|
5.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/866
tal-4 ta' Ġunju 2015
li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku antisussidji”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRA
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi (“moduli”) bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) biex tppreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi serje ta' impenji fuq il-prezzijiet individwali għal kull produttur esportatur, li huwa, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinat mis-CCCME. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazji antidumping provviżorji. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 biex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. |
|
(4) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1238/2013 (6), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli u ċelloli li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. (“il-prodotti kkonċernati”) Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1239/2013 (7), impona wkoll dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(5) |
Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8) l-aċċettazzjoni tal-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari lista tal-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, inkluż:
|
|
(6) |
Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9) il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-grupp tal-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodott kkonċernat kopert mill-impenn, jiġifieri moduli u ċelloli li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċi TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39) magħmula mill-produtturi esportaturi (“prodotti koperti”). L-antidumping u d-dazji kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”. |
B. IT-TERMINI TAL-IMPENN LI ĠEW MIKSURA
|
(7) |
Il-produtturi esportaturi qablu, li fost l-oħrajn, ma jbigħux il-prodott kkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni taħt ċertu prezz minimu ta' importazzjoni (“l-MIP”), fil-livell annwali assoċjat mal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni stipulati fl-impenn. |
|
(8) |
L-impenn jikkjarifika wkoll, f'lista mhux eżawrjenti, dak li jikkostitwixxi ksur tal-impenn. Il-lista tinkludi, b'mod partikolari, arranġamenti ta' kumpens mal-klijenti tagħhom, u dikjarazzjonijiet qarrieqa rigward l-oriġini tal-prodott ikkonċernat jew l-identità tal-esportatur. |
|
(9) |
Il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll biex ma jbigħux prodotti ħlief il-prodott kopert, immanifatturat jew ikkummerċjalizzat minnhom b'żieda tal-limitu perċentwali żgħir tal-valur totali tal-bejgħ tal-prodott kopert mill-impenn lill-istess klijenti li jbigħulhom il-prodott kopert. (“il-limitu parallel tal-bejgħ”). |
|
(10) |
L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi biex fuq bażi trimestrali jipprovdu lill-Kummissjoni b'tagħrif ddettaljat dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom lejn u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni (iktar 'il quddiem ir-“rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta, u korretta u li t-tranżazzjonijiet rappurtati huma totalment konformi mat-termini tal-impenn. |
|
(11) |
Bil-għan li jiżguraw konformità mal-impenn, il-produtturi esportaturi ntrabtu wkoll li jippermettu żjarat ta' verifika fil-post fil-proprjetà tagħhom biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-kompletezza tad-dejta ppreżentata lill-Kummissjoni fir-rapporti msemmija ta' kull tliet xhur u li jipprovdu t-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni. |
C. IT-TERMINI TAL-IMPENN LI JIPPERMETTU L-IRTIRAR MILL-KUMMISSJONI FIN-NUQQAS TA' KSUR
|
(12) |
L-impenn jistipula wkoll li l-Kummissjoni tista' tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn f'kullħin matul il-perjodu ta' żmien ta' applikazzjoni tagħha jekk il-monitoraġġ u l-infurzar imma jkunux prattikabbli. |
|
(13) |
L-impenn jistipula wkoll li t-tħaddin tal-impenn mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq il-fiduċja u kull azzjoni li tista' tagħmel ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni tiġġustifika l-irtirar tal-impenn. |
D. MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI
|
(14) |
Filwaqt li tissorvelja l-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kienet rilevanti għall-impriża. Is-sejbiet elenkati fil-Premessi minn (15) sa (32) hawn taħt jindirizzaw il-problemi identifikati għal Canadian Solar, ET Solar u ReneSola, li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn it-tliet produtturi esportaturi. |
E. RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENJI
(i) Canadian Solar
|
(15) |
Canadian Solar pprovdiet ċerti benefiċċji lil diversi klijenti, li ma ġewx elenkati fir-rapporti trimestrali Il-Kummissjoni analizzat dawn il-benefiċċji mhux irrapportati u kkonkludiet li Canadian Solar kisret l-obbligu ta' rappurtar li għandha skont l-impenn. |
|
(16) |
Analiżi ulterjuri ta' dawn il-benefiċċji mhux irrapportati wasslet għall-konklużjoni li Canadian Solar kisret ukoll l-obbligu li tirrispetta l-MIP, peress li t-tnaqqis ta' dawn il-benefiċċji mill-prezz tal-bejgħ fit-tranżazzjonijiet mal-klijenti kkonċernati naqsu dawk il-prezzijiet taħt l-MIP. |
|
(17) |
Canadian Solar għamlet wkoll bejgħ parallel ta' moduli koperti u mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti fl-istess sena ta' kalendarju. Dan sar permezz ta' bejgħ parallel lill-istess klijent, fuq skala kbira, ta', fuq naħa waħda, moduli importati fl-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għall-miżuri u mbagħad maħżuna (permezz ta' modi varji) u, minn naħa l-oħra, il-prodott kopert. Dak il-bejgħ kien jaqbeż sostanzjalment il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. B'hekk, Canadian Solar kisret dak il-limitu. |
|
(18) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet li hemm riskju għoli ta' kumpens trasversali fejn il-prodotti koperti u mhux koperti mill-impenn jinbigħu lill-istess klijenti b'mod partikolari fejn il-bejgħ seħħ fi kwantitajiet sinifikanti bħal dawn. |
|
(19) |
Canadian Solar użat ukoll mudell ta' negozju mhux relatat mal-manifattur ta' tagħmir oriġinali (original equipment manufacturer, “OEM”). Li l-OEM immonta moduli għal Canadian Solar f'pajjiż terz, allegatament bl-użu ta' ċelluli minn pajjiż terz ieħor. Importazzjonijiet ta' moduli minn Canadian Solar, li l-OEM fl-Unjoni mhumiex soġġetti għall-impenn, peress li l-impriża tkopri biss il-bejgħ dirett mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet u l-bejgħ, kif ukoll l-OEM, għalhekk jaqgħu barra l-ambitu tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ fuq il-prattikabbiltà tal-impenn. Il-Kummissjoni kkonkludiet li għalkemm limitat fl-ambitu, dan l-OEM, fil-forma preżenti tiegħu jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Canadian Solar imprattikabbli. |
(ii) ET Solar
|
(21) |
ET Solar biegħet il-prodott kopert mill-impenn bħala parti mill-bejgħ ta' parks solari kompluti. L-importazzjonijiet tal-prodott kopert lejn l-Unjoni kienu elenkati fir-rapporti ta' trimestrali ta ET Solar, iżda l-ebda bejgħ ta' moduli parks solari jew bħala parti ta' pannelli solari (solar parks) jew bħala parti minn parks solari ma kien. ET Solar kienet madankollu obbligata, skont l-impenn li tirrapporta dak il-bejgħ. Meta kien hemm bejgħ ta' park solari, ET Solar kienet tbigħ lott ta' oġġetti u servizzi: il-moduli installati fil-park, il-bqija tat-tagħmir meħtieġ għall-park, u s-servizz ta' bini tal-park u l-konnessjoni tiegħu mal-grilja. |
|
(22) |
Barra minn hekk, il-bejgħ ta' parks solari kompluti jikkostitwixxi bejgħ parallel tal-prodott kopert u prodotti u servizzi mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti. Dak il-bejgħ kien jaqbeż sostanzjalment il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. B'hekk, ET Solar kisret dan il-limitu. |
|
(23) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet li hemm riskju għoli ta' kumpens trasversali fejn il-prodott kopert u mhux kopert mill-impenn jinbigħu lill-istess klijenti b'mod partikolari fejn il-bejgħ seħħ fi kwantitajiet sinifikanti bħal dawn. |
|
(24) |
Barra minn hekk, ET Solar mhijiex kapaċi turi li l-MIP huwa rispettat fil-bejgħ ta' parks solari kompluti, minħabba li ma hemmx prezz tal-bejgħ per se għall-moduli peress li l-klijent iħallas biss prezz totali għall-installazzjoni u l-ebda spjega oħra kredibbli tal-prezz tal-moduli, tagħmir u servizzi oħra ma ngħatat. |
|
(25) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet ukoll li dan jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' ET Solar imprattikabbli. |
(iii) ReneSola
|
(26) |
Il-mudell tan-negozju ta' ReneSola, minbarra li juża l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom fir-RPĊ, jiddependi fuq netwerk estensiv tal-OEMs mhux relatati f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni sabiex jgħaqqdu l-moduli għalihom. Dawn l-OEMs jużaw ċelloli ta' oriġini differenti, inklużi ċelloli li joriġinaw minn jew li jintbagħtu mir-RPĊ. F'għadd ta' każijiet dawk iċ-ċelloli huma importati, fil-pajjiżi terzi u l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati li jinsabu f'pajjiżi terzi differenti. |
|
(27) |
L-importazzjonijiet ta' moduli minn dawk l-OEMs f'pajjiżi terzi u l-bejgħ ta' moduli immuntati mill-OEM fl-Unjoni mhumiex soġġetti għall-impenn peress li l-impenn jippermetti biss bejgħ dirett mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet u l-bejgħ, kif ukoll l-OEMs, għalhekk jaqgħu barra l-ambitu tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' dan il-mudell ta' kummerċ u kkonkludiet li dan jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn ta' ReneSola imprattikabbli. |
|
(29) |
Barra minn hekk, ReneSola fir-rapporti trimestrali pprovdiet informazzjoni qarrieqa dwar transazzjonijiet lill-importatur relatat fl-Unjoni. It-tranżazzjonijiet relatati mar-rekords spezzjonati fil-post ma jaqblux mal-bejgħ mill-esportazzjoni rrappurtat lill-Kummissjoni minn ReneSola taħt l-impenn. Verifika ulterjuri stabbiliet li ReneSola ma rrappurtatx il-kanċellazzjonijiet jew modifiki ta' għadd kbir ta' konsenji lejn dak l-importatur. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni analizzat dawn l-inkonsistenzi bejn ir-rapporti ta' impenn ta' ReneSola u tranżazzjonijiet tal-bejgħ attwali u kkonkludiet li ReneSola kisret l-obbligu ta' rappurtar li għandha skont l-impenn. |
(iv) Konklużjonijiet
|
(31) |
Is-sejbiet ta' ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà stabbiliti għal Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola għandhom bżonn l-irtirar tal-aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawk it-tliet produtturi esportaturi skont l-Artikolu 8(7) u (9) tar-Regolament bażiku antidumping, l-Artikolu 13(7) u (9) tar-Regolament bażiku antisussidji, u skont it-termini tal-impenn. |
|
(32) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjonijiet ta' azzjonijiet minn Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola elenkati fil-Premessi minn (15) sa (30) hawn fuq dwar ir-relazzjonijiet tagħhom ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni fuq l-aċċettazzjoni tal-impenn. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kombinazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet għamlu ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja ma' dawn it-tliet produtturi esportaturi. Għalhekk, din l-akkumulazzjoni ta' ksur tiġġustifika wkoll l-irtirar ta' aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawn it-tliet produtturi esportaturi skont it-termini tal-impenn. |
F. VALUTAZZJONI ĠENERALI TA' PRATTIKABILITÀ TAL-IMPENN
|
(33) |
L-impenn jistipula li ksur minn xi produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni tevalwa l-impatt ta' xi ksur partikolari fuq il-prattikabilità tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(34) |
Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt ta' ksur minn Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola dwar il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(35) |
Ir-responsabbiltà għal dan il-ksur hija biss tat-tliet produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ u l-verifiki ma żvelaw l-ebda ksur sistematiku minn numru kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-funzjonament ġenerali tal-impenn ma jiġix affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
G. SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ
|
(37) |
Partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jressqu kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji. Canadian Solar, ET Solar u ReneSola ppreżentaw kummenti u nstemgħu. Is-CCCME pparteċipat ukoll fis-seduti ta' smigħ. Il-kummenti ġew ippreżentati minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-importaturi u l-utenti tal-prodott kopert u minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-Unjoni ta' moduli u ċelloli solari. |
(i) Canadian Solar
|
(38) |
Canadian Solar ikkontestaw li naqsu milli jirrapportaw ċerti benefiċċji li pprovdew lil diversi klijenti u li b'dan kisret l-MIP. Huma jargumentaw li huma ma kienu taħt l-ebda obbligu biex jirrapporta dawn il-benefiċċji, għal tliet raġunijiet: |
|
(39) |
L-ewwel, li dawn il-benefiċċji huma parti tal-ispejjeż ta' bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative expenses, “SG &A”) tal-entità Ċiniża tagħhom, u li kwalunkwe SG&A ma jistgħux, fl-istess ħin, jikkostitwixxu benefiċċju għax-xerrejja tal-prodott kopert. Dawn il-kategoriji għandhom ikunu reċiprokament esklussivi. |
|
(40) |
It-tieni, skont il-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni benefiċċji mħallsa biss minn kumpaniji relatati fl-Unjoni għandhom jkunu rapportati u mnaqqsa mill-prezz tal-bejgħ bħala benefiċċji. |
|
(41) |
It-tielet, li, f'kullkaż, dawn l-ispejjeż ma jikkostitwixxux benefiċċju għax-xerrejja tal-prodott kopert, minħabba li l-ħlasijiet jikkorrispondu għall-valur tas-suq tas-servizzi mogħtija. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti peress li Canadian Solar kient obligata li tirrapporta kull benefiċċju mogħti lill-konsumaturi u naqset li tagħmel dan. Dan minħabba r-raġunijiet li ġejjin: |
|
(43) |
L-ewwel, l-ebda eċċezzjoni għal benefiċċji kklassifikati bħala SG&A ma tissemma fl-impriża. L-SG&A jistgħu fl-istess ħin ikunu ta' benefiċċju għax-xerrej, fejn ix-xerrej jirċievi ħlas ta' spiża kklassifikata bħala SG&A. |
|
(44) |
It-tieni, l-argument ta' Canadian Solar jippresupponi li l-ħlasijiet li jikkorrispondu tabilħaqq għall-valur tas-suq ta' servizzi mogħtija. Canadian Solar ma pprovdiet l-ebda prova suffiċjenti f'dak ir-rigward. Barra minn hekk, anki jekk dawn ma jikkorrispondux mal-valur tas-suq, quod non, dan ma jfissirx li l-pagamenti taħt tali klassifikazzjoni ma jikkonferixxux benefiċċju lid-destinatarju, f'dan il-każ il-klijent ta' Canadian Solar, fejn hemm rabta ċara bejn il-prezz tax-xiri tas-servizz u l-bejgħ tal-prodott kopert. |
|
(45) |
It-tielet, Canadian Solar tikkwota l-linji gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni barra mill-kuntest. Kuntrarjament għal dak li ssostni Canadian Solar, dawn l-ispejjeż jikkostitwixxu benefiċċji għax-xerrejja. Wieħed ma jistax joqgħod fuq il-fatt li huma msemmija biss bħala benefiċċji fi tweġiba għall-mistoqsija dwar kumpaniji relatati fl-Unjoni. Anzi, li jiġi eskluż li dawn l-ispejjeż jitħallsu minn entità Ċiniża jikkostitwixxi benefiċċji. Ma hemm l-ebda raġunament ekonomiku jew legali għat-trattament ta' dawn l-ispejjeż tal-entità Ċiniżi b'mod differenti mill-istess tip ta' spejjeż ta' kumpaniji relatati fl-Unjoni. |
|
(46) |
Ir-raba', il-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni għandha dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li ma tistax torbot lill-Kummissjoni u li t-tweġibiet fil-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni mhumiex individwalizzati u bbażata fuq informazzjoni limitata. Għal dawn ir-raġunijiet, il-gwida ma għandha l-ebda valur vinkolanti għall-Kummissjoni. |
|
(47) |
Għalhekk il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li Canadian Solar kisru l-obbligu ta' rappurtar tagħhom skont l-impenn u li kisru wkoll l-obbligu tagħhom li jirrispettaw l-MIP, peress li t-tnaqqis ta' dawn il-benefiċċji mill-prezz tal-bejgħ fit-tranżazzjonijiet mal-klijenti kkonċernati naqqsu dawn il-prezzijiet taħt l-MIP. |
|
(48) |
Canadian Solar iddefendew ukoll il-bejgħ parallel tagħhom ta' moduli koperti u mhux koperti mill-impenn lill-istess klijenti ta' hawn fuq li jaqbżu l-bejgħ limitu parallel awtorizzat mill-impenn. |
|
(49) |
Canadian Solar saħqet dwar dan id-dritt wara d-dħul fis-seħħ tal-impenn, l-ewwel biegħet il-ħażna tal-moduli li diġà kellha qabel l-impenn u li kienu diġà importati u approvati mid-dwana. Kien biss meta l-ħażna ġiet eżawrita li Canadian Solar biegħet prodotti koperti mill-impenn lill-istess klijenti. |
|
(50) |
Canadian Solar barra minn hekk issostni li l-klijenti li xtraw moduli OEM magħmula f'pajjiżi terzi u mibgħuta minnhom qatt ma nbigħulhom prodotti koperti mill-impenn. |
|
(51) |
Barra minn hekk, Canadian Solar tirreferi għal dokument ta' gwida maħruġ mis-CCCME, skont liema ċelloli u moduli oħra apparti dawk koperti mill-impenn ma jikkwalifikawx bħala “kwalunkwe tip ieħor ta' prodott magħmul jew ikkummerċjalizzat mill-kumpanija” . Huma jsostnu li kien biss permezz ta' e-Mail tat-12 ta' Diċembru 2013 li s-servizzi tal-Kummissjoni wrew l-oppost biċ-ċar. |
|
(52) |
Fl-aħħar nett, Canadian Solar ssostni li l-bejgħ tagħha ta' prodotti importati u rilaxxati mid-dwana u mbagħad maħżuna mingħajr ma ġew soġġetti għall-miżuri huma esklużi mill-obbligi skont l-impenn, li huma biegħu moduli mhux koperti mill-impenn bi prezz simili tal-MIP, u li huma l-ewwel illikwidaw l-istokks u biss wara dan biegħu l-prodott kopert. Għal dawn ir-raġunijiet, huma ma jarawx riskju ta' kumpens trasversali. |
|
(53) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dawn l-argumenti. Minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-Premessa (46) hawn fuq, il-gwida msemmija minn Canadian Solar ma tistax torbot lill-Kummissjoni. Huwa ċar mill-kliem u l-iskema ġenerali tal-impenn li l-produttur esportatur ma jistax ibigħ lill-istess klijent ċelloli u moduli koperti mill-impenn u ċelloli u moduli li mhumiex koperti mill-impenn ta' hawn fuq, il-limitu ta' bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. |
|
(54) |
Dan japplika wkoll f'sitwazzjonijiet fejn moduli ġew impurtati u rilaxxati mid-dwana mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għall-miżuri u mbagħad inħażnu. F'każ ta' bejgħ parallel ta' moduli, ir-riskju ta' kumpens trasversali huwa saħansitra akbar milli fil-każ ta' bejgħ parallel ta' prodotti oħra. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni mhix obbligata tipprova l-eżistenza ta' kumpens trasversali, iżda biss li turi li hemm riskju ta' kumpens trasversali minn xi produttur esportatur partikolari. Id-dispożizzjonijiet tal-impenn għandhom l-għan li jipprevjenu l-possibbiltà ta' kumpens trasversali, minħabba li huwa impossibbli li jiġi ssorveljat il-prezz li bih prodotti mhux koperti mill-impenn jinbigħu. Fl-aħħar nett, l-e-Mail tat-12 ta' Diċembru 2013 ma ħoloqx sitwazzjoni legali ġdida, iżda kkonfermat biss il-kitba tal-impenn. |
|
(56) |
Canadian Solar ikkonfermat fis-sottomissjoni ta' wara s-smigħ, li fl-2013, huma biegħu moduli li kienu impurtati u rilaxxati mid-dwana u mbagħad maħżuna mingħajr ma ġew soġġetti għall-miżuri. Fl-istess sena, l-istess klijenti kienu xerrejja tal-prodott ikkonċernat, u li l-valur tal-bejgħ ta' qabel huwa aktar minn marġinali. B'rabta mal-argument li Canadian Solar l-ewwel biegħet dawn il-moduli, u mbagħad il-prodott kopert biss, il-Kummissjoni tosserva li l-impenn ma fih ebda eċċezzjoni fuq il-bażi tal-ordni ta' bejgħ. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad dan l-argument. |
|
(57) |
Canadian Solar sostnew ukoll li huma importaw u reġgħu biegħu kwantitajiet limitati ta' moduli OEM wara d-dħul fis-seħħ tal-impenn, u li sadanittant, waqfu jixtru dawn il-prodotti għas-suq tal-Unjoni. |
|
(58) |
Canadian Solar ikkonfermat li l-strateġija tal-OEM ġiet żviluppata sabiex jadattaw il-mudell tan-negozju tagħhom għal l-impenn għaliex moduli tal-OEM intużaw għall-bejgħ ta' moduli inklużi fil-pakkett, fejn il-valur ta' prodotti oħra li jinsabu fil-pakkett jeċċedi l-bejgħ parallel awtorizzat mill-impenn. |
|
(59) |
Barra minn hekk, Canadian Solar issottomettew li ma biegħux moduli tal-OEM lill-konsumaturi li xtraw moduli koperti mill-impenn. Fl-aħħar nett, Canadian Solar issostni li l-Impenn ma jipprojbixxix il-bejgħ ta' moduli tal-OEM espliċitament. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti. Filwaqt li l-impenn tabilħaqq ma jirreferix b'mod espliċitu għall-bejgħ ta' moduli tal-OEM, dan il-bejgħ tal-OEM mhuwiex soġġett għall-impenn kif stipulat fil-premessa (19) hawn fuq. Għaldaqstant, il-bejgħ tal-OEM jaqa' barra mill-ambitu ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni. |
|
(61) |
Barra minn hekk, l-impenn jiddikjara b'mod ċar li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ lejn l-Unjoni mingħajr ġustifikazzjoni ekonomika oħra, ħlief l-evitar ta' miżuri għad-difiża tan-negozju, huwa ksur tal-impenn. |
|
(62) |
B'rabta ma' dan, l-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid ta' moduli tal-OEM fl-Unjoni minn Canadian Solar ikkostitwixxew bidla fix-xejra tal-kummerċ, maħsub biex jadatta x-xejra tal-kummerċ biex tevadi t-termini tal-impenn. |
|
(63) |
Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku antisussidji ma fihom l-ebda rekwiżit għall-perċentwal minimu ta' bejgħ għall-valutazzjoni ta' ksur ta' impenn. |
|
(64) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba tagħha, li għalkemm limitat fl-ambitu, il-bejgħ tal-OEM għamel il-monitoraġġ tal-impenn ta' Canadian Solar imprattikabbli, u barra minn hekk, jikkostitwixxi ksur tal-impenn, peress li dan il-bejgħ biddel ix-xejra tal-kummerċ ta' Canadian Solar. |
|
(65) |
Fl-aħħar nett, Canadian Solar jisħqu li dejjem kienu konformi mar-regoli applikabbli u li ħadu l-passi neċessarji kollha biex b'mod xieraq jinterpretaw u jimplimentaw l-impenn. B'mod partikolari, huma jenfasizzaw li huma u l-konsulenti legali tagħhom għamlu iktar minn 50 talba lill-Kummissjoni u lis-CCCME sabiex ifittxu kjarifika dwar il-konformità ta' Canadian Solar mal-impenn, u li huma dejjem imxew ma' kull parir li rċevew. |
|
(66) |
Is-sottomissjonijiet ta' Canadian Solar ma jbiddlux il-valutazzjoni globali li l-akkumulazzjoni tas-sejbiet kollha għal Canadian Solar, għamlet il-ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja mal-Kummissjoni dwar l-imprattikabbiltà tal-impenn ta' Canadian Solar u, bħala tali jiġġustifikaw l-irtirar. Tabilħaqq, l-istrateġija kummerċjali ta' Canadian Solar maħsuba biex tnaqqas kemm jista' jkun il-kamp ta' applikazzjoni prattika tal-obbligi tagħha skont l-impenn, irrispettivament mill-għan tal-impenn u l-ħtieġa li tiġi ppreżervata r-relazzjoni ta' fiduċja. |
(ii) ET Solar
|
(67) |
ET Solar indikat matul is-seduta li hi ma rrapportatx bejgħ tal-prodott kopert fejn il-bejgħ kien parti minn park solari. Barra minn hekk, hi spjegat li ħafna bejgħ li sar wara d-dħul fis-seħħ tal-impenn ikkonċerna moduli li kienu rilaxxati mid-dwana (iżda mhux mibjugħa) mingħajr ma kienu ġew soġġetti għall-miżuri. Huma spjegaw ukoll żball fl-ifformattjar u korrezzjoni minuri oħra. B'riżultat ta' dan, id-distakk bejn il-bejgħ fuq il-kotba tal-kumpanija u bejgħ irrapportat jista' jitqies marġinali. |
|
(68) |
ET Solar kkonfermat fl-istess waqt li naqset milli tirrapporta dawn l-allegati kwantitajiet marġinali ta' bejgħ lill-Kummissjoni, u li kwantitajiet sinifikanti ta' moduli solari kienu rilaxxati mid-dwana mingħajr ma kienu soġġetti għall-miżuri, iżda mhux mibjugħa qabel id-dħul fis-seħħ tal-impenn. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni dwar jekk il-klijenti li xtraw dawn il-moduli kenux l-istess li wara xtraw il-prodott kopert. |
|
(69) |
ET Solar sostniet ukoll li l-bejgħ ta' parks solari mhuwiex projbit skont l-impenn, peress li dawn huma prodotti integrati u kumplessi li għandhom jiġu ttrattati bħala unità waħda u, bħala tali, ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-“prodott kopert”. |
