|
27.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/65 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatata ma’ Il-Każ M.7801 — Wabtec/Faiveley Transport
Relatur: L-Estonja
(2018/C 113/05)
Konċentrazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Swieq rilevanti
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tal-prodott rilevanti u tas-swieq ġeografiċi fl-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
4. |
B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li:
|
Il-valutazzjoni kompetittiva
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li huwa adegwat biex jiġu evalwati s-swieq għat-tagħmir tal-vetturi ferrovjarji fil-livell ta’ OEM, ħlief għal komponenti li għandhom bżonn ta’ sostituzzjoni regolari (pereż. materjali tal-frizzjoni u diski tal-brejkijiet) li għalihom hija ġustifikata valutazzjoni separata fil-livell ta’ IAM. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta, kif oriġinarjament notifikata mill-Parti Notifikanti, aktarx li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew parti sostanzjali minnu b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti fir-rigward ta’:
|
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta mhix se tirriżulta f’impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ xi suq rilevanti ieħor ikkonċernati mit-tranżazzjoni proposta. |
Impenji
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji huma suffiċjenti biex ineħħu t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajma mit-tranżazzjoni proposta fir-rigward ta’:
|
Kompatibbiltà mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-ŻEE
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġetta għal konformità sħiħa mal-impenji, it-tranżazzjoni proposta x’aktarx ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta jinħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikoli 8(2) tar-Regolament tal-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |