|
5.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 183/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10598 – LGC/TORAY INDUSTRIES HUNGARY)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 183/08)
1.
Fis-27 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
LG Chem, Ltd (“LGC”, il-Korea t’Isfel), |
|
— |
Toray Industries Inc. (“Toray”, il-Ġappun), |
|
— |
Toray Industries Hungary Korlátolt Felelġsségű Társaság (l-Ungerija), ikkontrollata minn Toray. |
LGC u Toray se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Toray Industries Hungary Korlátolt Felelġsségű Társaság kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
LGC hija kumpanija kimika attiva fin-negozju petrokimiku, in-negozju tal-materjal avvanzat, in-negozju tal-bijoxjenza u n-negozju tal-batteriji, |
|
— |
Toray hija kumpanija kimika attiva fil-manifattura, l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ diversi materjali għal karozzi, inġenji tal-ajru, prodotti relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u prodotti relatati max-xjenzi tal-ħajja. |
3.
Toray Industries Hungary Korlátolt Felelġsségű Társaság se tkun qed timmanifattura u tbigħ separaturi għall-batteriji tal-joni tal-litju.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10598 – LGC/TORAY INDUSTRIES HUNGARY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).