32004R0086



Official Journal L 013 , 20/01/2004 P. 0019 - 0027


Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 86/2004

tal-15 ta’ Jannar 2004

li jistabbilixxi l-istandard ta’ marketing għal-lanġas

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], and in particular l-Artikolu 2(2),

billi:

(1) Il-lanġas huma fost il-prodotti illistjati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalih għandhom jiġu adottati standards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1619/2001 jistabbilixxi l-istandard ta’marketing għat-tuffieħ u l-lanġas u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 920/89 [2] jistabbilixxi standard ta’ marketing komuni għat-tuffieħ u l-lanġas.

(2) Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li ma Jżommux u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/KEE) wara li ddeċieda, għat-trasparenza, li r-regoli dwar il-lanġas għandhom jiġu mifruda minn dawk dwar it-tuffieħ, ir-Regolament (KE) Nru 1619/2001 ġie mħassar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 85/2004 tal-15 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi l-istandard ta’ marketing għat-tuffieħ [3]. Standard ġdid ta’ marketing għandu b’ hekk jiġi adottat.

(3) Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-istandards il-ġodda għandu jneħħi prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti mis-suq, jwassal biex il-produzzjoni tkun konformi mal-ħtigijiet tal-konsumaturi u jħaffef il-kummerċ ibbażat fuq il-kompetizzjoni ġusta, u b’ hekk jgħin biex jitjieb il-profitt.

(4) L-istandards huma applikabbli fl-istadji kollha ta’ marketing. It-trasport għal distanzi twal, il-ħażna matul ċertu perjodu u d-diversi proċessi li minnhom il-prodotti jgħaddu minnhom jistgħu jikkawżaw xi element ta’ tħassir minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jitħassru. Għandu jinagħta każ ta’ tali tħassir meta jkun qed jiġi applikat l-istandard fl-istadji ta’ marketing li jiġu wara li sssir il-kunsinna.

(5) Minħabba li prodotti fil-klassi "Extra" għandhom ikunu mgħarbla u ppakkjati b’ attenzjoni partikolarment kbira, għandhom jiġu ikkonsidrati biss fil-każ tagħhom in-nuqqas ta’ freskezza u l-istat ta’ nefħa.

(6) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istandard ta’ marketing għall-lanġas, li jinsab fil-kowd CN ex080820, għandu jkun kif miniżżel fl-Anness.

L-istandard għandu jgħodd fl-istadji kollha ta’ marketing taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Madankollu, fl-istadji ta’ wara li tkun saret il-kunsinna, il-prodotti jistgħu juru dwar il-ħtiġijiet ta’ l-istandard:

- nuqqas ħafif tal-freskezza u l-qawwa fin-nefħa,,

- għal prodotti ggradati fi klassijiet li ma humiex tal-klassi "Extra", deterjorazzjoni ħafifa minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jmorru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Jannar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64).

[2] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 3. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 46/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 61).

[3] Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

STANDARD GĦAL-LANĠAS

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal lanġas ta’ varjetajiet (varjetajiet mnissla bil-kultivazzjoni) mkabbrin mill-Pyrus communis L. li għandhom ikunu forniti friski lill-konsumatur, lanġas għall-iproċessar industrijali huwa eskluż.

II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ

L-għan ta’ l-istandard huwa li jiddefinjixxi l-ħtiġijiet ta’ kwalità, war l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A. Ħtiġijiet minimi

Fil-klassijiet kollha, skond id-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandhom ikunu:

- intatti,

- b’saħħethom; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

- nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

- prattikament ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

- prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

- ħieles minn umdità mhux tas-soltu fuq barra,

- ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin.

Barra minn dan, għandhom ikunu ġew miġbura b’ attenzjoni.

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li tħallihom:

- ikomplu jsiru u jilħqu l-istat misjur meħtieġ skond il-karatteristiċi tal-varjetà,

- jifilħu t-Trasport u l-imaniġġjar u

- jaslu f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B. Klassifika

Il-lanġas huma ikklassifikati fi tlett klassijiet definit aktar l-isfel.

(i) Klassi "Extra"

Lanġas f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità superjuri. Fl-għamlu, fid-daqsn u l-kulur, għandhom ikunu bl-istess karatteristiċi tal-varjetà u z-zokk għandu jkun hemm u sħiħ.

Il-laħma għandha tkun perfettament f’waqtha, u l-qoxra ma tkunx ħarxa [1].

Għandhom ikunu ħielsa minn difetti ħlief xi difettii superfiċjali veri żgħar sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità tagħha li żżomm u l-preżentazzjoni fl-ippakkjar.

Il-lanġas ma għandux ikun mrammel.

(ii) Għall-Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Fis-sura, daqs u l-lewn, huma għandhom ikunu xempju tal-varejtà.

Il-laħma għandha tkun għal kollox f’waqtha u l-qoxra ma tkun ħarxa [2].

Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jitħallew basta iżda illi dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

- difett żgħir fis-sura,

- difett żgħir fl-iżvilupp,

- difett ħafif fil-kulur,

- difetti żgħar fil-qoxra li ma għandhomx estendu għal aktar minn:

- 2 cm fit-tul għad-difetti ta’ sura tawwalija,

- 1 cm2 tas-superfiċje totali għal difetti oħrajn, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma għandhiex tasal għal iżjed minn 0,25 cm2 tal-wiċċ kollu,

- ħsara ħafifa li ma tkunx ta’ aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ totali u li l-lewn tagħha ma jkunx tefa.

Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhomx ikunu mrammlin.

(iii) Għall-Klassi II

Din il-klassi tiġbor fiha lanġas li ma jikkwalifikawx biex jiddaħħlu fil-klassijiet aktar għoljin imma jissodisfaw il-ħtiġijiet minimi speċifikati aktar il-fuq.

Il-laħma għandha tkun ħielsa minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin huma aċċettati sakemm il-frotta iżżomm il-karatteristiċi essenzali tagħha dwar il-kwalità, il-kapaċità li żżomm tajba u l-preżentazzjoni:

- difetti fis-sura,

- difetti fl-iżvilupp,

- difetti fil-kulur,

- ftit ħruxija fil-qoxra(3),

- difetti fil-qoxra li ma għandhomx jestendu għal aktar minn:

- 4 cm fit-tul għal difetti ta’ sura tawwalija,

- 2,5 cm2 tal-wiċċ totali għal difetti oħrajn, ħlief għall-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ totali,

- tbenġil ħafif li ma jkunx ta’ aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ totali li jista’ jkun tilef ftit fil-lewn.

III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skond id-dijametru massimu fuq it-taqsima ekwatorjali.

Daqs minimu huwa meħtieġ għal kull klassi kif ġej:

| Extra | Klassi I | Klassi II |

Varjetajiet ta' frott kbir | 60 mm | 55 mm | 55 mm |

Varjetajiet Oħrajn | 55 mm | 50 mm | 45 mm |

[1] Dan ma japplikax meta l-qoxra ħoxna ħamranija tkun rappreżentattiva tal-varjetà.

[2] Dan ma japplikax meta l-qoxra ħoxna ħamranija tkun rappreżentattiva tal-varjetà.

--------------------------------------------------