|
(70) |
Għalhekk, ET Solar tqis li l-limitu ta' bejgħ parallel ta' “prodotti oħra” awtorizzat mill-impenn ma jgħoddx għall-bejgħ ta' parks solari, u tali bejgħ ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat. Fl-istess waqt, huma kkonfermaw li kienu rrappurtati tranżazzjonijiet intragrupp li jwasslu għall-importazzjoni ta' prodotti koperti lejn l-Unjoni. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti ta' ET Solar għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(72) |
Id-daqs tal-ksur huwa irrilevanti. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-Premissa (63) hawn fuq, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku antisussidji ma fihom l-ebda rekwiżit għall-perċentwal minimu ta' bejgħ għall-valutazzjoni ta' ksur ta' impenn. |
|
(73) |
Barra minn hekk, l-allegati kwantitajiet marġinali msemmija fil-Premessa (67) mhumiex negliġibbli, iżda jikkorrispondu għall-ammont imdaqqas ta' diversi kontejners sħaħ. Barra minn hekk, ET Solar ma setgħetx teskludi li kwantitajiet sinifikanti ta' moduli solari rrilaxxati mid-dwana mingħajr ma ġew soġġetti għall-miżuri nbigħu lill-istess klijenti li xtraw ukoll il-prodott kopert; Għalhekk, l-ispjegazzjonijiet ta' ET Solar juru li nksru wkoll ir-regoli dwar ir-riskju ta' kumpens trasversali. |
|
(74) |
Parks solari mibjugħa minn ET Solar jikkonsistu l-aktar f'moduli importati skont l-impenn. ET Solar kienet obbligata li tirrapporta l-bejgħ ta' dawn il-moduli skont l-impenn. Barra minn hekk, l-imenn jipprevedi b'mod ċar, mingħajr eċċezzjoni, li ma jkunx hemm aktar minn limitu perċentwali ta' bejgħ fuq “prodotti oħra” li jistgħu jinbiegħu lill-istess klijent biex jiġi evitat kumpens trasversali. |
|
(75) |
Għalhekk il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha, li ET Solar kisret l-impenn permezz ta' bejgħ ta' moduli solari lill-parks solari u billi naqset li tirrapporta dan il-bejgħ. B'hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll il-konklużjonijiet dwar ksur tal-MIP u l-imprattikabbiltà tal-impenn ta' ET Solar. |
(iii) ReneSola
|
(76) |
ReneSola sostniet li l-mudell tan-negozju tagħha, li bih tipproduċi moduli bl-użu ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħha fir-RPĊ u netwerk estensiv ta' OEMs mhux relatati f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni mhuwiex ġdid u ilu fis-seħħ qabel ma daħal fis-seħħ l-impenn. ReneSola argumentat li tali mudell ta' negozju ma kienx ġie espliċitament ipprojbit sa Novembru 2014. |
|
(77) |
ReneSola sostniet ukoll li hija lesta li timpenja ruħha li ma tbigħx moduli magħmula minn OEMs tagħha f'pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(78) |
ReneSola madankollu esprimiet interess fl-użu tal-produzzjoni tal-OEM fl-Unjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. ReneSola offriet li twettaq simplifikazzjoni tal-mudell ta' negozju tagħha li jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn prattikabbli. |
|
(79) |
Sabiex tiġi evitata l-posssibiltà ta' kumpens trasversali, ReneSola offriet li tiżviluppa “internal firewall” jiġifieri li tipprojbixxi l-bejgħ minn sorsi differenti lill-istess kumpanija, lil kumpaniji fl-istess grupp, jew li tbigħ lil proġetti tagħha stess. ReneSola offriet ukoll li tiżgura li l-produtturi OEM tagħha fl-Unjoni jikkooperaw mal-Kummissjoni. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni tirrifjuta dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(81) |
Il-monitoraġġ ta' tali mudell tan-negozju tal-OEM estensiv jibqa' imprattikabbli kif diġà spjegat fil-Premessi minn (26) sa (28) hawn fuq. Minkejja l-impenji offruti minn ReneSola, l-użu ta' OEM fl-Unjoni jagħmel il-monitoraġġ tal-impenn imprattikabbli. L-attivitajiet ta' OEM, anki fl-Unjoni jaqgħu barra mill-ambitu tal-impenn, għalhekk jaqgħu barra mill-monitoraġġ tal-Kummissjoni. |
|
(82) |
L-argument ta' “internal firewall” ta' ReneSola ma kien appoġġat bl-ebda evidenza u spjegazzjoni ulterjuri. Barra minn hekk, il-kjarifika mogħtija f'Novembru 2014 ma timplikax li l-prattika estensiva ta' OEM ta' ReneSola ma kinietx qed tagħmel l-impenn imprattikabbli qabel. Dan jista' jiġi spjegat mill-fatt li ReneSola ma tikkontestax l-OEMs li jinsabu f'pajjiżi terzi jużaw tal-inqas parzjalment ċelloli li joriġinaw fir-RPĊ fil-produzzjoni tagħhom, kif wieħed jista' jara mill-verifika ta' qabel tad-dejta ppreżentata minn Renesola. Huwa imprattikabbli li tissorvelja li moduli li fihom dawn iċ-ċelloli ma ġewx fornuti fl-Unjoni. |
|
(83) |
