<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-422/19</NO.CASE><NO.CASE>C-423/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0422</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:63">EU:C:2021:63</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20210126">26.01.2021</DATE> – Kawżi magħquda C‑422/19 u C‑423/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Hessischer Rundfunk</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20210126">26 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika ekonomika u monetarja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1)(c) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Politika monetarja</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza esklużiva tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 128(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll Nru 4 tal-Istatuti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Effetti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ aċċettazzjoni ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 974/98</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għall-Istati Membri li jipprevedu restrizzjonijiet għall-ħlasijiet permezz ta’ karti u muniti iddenominati f’euro</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni reġjonali li teskludi l-ħlas fi flus ta’ kontribuzzjoni awdjoviżiva lil organu reġjonali rregolat mid-dritt pubbliku tax-xandir</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑422/19 u C‑423/19,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190531">31 ta’ Mejju 2019</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Johannes Dietrich</HT> (C‑422/19),</P><P><HT TYPE="BOLD">Norbert Häring</HT> (C‑423/19)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hessischer Rundfunk,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, M. Vilaras u N. Piçarra, Presidenti ta’ Awla, T. von Danwitz, C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, S. Rodin, C. Lycourgos, P. G. Xuereb (Relatur), L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20200615">15 ta’ Ġunju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Johannes Dietrich u Norbert Häring, minn C. A. Gebauer, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hessischer Rundfunk, minn H. Kube, Professur tad-dritt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Eisenberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. de Moustier u A. Daly, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), minn M. Rötting, F. Malfrère u C. Kroppenstedt kif ukoll minn R. Aragón Plaza, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20200929">29 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(c) TFUE, mat-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="230" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 326, p. 230</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-<DATE ISO="19980503">3 ta’ Mejju 1998</DATE> dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 111, rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="253" PAGE.FIRST="41" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 253, p. 41</REF.DOC.OJ>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn Johannes Dietrich (Kawża C‑422/19) u Norbert Häring (Kawża C‑423/19) u Hessischer Rundfunk (ix-xandar pubbliku tal-Land ta’ Hessen, il-Ġermanja) dwar il-ħlas ta’ kontribuzzjoni awdjoviżiva dovuta lil dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Skond l-Artikolu 128(1) tat-Trattat [FUE], il-Kunsill Regolatorju jkollu d-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus ta’ l-euro fl-Unjoni. Dan il-ħruġ ta’ noti jista’ jsir kemm mill-[Bank Ċentrali<?PAGE NO="3"?> Ewropew (BĊE)] kif ukoll mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-karti tal-flus maħruġa mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali biss ikollhom l-istat ta’ valuta legali fi ħdan l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 974/98</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 19 tar-Regolament Nru 974/98 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Billi karti tal-flus u muniti denominati fl-unitajiet ta’ muniti nazzjonali jitilfu l-istatus legali tagħhom ta’ munita legali l-iktar tard sa sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu transitorju; billi limitazzjonijiet fuq ħlasijiet bil-karti u l-muniti, stabbiliti mill-Istati Membri għal raġunijiet pubbliċi, ma humiex inkompatibbli ma’ l-istatus ta’ munita legali f’karti ta’ flus u muniti ta’ l-euro, sakemm ikunu disponibbli mezzi oħra legali għall-ħlas ta’ djun monetarji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, il-BĊE u l-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri parteċipanti għandhom joħorġu fiċ-ċirkolazzjoni karti ta’ flus denominati fl-euro. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, dawn il-karti ta’ flus denominati fl-euro għandhom ikunu l-uniċi karti ta’ flus bl-istatus ta’ muniti legali f’dawn l-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, l-Istati Membri parteċipanti għandhom joħorġu muniti denominati fl-euro jew ċenteżmi u li jikkonformaw mad-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-Kunsill jista’ jippreskrivi skond it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu [128](2) [TFUE]. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, dawn il-muniti għandhom ikunu l-uniċi muniti li għandu jkollhom l-istatus ta’ munita legali f’dawn l-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni ta’ l-awtorità tal-ħruġ u ta’ dawk il-persuni nominati speċifikatament bil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ, l-ebda parti ma għandha tkun obbligata li taċċetta iktar minn 50 munita tal-metall f’pagament wieħed.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Rakkomandazzjoni 2010/191/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 4 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/191/UE tat-<DATE ISO="20100322">22 ta’ Marzu 2010</DATE> dwar il-firxa u l-effetti tal-valuta legali tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="70" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 83, p. 70</REF.DOC.OJ>), huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>(1)</NO.P><TXT>L-istatus ta’ valuta legali tal-karti tal-flus tal-euro stabbiliti<BR/>bl-Artikolu 128 tat-[TFUE], fil-kapitolu dwar il-politika monetarja.<BR/>Skont l-Artikolu 3(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament<BR/>tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandu jkollha kompetenza<BR/>esklussiva fir-rigward tal-politika monetarja għall-Istati<BR/>Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-Istati Membri<BR/>parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament [Nru 974/98], il-muniti tal-euro għandhom ikunu l-uniċi muniti li għandhom l-istatus tal-valuta legali fl-Istati Membri parteċipanti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Attwalment hemm xi inċertezza fil-livell taż-żona tal-euro fir-rigward tal-firxa tal-valuta legali u l-konsegwenzi ta’ dan.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Din ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq il-konklużjonijiet ewlenin ta’ rapport imħejji minn grupp ta’ ħidma li jikkonsisti minn rappreżentanti mill-Ministeri tal-Finanzi u mill-Banek Ċentrali Nazzjonali taż-żona tal-euro.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punti 1 sa 4 ta’ din ir-rakkomandazzjoni jipprovdi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1 Definizzjoni komuni tal-valuta legali</P><P>Fejn jeżisti obbligu ta’ ħlas, il-valuta legali ta’ karti tal-flus u muniti tal-euro għandha timplika:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Aċċettazzjoni obbligatorja:</TXT><P>Il-kreditur ta’ xi obbligu ta’ ħlas ma jistax jirrifjuta karti tal-flus u muniti tal-euro sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu fuq mezzi oħra ta’ ħlas;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Aċċettazzjoni fuq valur nominali sħiħ:</TXT><P>Il-valur monetarju ta’ karti tal-flus u muniti tal-euro huwa ugwali għall-ammont indikat fuq il-karti tal-flus u l-muniti;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Il-poter li jinħelsu l-obbligi għall-ħlas:</TXT><P>Debitur jista’ jeħles lilu nnifsu minn obbligu tal-ħlas billi joffri l-karti tal-flus u l-muniti lill-kreditur.</P></NP></ITEM></LIST></P><P>2. Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet bil-karti tal-flus u l-muniti fit-transazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut</P><P>L-aċċettazzjoni tal-karti tal-flus u muniti bħala mezzi ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut għandha tkun ir-regola. Rifjut ta’ dawn jista’ jkun possibbli biss abbazi ta’ raġunijiet marbuta mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>prinċipju tal-buona fede<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (per eżempju, il-bejjieħ bl-imnut ma jkollux bqija disponibbli).</P><P>3. Aċċettazzjoni ta’ karti tal-flus b’denominazzjoni għolja fi tranżazzjonijiet bl-imnut</P><P>Il-karti tal-flus b’denominazzjoni għolja għandhom ikunu aċċettati bħala mezz ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut. Rifjut ta’ dan għandu jkun possibbli biss abbażi ta’ raġunijiet marbuta mal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>prinċipju tal-buona fede<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> (per eżempju, il-valur nominali tal-karta tal-flus offruta ma tkunx proporzjonata meta mqabbla mal-ammont dovut lill-kreditur tal-ħlas).</P><P>4. L-assenza tal-ħlasijiet żejda imposti fuq l-użu tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro</P><P>L-ebda ħlas żejjed m’għandu jiġi impost fuq il-ħlasijiet li jsiru bil-karti tal-flus u bil-muniti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-Gesetz über die Deutsche Bundesbank (il-Liġi dwar il-Bank Federali Ġermaniż), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fit-<DATE ISO="19921022">22 ta’ Ottubru 1992</DATE> (BGBl. 1992 I, p. 1782), kif emendata bil-Liġi tal-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, (BGBl. 2013 I, 185/1981, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>BBankG<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Mingħajr preġudizzju għal dak previst fl-Artikolu 128(1) TFUE, id-Deutsche Bundesbank (il-Bank Ċentrali Ġermaniż) għandu d-dritt esklużiv li joħroġ karti tal-flus fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi. Il-karti tal-flus iddenominati f’EUR huma l-uniċi li għandhom valur legali illimitat. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Rundfunkbeitragsstaatsvertrag (il-Konvenzjoni tal-Istat dwar il-kontribuzzjoni għax-xandir), mill-15 sal-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Fünfzehnter Rundfunkänderungsstaatsvertrag (il-ħmistax-il trattat tal-Istat li jemenda x-xandir), kif irratifikat mil-Land ta’ Hessen (il-Ġermanja) permezz tal-liġi tat-<DATE ISO="20110823">23 ta’ Awwissu 2011</DATE> (GVBl. I, p. 382, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>RBStV<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>(1) Fis-settur privat, kull akkomodazzjoni għandha tħallas kontribuzzjoni awdjoviżiva mill-possessur tagħha (il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjoni).<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) tar-RBStV jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-kontribuzzjoni awdjoviżiva hija dovuta kull xahar. Dan għandu jitħallas f’nofs perijodu ta’ tliet xhur, għal perijodu ta’ tliet xhur rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) tar-RBStV jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Il-Landesrundfunkanstalt [korp reġjonali tax-xandir] kompetenti jista’ jistabbilixxi permezz ta’ regolament korporattiv [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Satzung<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>] il-modalitajiet tal-proċedura</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>dwar il-ħlas tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva, l-eżenzjoni jew it-tnaqqis tagħha.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-RBStV jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontribuzzjoni awdjoviżiva għandha titħallas lill-organu reġjonali tax-xandir kompetenti bħala dejn portabbli […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont tad-debiti awdjoviżivi li ma humiex imħallsin għandu jiġi ffissat mill-organu reġjonali tax-xandir kompetenti. […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(2) tas-Satzung des Hessischen Rundfunks über das Verfahren zur Leistung der Rundfunkbeiträge (ir-Regolament tax-xandar pubbliku tal-Land ta’ Hessen dwar il-proċedura ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet awdjoviżivi); tal-<DATE ISO="20121205">5 ta’ Diċembru 2012</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), adottat abbażi tal-Artikolu 9(2) tar-RBStV, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Id-debitur tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva ma jistax iħallas tali kontribuzzjoni fi flus kontanti iżda biss bis-segwenti modalitajiet ta’ ħlas:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>awtorizzazzjoni ta’ permezz ta’ debitu dirett jew prelevament futur SEPA bażiku,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>standing order ordinarju,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>standing order permanenti.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>J. Dietrich u N. Häring, detenturi ta’ akkomodazzjoni fil-ġurisdizzjoni ġeografika tax-xandar pubbliku tal-Land ta’ Hessen, ipproponewlu sabiex ikun jista’ jħallas fi flus il-kontribuzzjoni awdjoviżiva dovuta skont l-Artikolu 2(1) tar-RBStV fir-rigward, rispettivament, tat-tieni trimestru tas-sena 2015 u tal-ewwel trimestru tas-sena 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ix-xandar pubbliku tal-Land ta’ Hessen ċaħad din il-proposta, għar-raġuni li l-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet jipprevedi li l-imsemmija kontribuzzjoni ma tistax titħallas fi flus iżda għandha titħallas fi flus iżda għandha titħallas permezz ta’ imposta, trasferiment individwali jew ordni ta’ trasferiment permanenti, u bagħtitilhom avviżi ta’ ħlas li jistabbilixxu l-arretrati tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva għalihom kif ukoll penali ta’ dewmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikorsi għal annullament kontra dawn l-avviżi għall-ħlas. Permezz ta’ sentenzi tal-<DATE ISO="20161031">31 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Amministrattiva ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) ċaħdet ir-rikorsi tagħhom. Permezz ta’ sentenzi tat-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, il-Hessischer Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Hessen, il-Ġermanja) ċaħdet l-appelli tagħhom kontra dawn is-sentenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikorsi għal reviżjoni kontra dawn is-sentenzi quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja). Fir-rikorsi tagħhom huma jsostnu li kemm it-tieni sentenza tal-Artikolu14(1) tal-BBankG, kif ukoll it-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE jistipulaw obbligu inkundizzjonat u mingħajr limitazzjonijiet li karti tal-flus f’euro għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ ħlas ta’ dejn finanzjarju. Skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, dan l-obbligu jista’ jiġi limitat biss bi ftehim kuntrattwali bejn il-partijiet jew minħabba awtorizzazzjoni prevista fid-dritt federali jew fid-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, l-ebda raġuni prattika, bħal, bħal f’dan il-każ, in-numru kbir ta’ persuni taxxabbli, ma tiġġustifika li din tiġi mwarrba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, preliminarjament, li r-rikorsi għal reviżjoni għandhom jintlaqgħu fid-dawl tad-dritt intern. F’dan ir-rigward, hija tippreċiża li l-esklużjoni tal-possibbiltà li titħallas il-kontribuzzjoni awdjoviżiva permezz ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro, li tirriżulta mir-Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet, tikser dispożizzjoni tad-dritt federali, ta’ livell superjuri, jiġifieri t-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG. Kunsiderazzjonijiet marbuta<?PAGE NO="7"?> mal-istruttura ta’ din id-dispożizzjoni u, b’mod partikolari, mal-oriġini tagħha, kif ukoll mal-ispirtu tagħha kif ukoll mal-għan tagħha, jimmilitaw, fil-fatt, favur interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fis-sens li hija tobbliga lill-entitajiet pubbliċi jaċċettaw il-karti tal-flus iddenominati f’euro fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi. Dan l-obbligu ma jirrikonoxxix eċċezzjoni, fid-dritt federali Ġermaniż, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ rkupru tal-massa bħall-ġbir tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li hija ma għandhiex indizji li l-possibbiltà li titħallas il-kontribuzzjoni awdjoviżiva fi flus kontanti tipperikola l-allokazzjoni finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tax-xandir irreġistrata fid-dritt kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju madankollu ssostni li l-kawżi prinċipali jqajmu tliet kwistjonijiet li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-konformità tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG mal-kompetenza esklużiva li l-Unjoni għandha fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, skont l-Artikolu 3(1)(ċ) TFUE, peress li, skont l-Artikolu 2(1) TFUE, l-Unjoni biss tista’ tilleġiżla u tadotta atti legalment vinkolanti f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija tirrileva f’dan ir-rigward li t-Trattat FUE ma jinkludi ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>politika monetarja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u żżid li hija ma hijiex f’pożizzjoni li tiddeċiedi jekk il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-qasam tal-politika monetarja testendix għar-regolamentazzjoni tal-konsegwenzi legali marbuta mal-valuta legali tal-karti tal-flus iddenominati f’euro, b’mod partikolari mal-obbligu impost fuq l-entitajiet pubbliċi li jaċċettaw tali karti tal-flus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-obbligu għall-entitajiet pubbliċi li jaċċettaw il-karti tal-flus iddenominati f’euro ma jikkonċernax l-għan tal-politika monetarja li jikkonsisti fiż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet u ma għandux rabta diretta mal-mezzi elenkati fid-dritt primarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. B’mod partikolari, il-kompetenza mogħtija mill-Artikolu 128(1) TFUE lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali sabiex joħorġu l-karti tal-flus f’euro ma hijiex limitata jew emendata b’dan l-obbligu. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlazzjonijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-valuta legali tal-karti ta’ bank iddenominati f’euro u, għalhekk, il-funzjonament taċ-ċirkulazzjoni monetarja jaqgħu taħt il-politika monetarja. Barra minn hekk, ma huwiex eskluż li tali leġiżlazzjoni, bħala miżura neċessarja għall-użu tal-euro bħala munita unika, tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikolu 133 TFUE u, għalhekk, tista’ titqies li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni skont l-Artikolu 2(1) u (6) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, leġiżlatur nazzjonali huwiex awtorizzat jadotta dispożizzjoni bħat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG ma tqumx jekk, skont id-dritt tal-Unjoni, l-entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru humiex preklużi milli jirrifjutaw l-eżekuzzjoni, fi flus tal-bank iddenominati f’euro, ta’ obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru. F’dan il-każ, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet imur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tfakkar li, konformement mat-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, it-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 974/98, il-karti<?PAGE NO="8"?> tal-flus iddenominati f’euro huma l-uniċi li għandhom valuta legali fl-Unjoni. Issa, l-obbligu li jiġu aċċettati l-karti tal-flus iddenominati f’euro ma jirriżultax b’mod evidenti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>valuti legali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li la huwa ddefinit fit-Trattat FUE, la fil-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, u lanqas fir-Regolament Nru 974/98. Il-premessa 19 ta’ dan ir-regolament tissuġġerixxi biss li, skont il-leġiżlatur tal-Unjoni, eventwali limitazzjonijiet għall-ħlas bi flus kontanti ma jippreġudikawx, fihom infushom, il-valuta legali tal-flus kontanti f’euro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tfakkar ukoll li l-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni 2010/191, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Definizzjoni komuni tal-valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi li l-valuta legali tal-karti tal-flus u tal-muniti ddenominati f’euro għandu jimplika, b’mod partikolari, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>aċċettazzjoni obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tagħhom mill-benefiċjarju ta’ obbligu ta’ ħlas, bla ħsara għal ċerti eċċezzjonijiet. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, madankollu, li, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, ir-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ma jorbtux, b’tali mod li l-importanza li għandha tingħata lil din ir-rakkomandazzjoni hija inċerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tqis li r-risposta għad-domanda dwar jekk, fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, il-leġiżlatur Ġermaniż kienx awtorizzat jadotta t-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG lanqas ma huwa neċessarju għas-soluzzjoni tat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, jekk regola nazzjonali, li tipprevedi obbligu li taċċetta l-karti tal-flus tal-bank f’euro fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi, tista’ tiġi applikata meta l-Unjoni ma tkunx eżerċitat l-kompetenza esklużva tagħha. Il-qorti tar-rinviju tqis madankollu li l-ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettilhiex tiddetermina jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>Il-kompetenza esklużiva li tgawdi minnha l-Unjoni skont l-Artikolu 2(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 3(1)(ċ) TFUE, fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, tipprekludi l-adozzjoni minn wieħed minn dawn l-Istati Membri ta ’att leġiżlattiv li jimponi obbligu fuq entitajiet pubbliċi ta’ dan l-Istat Membru li jaċċettaw karti tal-flus iddenominati f’euro bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-istatus ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro bħala valuta legali skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, it-tielet sentenza tal-Artikolu 16(1) tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u t-tieni sentenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta ’Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro, jipprekludi awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw li jeżegwixxu, fir-rigward ta’ tali karti tal-flus, obbligu ta’ ħlas impost mill-awtoritajiet pubbliċi, jew id-dritt tal-Unjoni jippermetti leġiżlazzjonijiet li jeskludu l-ħlas bil-karti tal-flus f’euro għal ċerti obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv u t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv:</TXT><P>Att leġiżlattiv ta’ Stat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro, adottat fil-qasam tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni għall-politika monetarja, jista’ jiġi applikat minn dakinhar ’il quddiem sakemm l-Unjoni ma tkunx għamlet użu mill-kompetenza tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tielet domanda tagħha, li għandha tingħata risposta konġunta għalihom, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(ċ) TFUE, għandux jiġi interpretat fis-sens li, indipendentement minn kull eżerċizzju mill-Unjoni tal-kompetenza esklużiva tagħha fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-entitajiet pubbliċi jaċċettaw karti tal-flus ta’ bank iddenominati f’euro fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-obbligi finanzjarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea, ix-xandar pubbliku tal-Land ta’ Hessen u l-BĊE esprimew dubji dwar l-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG, adottata mill-qorti tar-rinviju, li tipprovdi li din id-dispożizzjoni tobbliga lill-entitajiet pubbliċi jaċċettaw il-karti tal-flus iddenominati f’euro fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi. Fil-fatt, din l-interpretazzjoni titbiegħed mill-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni, li tipprevedi biss li l-karti tal-flus iddenominati f’euro huma l-uniċi li għandhom valuta legali illimitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija bħala prinċipju marbuta li tibbaża ruħha fuq il-kriterji li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni li tinterpreta d-dritt intern ta’ Stat Membru (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1032">EU:C:2020:1032</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda preliminari billi wieħed jitlaq mill-premessa li