’ Munchen mad-Direttorat Federali tal-Finanzi tax-xlokk), wettaq kontroll doganali li b’riżultat tiegħu ikkunsidra li x-xarba “Quelly Vita 10” kienet tidħol taħt il-kodiċi TARIC 2202 90 10 11, li jikkonċerna l-“Meraq tal-frott jew tal-ħxejjex imħallat bl-ilma minerali jew ilma effervexxenti”. |
|
18 |
Fit-2 ta’ Frar 2009, il-Hauptzollamt Singen innotifika lil Mineralquelle Zurzach b’irkupru a posteriori, fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ din ix-xarba, li seħħew bejn is-6 ta’ Frar u t-28 ta’ Frar 2006, fl-ammont ta’ EUR 8 964.91, abbażi tal-klassifika tax-xarba msemmija taħt il-kodiċi TARIC 2202 90 10 11. Fl-aħħar ta’ proċedura ta’ lment li ma kellhiex suċċess, Mineralquelle Zurzach ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ rkupru quddiem il-Finanzgericht Baden-Württemberg. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji fir-rigward tal-fatt li xarba bħal “Quelly Vita 10” tista’ tiġi kklassifikata f’subintestatura differenti minn 2202 10 00 tan-NM. |
|
20 |
Din tikkunsidra li, peress li din ix-xarba essenzjalment tikkonsisti f’ilma u f’zokkor u li l-kontenut ta’ meraq tal-frott miżjud huwa ta’ biss 12 %, dan jidher li jindika li din għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 2202 10 00 tan-NM li tikkonċerna l-ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku. Skont din il-qorti, in-noti ta’ spjega tan-NM relattivi għas-subintestatura 2202 10 00 tan-NM ukoll jindikaw f’dan is-sens. |
|
21 |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li x-xarba msemmija tista’ wkoll tidħol taħt l-intestatura tariffarja 2202 90 10 11 tat-TARIC, li tikkonċerna l-meraq tal-frott jew tal-ħxejjex imħallta bl-ilma. |
|
22 |
Din il-qorti tikkunsidra li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-klassifikazzjoni tariffarja għandha ssir fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tal-oġġetti kkonċernati. B’hekk, in-noti ta’ spjega tas-SA u tan-NM, għalkemm ma humiex ta’ natura vinkolanti, huma madankollu mezzi validi għall-interpretazzjoni tal-pożizzjonijiet tariffarji. |
|
23 |
Din tqis ukoll li, fil-każ li x-xarba “Quelly Vita 10” ma tidħolx fis-subintestatura 2202 10 00 tan-NM, tqum il-kwistjoni jekk din għandhiex tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi 2202 90 10 11 TARIC jew taħt il-kodiċi 2202 90 10 19 TARIC. |
|
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Baden-Württemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:
Fil-każ li l-ewwel żewġ domandi jingħataw risposta negattiva:
|
Fuq id-domandi preliminari
|
25 |
Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat. |
|
26 |
Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża. |
|
27 |
Bit-tliet domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li xarba, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti b’mod partikolari minn ilma, zokkor, meraq konċentrat ta’ larinġ, lumi, għeneb, ananas, mandolin, nuċiprisk, frott tal-passjoni, polpa tal-berquq, polpa gwav, aċidifikant, minn taħlita ta’ vitamini, ta’ aromi naturali u artifiċjali u li għandha kontenut ta’ meraq tal-frott li jammonta għal 12 %, għandha tiġi kklassifikata fis-subintestatura 2202 10 00 ta’ din in-nomenklatura jew, fil-każ ta’ risposta negattiva, jekk it-TARIC għandux jiġi interpretat fis-sens li tali oġġett jidħol jew taħt il-kodiċi 2202 90 10 11, jew taħt il-kodiċi 2202 90 10 19 ta’ din it-tariffa. |
|
28 |
Fir-rigward tal-punt jekk il-karatteristiċi tal-merkanzija importata minn Mineralquelle Zurzach, hekk kif deskritti fid-deċiżjoni tar-rinviju, jikkorrispondux għall-karatteristiċi kollha tas-subintestatura 2202 10 00 tan-NM, għandu jiġi enfasizzat li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha quddiemha rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar klassifikazzjoni tariffarja, il-funzjoni tagħha tikkonsisti qabel kollox f’li tikkjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li l-implementazzjoni tagħhom tippermetti lil din tal-aħħar tikklassifika korrettement lill-prodotti inkwistjoni fin-NM, li għandha hija stess twettaq din il-klassifikazzjoni, u dan speċjalment meta hija ma jkollhiex neċessarjament l-elementi kollha indispensabbli f’dan ir-rigward. B’hekk, il-qorti nazzjonali tidher f’kull każ f’pożizzjoni aħjar li tagħmel dan (ara s-sentenza Proxxon, C-500/04, EU:C:2006:111, punt 23, kif ukoll Digitalnet et, C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C‑383/11, EU:C:2012:745, punt 61). |
|
29 |
Madankollu, sabiex tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli u tippermettilha twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja li tkun tressqet quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fi spirtu ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali u fid-dawl tal-informazzjoni ppreżentata fid-deċiżjoni tar-rinviju, tipprovdilha l-indikazzjonijiet kollha li tqis li huma neċessarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Lohmann u Medi Bayreuth, C-260/00 sa C-263/00, EU:C:2002:637, punt 28, kif ukoll Pärlitigu, C-56/08, EU:C:2009:467, punt 23). |