ReneSola ppreżentat ukoll informazzjoni addizzjonali dwar konsenja bil-baħar partikolari li għaliha huma pprovdew informazzjoni qarrieqa fir-rapporti trimestrali tagħha. ReneSola sostniet li dan ma kienx intenzjonali u kien ikkawżat minn nuqqas ta' ftehim tal-impenn u forsi negliġenza. ReneSola sostniet ukoll li l-implimentazzjoni tal-impenn hija kkumplikata u ddikjarat li hemm obbligi ta' rappurtar separati fuq iċ-ċertifikati u l-fatturi tal-impenn, u kemm fil-proċess ta' rappurtar kif ukoll ta' rettifika, bosta partijiet huma involuti. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dan l-argument għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(85) |
ReneSola għadha ma rretifikatx l-informazzjoni (kanċellazzjoni jew modifika ta' konsenji) pprovduta fir-rapporti tagħha trimestrali skont ir-rekords ta' tranżazzjonijiet.tal-importatur relatat magħhom. Għalhekk, ir-rapporti ta' ReneSola ma kenux jirriflettu t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ veru. |
|
(86) |
ReneSola infurmat lis-CCCME dwar id-differenza sinifikanti tal-kwantità kkunsenjata u ċ-ċertifikat ta' impenn rilevanti, u talbet parir biex tirranġa s-sitwazzjoni biss wara ż-żjara fil-post mill-Kummissjoni. |
|
(87) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tal-ksur tal-impenn ta' ReneSola b'rappurtar mhux komplut u żbaljat tal-bejgħ. |
(iv) Kummenti minn partijiet interessati oħrajn
|
(88) |
Waħda mill-partijiet interessati talbet lill-Kummisjoni biex tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għat-tliet produtturi esportaturi b'effett retroattiv mid-data tal-ewwel ksur dokumentat jew mill-inqas mill-bidu tal-eżerċizzju ta' verifika, biex tikkumpensa għad-danni lill-baġit tal-UE b'konsegwenza tad-dazji tal-importazzjoni evażi. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba, minħabba li ma hemm l-ebda raġuni biex tinvalida kwalunkwe fattura tal-impenn maħruġa minn tliet produtturi esportaturi sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, li jista' jiġġustifika ġbir retroattiv tad-dazji. |
|
(90) |
Parti interessata oħra ħeġġet lill-Kummissjoni tippermetti għal perjodu transitorju qabel ma jibdew japplikaw id-dazju antidumping u dak kumpensatorju sabiex l-importaturi jeżegwixxu jew itemmu raġonevolment l-arranġamenti kuntrattwali eżistenti u jsibu fornituri alternattivi. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba minħabba li skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, fil-każ ta' rtirar ta' aċċettazzjoni tal-impenn, id-dazji antidumping jew kumpensatorji japplikaw awtomatikament u m'hemm l-ebda bażi legali għal kull perjodu transitorju. |
|
(92) |
Barra minn hekk, l-importatur huwa responsabbli kemm għall-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni kif ukoll għar-regolarità tad-dokumenti ppreżentati minnu lill-awtoritajiet doganali. Il-konsegwenzi negattivi ta' atti illegali mal-imsieħba kuntrattwali tagħha ma jistgħux jiġu sostnuti mill-Unjoni. Il-possibbiltà li impenn ta' prezz jista' jiġi rtirat huwa riskju kummerċjali inerenti fin-negozju tal-importazzjoni. |
(v) Konklużjoni
|
(93) |
Minkejja s-sottomissjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet tagħha dwar ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà stabbilita għal Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll il-konklużjoni li t-taħlita ta' azzjonijiet minn Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola elenkati fil-Premessi minn (15) sa (32) hawn fuq għamlu ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja ma' kull wieħed minn dawn it-tliet produtturi esportaturi. |
|
(94) |
Dik tiġġustifika l-irtirar ta' aċċettazzjonijiet tal-impenn għal dawn it-tliet produtturi esportaturi skont it-termini tal-impenn. |
H. L-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONI TA' DAZJI DEFINITTIVI
|
(95) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, kif wkoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Canadian Solar, ET Solar, u ReneSola tiġi rtirata. |
|
(96) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, id-dazju antidumping definittiv impost minn Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina jew jintbagħat mir-RPĊ u magħmul minn Canadian Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B805), ET Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B819), u ReneSola (kodiċi addizzjonali TARIC: B921) mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(97) |
Għal skopijiet ta' informazzjoni t-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/657/UE mhijiex affettwata. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-aċċettazzjoni tal-impenn relatata ma' (i) CSI Solar Power (China) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc., u CSI Cells Co. Ltd koperti b'mod konjunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B805; (ii) ET Solar Industry limitata u ET Energy Co., Ltd b'mod konġunt koperti bil-kodiċi addizzjonali TARIC B819; u (iii) ReneSola Zhejiang Ltd u ReneSola Jiangsu Ltd koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC B921 huwa b'dan irtirat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(4) ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.
