IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.9.2021
COM(2021) 593 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda il-Ftehim
DEĊIŻJONI NRU …/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
ta’...
li temenda l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(5)(d) tiegħu,
Billi:
(1)Il-punt (d) tal-Artikolu 164(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (“il-Kumitat Konġunt”) li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw lil dak il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw l-ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li jeħtieġ li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(2)Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tiġi emendata billi jiżdiedu ħames deċiżjonijiet u żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li ma kinux elenkati fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u billi jitneħħew żewġ deċiżjonijiet li ġew sostitwiti bid-deċiżjonijiet il-ġodda.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:
(1)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Rakkomandazzjoni Nru A1 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-ħruġ tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżdied taħt “Leġiżlazzjoni applikabbli (serje A)”;
(2)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru E6 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar id-determinazzjoni ta’ meta messaġġ elettroniku jitqies li legalment wasal fis-sistema tal-Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (Electronic Exchange of Social Security Information, EESSI) għandha tiżdied taħt “Skambju Elettroniku tad-Data (serje E)”
(3)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H9 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll id-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 għandhom jiżdiedu taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;
(4)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H10 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet Orizzontali (serje H);
(5)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni H11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 kif ukoll id-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 għandhom jiżdiedu taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;
(6)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Rakkomandazzjoni H2 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar l-inklużjoni ta’ karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni f’Dokumenti Portabbli maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li turi l-pożizzjoni ta’ persuna għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H);
(7)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni S11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandha tiżdied taħt “Mard (serje S)”;
(8)Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jitneħħew l-atti li ġejjin:
(a)Id-Deċiżjoni H8 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ operazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali, li hija sostitwita bid-Deċiżjoni H10 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali;
(b)Id-Deċiżjoni S9 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li hija sostitwita bid-Deċiżjoni S11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi ….,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti