27.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1081/2011

tal-25 ta’ Ottubru 2011

li jemenda għall-160 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta’ Ottubru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar:

‘Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad; (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik; (c) Ben Muhammad Aiadi; (d) Ben Muhammad Aiady; (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed; (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed; (g) Chafiq Ayadi; (h) Chafik Ayadi; (i) Ayadi Chafiq; (j) Ayadi Chafik; (k) Ajadi Chafik; (l) Abou El Baraa). Indirizz: Dublin, l-Irlanda (residenza f’Awwissu 2009). Data tat-twelid: 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: E423362 (Passaport Tuneżin maħruġ f’Islamabad fil-15.5.1988, li skada fl-14.5.1993). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mohamed, isem l-omm huwa Medina Abid; (b) Assoċjat ma’ Fondazzjoni Iżlamika Al- Haramain.. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.’