(6) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.
(7) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.
ANNESS
Lista ta' kumpaniji:
|
Isem tal-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd |
B798 |
|
Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd |
B799 |
|
Anhui Chaoqun Power Co. Ltd |
B800 |
|
Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B802 |
|
Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd |
B801 |
|
Anhui Titan PV Co. Ltd |
B803 |
|
Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited TBEA SOLAR CO. LTD XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT |
B804 |
|
Changzhou NESL Solartech Co. Ltd |
B806 |
|
Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd |
B807 |
|
Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd Changzhou Youze Technology Co. Ltd Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd |
B791 |
|
CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD |
B808 |
|
ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B811 |
|
CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD |
B812 |
|
CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd |
B813 |
|
CSG PVtech Co. Ltd |
B814 |
|
China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd |
B809 |
|
Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd |
B810 |
|
Delsolar (Wujiang) Ltd |
B792 |
|
Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd |
B816 |
|
EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD |
B817 |
|
Era Solar Co. Ltd |
B818 |
|
GD Solar Co. Ltd |
B820 |
|
Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd |
B821 |
|
Konca Solar Cell Co. Ltd Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED |
B850 |
|
Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd |
B822 |
|
Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd |
B824 |
|
Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd |
B825 |
|
Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd |
B826 |
|
Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd |
B827 |
|
HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD |
B828 |
|
Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd |
B829 |
|
Jetion Solar (China) Co. Ltd Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd |
B830 |
|
Jiangsu Green Power PV Co. Ltd |
B831 |
|
Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd |
B832 |
|
Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B833 |
|
Jiangsu Runda PV Co. Ltd |
B834 |
|
Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd |
B835 |
|
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
B836 |
|
Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd |
B837 |
|
Jiangsu Sinski PV Co. Ltd |
B838 |
|
Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd |
B839 |
|
Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd |
B840 |
|
Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd |
B841 |
|
Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd |
B793 |
|
Jiangyin Hareon Power Co. Ltd Hareon Solar Technology Co. Ltd Taicang Hareon Solar Co. Ltd Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd |
B842 |
|
Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd |
B843 |
|
JingAo Solar Co. Ltd Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd Hefei JA Solar Technology Co. Ltd Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd |
B794 |
|
Jinko Solar Co. Ltd Jinko Solar Import and Export Co. Ltd ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD |
B845 |
|
Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd |
B795 |
|
Juli New Energy Co. Ltd |
B846 |
|
Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd |
B847 |
|
King-PV Technology Co. Ltd |
B848 |
|
Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan) |
B849 |
|
Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd |
B851 |
|
MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO. LTD |
B852 |
|
Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd |
B853 |
|
NICE SUN PV CO. LTD LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD |
B854 |
|
Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd |
B856 |
|
Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd |
B857 |
|
Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd |
B858 |
|
Ningbo Osda Solar Co. Ltd |
B859 |
|
Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd |
B860 |
|
Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd |
B861 |
|
Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd |
B862 |
|
Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd |
B863 |
|
Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd |
B864 |
|
Perlight Solar Co. Ltd |
B865 |
|
Phono Solar Technology Co. Ltd Sumec Hardware & Tools Co. Ltd |
B866 |
|
RISEN ENERGY CO. LTD |
B868 |
|
SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD |
B869 |
|
SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD |
B870 |
|
Shanghai BYD Co. Ltd BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd |
B871 |
|
Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd |
B872 |
|
Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B873 |
|
SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B874 |
|
SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd |
B875 |
|
Shanghai ST Solar Co. Ltd Jiangsu ST Solar Co. Ltd |
B876 |
|
Shenzhen Sacred Industry Co.Ltd |
B878 |
|
Shenzhen Topray Solar Co. Ltd Shanxi Topray Solar Co. Ltd Leshan Topray Cell Co. Ltd |
B880 |
|
Sopray Energy Co. Ltd Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd |
B881 |
|
SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd |
B882 |
|
SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD |
B883 |
|
TDG Holding Co. Ltd |
B884 |
|
Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd |
B885 |
|
Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd |
B886 |
|
Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd |
B877 |
|
Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd |
B879 |
|
Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd |
B889 |
|
Wuxi Saijing Solar Co. Ltd |
B890 |
|
Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd |
B891 |
|
Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd |
B892 |
|
Wuxi Suntech Power Co. Ltd Suntech Power Co. Ltd Wuxi Sunshine Power Co. Ltd Luoyang Suntech Power Co. Ltd Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd |
B796 |
|
Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd |
B893 |
|
Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B896 |
|
Xi'an LONGi Silicon Materials Corp. Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd |
B897 |
|
Years Solar Co. Ltd |
B898 |
|
Yingli Energy (China) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd |
B797 |
|
Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd |
B899 |
|
Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd |
B900 |
|
Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd |
B902 |
|
Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd |
B903 |
|
Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B904 |
|
Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd |
B905 |
|
Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd |
B906 |
|
Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd |
B907 |
|
Zhejiang Koly Energy Co. Ltd |
B908 |
|
Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd |
B910 |
|
Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B911 |
|
Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd |
B912 |
|
Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd |
B914 |
|
Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd |
B915 |
|
Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd |
B916 |
|
Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd |
B917 |
|
Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD |
B918 |
|
Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B919 |
|
ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD |
B920 |
|
Zhongli Talesun Solar Co. Ltd |
B922 |
|
ZNSHINE PV-TECH CO. LTD |
B923 |