t-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG tobbliga lill-entitajiet pubbliċi jaċċettaw il-karti tal-flus iddenominati f’euro fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3(1)(c) TFUE, l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li t-Trattat FUE ma jinkludi ebda definizzjoni preċiża tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>politika monetarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> iżda jiddefinixxi, fid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-imsemmija politika, kemm l-għanijiet ta’ din il-politika kif ukoll il-mezzi li għandha s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) sabiex timplimentaha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Weiss <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑493/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1000">EU:C:2018:1000</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-politika monetarja jinsabu fit-Titolu VIII tat-Tielet Parti tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Il-politika ekonomika u monetarja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 119 TFUE, li jintroduċi dan it-titolu, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, l-attivitajiet tal-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinkludu, kif ipprovdut fit-Trattati, l-adozzjoni ta’ politika ekonomika li tkun ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib tal-politika ekonomika tal-Istati Membri, fuq is-suq intern kif ukoll fuq id-definizzjoni ta’għanijiet komuni, u li tkun immexxija<?PAGE NO="10"?> skont il-prinċipji ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera. Dan l-istess artikolu jippreċiża, fil-paragrafu 2 tiegħu, li din l-azzjoni għandha tinvolvi munita waħda, l-euro, kif ukoll id-definizzjoni u żvolġiment ta’ politika monetarja waħda u ta’ politika ta’ rata ta’ kambju waħda li l-għan primarju tagħhom għandu jkun dak li tinżamm l-istabbilità fil-prezzijiet u, mingħajr preġudizzju għal dan il-għan, li tiġi msaħħa kull politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni, skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 119(2) TFUE, l-attivitajiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom jinkludu munita waħda, l-euro, kif ukoll id-definizzjoni u l-iżvolġiment ta’ politika ta’ rati ta’ kambju waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>politika monetarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ma huwiex limitat għall-implimentazzjoni operattiva tiegħu, li tikkostitwixxi, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, waħda mill-missjonijiet fundamentali tas-SEBĊ, iżda jimplika wkoll dimensjoni normattiva intiża li tiggarantixxi l-istatus tal-euro bħala munita unika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>politika monetarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> hija kkorroborata mill-għan prinċipali ta’ din il-politika, kif jirriżulta mill-Artikolu 127(1) u mill-Artikolu 282(2) TFUE, jiġifieri ż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet. Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk l-istatus tal-euro bħala munita unika seta’ jinftiehem b’mod differenti u rregolat minn regoli differenti fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, l-uniċità tal-munita unika tiġi kkontestata u, b’dan il-mod, dan l-għan taż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet serjament kompromessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>politika monetarja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> hija sostnuta wkoll mill-kontenut tal-Artikoli 128 u 133 TFUE, li jinsabu fil-Kapitolu 2 tat-Titolu VIII tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE, u li jistgħu jitqiesu bħala dispożizzjonijiet ta’ dritt monetarju, marbuta mal-istatus tal-euro bħala munita unika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 128 TFUE, billi jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-BĊE biss huwa awtorizzat jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro fl-Unjoni, li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu joħorġu tali flus u li l-karti tal-flus tal-bank hekk maħruġa huma l-uniċi li għandhom valuta legali fl-Unjoni, dan l-artikolu jistabbilixxi regoli dwar il-ħruġ ta’ flus tal-karta ddenominati f’euro fl-Unjoni u jistabbilixxi fid-dritt primarju, flimkien mat-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Bank Ċentrali Ewropew, il-BĊE u s-SEBĊ. Barra minn hekk, billi jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-Istati Membri jistgħu joħorġu partijiet f’euro, bla ħsara għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, l-imsemmi artikolu jistabbilixxi wkoll regoli intiżi sabiex jirregolaw il-ħruġ ta’ partijiet iddenominati f’euro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 133 TFUE, dan jawtorizza lil-leġiżlatur tal-Unjoni, bla ħsara għall-kompetenzi tal-BĊE, jistabbilixxi l-miżuri ta’ dritt sekondarju neċessarji għall-użu tal-euro bħala munita unika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 128(1) u l-Artikolu 133 