|
30 |
Bil-għan li tirrispondi d-domandi magħmula, għandu, minn naħa, jiġi enfasizzat li r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jipprevedu li l-klassifikazzjoni tal-merkanziji għandha tiġi ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet u l-kapitoli, filwaqt li l-kliem tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-sub-kapitoli jitqies li għandu biss valur indikattiv (ara s-sentenza Lukoyl Neftohim Burgas, C‑330/13, EU:C:2014:1757, punt 33). |
|
31 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u fil-kwalitajiet oġġettivi tagħha, hekk kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari s-sentenzi Proxxon, EU:C:2006:111, punt 21; Rakvere Lihakombinaat, C-140/08, EU:C:2009:667, punt 42, kif ukoll Digitalnet et, EU:C:2012:745, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
32 |
Fir-rigward tan-noti ta’ spjega tas-SA, għandu jingħad ukoll li, minkejja l-fatt li dawn ma għandhomx saħħa vinkolanti, dawn jikkostitwixxu strumenti importanti għall-finijiet li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi ta’ valur għall-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Kloosterboer Services, C‑173/08, EU:C:2009:382, punt 25, u Agroferm, C-568/11, EU:C:2013:407, punt 28). L-istess japplika għan-noti ta’ spjega tan-NM (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Develop Dr. Eisbein, C-35/93, EU:C:1994:252, punt 21, kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, C-288/09 u C‑289/09, EU:C:2011:248, punt 92). |
|
33 |
F’dan il-każ, mill-kliem tal-intestatura 2202 tan-NM jirriżulta li din tinkludi fiha l-“Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor li mhux alkoħoliku, minbarra meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titlu 2009”. |
|
34 |
Barra minn hekk, in-nota supplimentari 1 tal-Kapitolu 22 tan-NM, li jirreferu għaliha n-noti ta’ spjega tan-NM relattivi għas-subintestatura 2202 10 00, tippreċiża li s-subintestatura msemmija “tinkludi fiha l-ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, sa kemm dawn jistgħu jiġu kkunsmati direttament fl-istat tagħhom bħala xarbiet”. |
|
35 |
Barra minn hekk, l-imsemmija noti ta’ spjega tan-NM jippreċiżaw li s-soft drinks imsemmija fin-noti ta’ spjega tas-SA, Nru 2202, paragrafu (A), jiffurmaw parti mis-subintestatura 2202 10 00 tan-NM. Dawn l-aħħar noti ta’ spjega tas-SA jelenkaw b’mod mhux eżawrjenti lista ta’ xarbiet li għandhom jiġu kklassifikati taħt din is-subintestatura, jiġifieri x-xarbiet bħall-luminati, cola, xorb tal-larinġ jew taċ-ċitru, li jikkonsistu minn ilma tax-xorb ordinarju, miżjuda jew le biz-zokkor jew xi sustanzi tal-ħlewwa oħra jew bit-togħma, bil-meraq jew essenza tal-frott jew estratti komposti u miżjuda xi kultant b’aċtu tartriku u b’aċtu ċitriku. Skont in-noti ta’ spjega tan-NM relattivi għas-subintestatura 2202 10 00, il-preżenza ta’ anti-ossidanti, vitamini, stabilizzanti jew kinina ma jaffettwax il-klassifikazzjoni ta’ soft drinks. |
|
36 |
F’dan il-każ, xarba li l-kontenut ta’ meraq tal-frott tagħha huwa ta’ 12 % tissodisfa d-definizzjoni tan-nota ta’ spjega tas-SA relattiva għall-intestatura 2202, paragrafu (A), peress li l-kontenut f’meraq ma huwiex predominanti, għaliex din ix-xarba tikseb it-togħma tagħha b’mod partikolari biż-żieda ta’ aromi naturali u artifiċjali kif ukoll ta’ zokkor. |
|
37 |
Min-naħa l-oħra, kontenut f’meraq tal-frott ta’ 12 % ma jistax jiġġustifika l-klassifikazzjoni ta’ xarba fl-intestatura 2202 90 10 11 tat-TARIC, intitolata “Meraq tal-frott jew tal-ħxejjex imħallat bl-ilma minerali jew ilma effervexxenti”. |
|
38 |
Għaldaqstant, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti b’mod partikolari minn ilma, zokkor, meraq konċentrat ta’ larinġ, lumi, għeneb, ananas, mandolin, nuċiprisk, frott tal-passjoni, polpa tal-berquq, polpa gwav, aċidifikant, minn taħlita ta’ vitamini, ta’ aromi naturali u artifiċjali u li għandha kontenut ta’ meraq tal-frott li jammonta għal 12 %, tidħol fis-subintestatura 2202 10 00 ta’ din in-nomenklatura. |
Fuq l-ispejjeż
|
39 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti b’mod partikolari minn ilma, zokkor, meraq konċentrat ta’ larinġ, lumi, għeneb, ananas, mandolin, nuċiprisk, frott tal-passjoni, polpa tal-berquq, polpa gwav, aċidifikant, minn taħlita ta’ vitamini, ta’ aromi naturali u artifiċjali u li għandha kontenut ta’ meraq tal-frott li jammonta għal 12 %, tidħol fis-subintestatura 2202 10 00 ta’ din in-nomenklatura. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.