Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 48 046, flimkien ma’ l-interessi kuntrattwali jew, sussidjarjament, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien.
Dispożittiv
1) It-talba inċidentali hija miċħuda.
2) Transport Environment Development Systems (Trends) hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 48 046 lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien b’rata annwali ta’ 5, 50 % li jiddekorru mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-ħlas komplut tad-dejn.
3) Trends għandha tbati l-ispejjeż.