TFUE huma, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 64 sa 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-bażi tal-uniċità tal-euro u jikkostitwixxu kundizzjoni preliminari għat-tmexxija effettiva tal-politika monetarja tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, billi tattribwixxi lill-bank iddenominat f’euro biss maħruġa mill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, l-Artikolu 128(1) TFUE, bħat-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, jirrifletti n-natura uffiċjali ta’ dawn il-karti tal-flus fiż-żona tal-euro, billi jeskludi li karti tal-flus oħra jistgħu jibbenefikaw ukoll minn din in-natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-imsemmi Artikolu 128(1) TFUE ma jirreferix għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li huwa jsemmi, dan tal-aħħar jikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni li għandu jingħata, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi, li għandha titfittex billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fihom, iżda wkoll il-kuntest ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-għan imfittex minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>AFMB</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-610/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:565">EU:C:2020:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ mezz ta’ ħlas iddenominat f’unità monetarja jfisser, fis-sens kurrenti tiegħu, li dan il-mezz ta’ ħlas ġeneralment ma jistax jiġi rrifjutat bħala ħlas ta’ dejn iddenominat fl-istess unità monetarja, għall-valur nominali tiegħu, b’effett liberatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni fis-sens kurrenti hija sostnuta mir-Rakkomandazzjoni 2010/191, li tikkonċerna speċifikament il-portata u l-effetti tar-reġistru legali tal-karti tal-flus u tal-karti ddenominati f’euro, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li l-valuta legali tal-imsemmija atti ġie stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 974/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ċertament, skont l-Artikolu 288(5) TFUE, ir-rakkomandazzjonijiet ma humiex intiżi li jipproduċu effetti vinkolanti u ma humiex f’pożizzjoni li joħolqu drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw quddiem qorti nazzjonali. Madankollu, huma jagħmlu parti mill-atti legali tal-Unjoni, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teħodhom inkunsiderazzjoni meta jipprovdu elementi utli għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, il-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni 2010/191 jagħti, kif jirriżulta mit-titolu tiegħu, id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> billi jippreċiża li, meta jeżisti obbligu ta’ ħlas, ir-rata legali tal-karti tal-flus u tal-muniti ddenominati f’euro għandha timplika, l-ewwel nett, l-aċċettazzjoni obbligatorja ta’ dawn il-karti tal-flus u tal-muniti, fit-tieni lok, l-aċċettazzjoni tagħhom bil-valur nominali u, fit-tielet lok, is-setgħa liberatorja tagħhom. Dan il-punt jikkonferma għalhekk li dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jkopri, fost oħrajn, obbligu ta’ aċċettazzjoni tal-karti tal-flus u tal-muniti ddenominati f’euro għall-finijiet ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn jippermetti lil-leġiżlatur tal-Unjoni jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-użu tal-euro bħala munita unika, l-Artikolu 133 TFUE, li huwa s-suċċessur tal-Artikolu 123(4) KE li huwa stess kien is-suċċessur tal-Artikolu 109L(4) tat-Trattat KE, jirrifletti r-rekwiżit li jiġu stabbiliti prinċipji uniformi għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex jiġi protett l-interess globali tal-Unjoni ekonomika u monetarja u tal-euro bħala munita unika u, konsegwentement, kif ġie rrilevat fil-punt 39 tas-sentenza preżenti, li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan ewlieni tal-politika monetarja tal-Unjoni li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kompetenza prevista inizjalment fl-Artikolu 109(4) tat-Trattat KE mbagħad fl-Artikolu 123(4) KE u issa hija stabbilita fl-Artikolu 133 TFUE tawtorizza biss lil-leġiżlatur tal-Unjoni li jippreċiża s-sistema legali tal-valuta legali rrikonoxxut lill-karti tal-flus ddenominati<?PAGE NO="12"?> f’euro mill-Artikolu 128(1) TFUE kif ukoll mit-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, u tal-valuta legali rrikonoxxuta, tal-muniti ddenominati f’euro, mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 974/98 sa fejn dan jirriżulta neċessarju kemm għall-użu bil-euro bħala munita unika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) TFUE, tali kompetenza esklużiva teskludi kull kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam, ħlief jekk jaġixxu bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Unjoni jew sabiex jimplimentaw l-atti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex tingħata risposta b’mod iktar partikolari għat-tielet domanda, għandu jiġi ppreċiżat li, anki fiċ-ċirkustanza fejn l-Unjoni ma tkunx eżerċitat il-kompetenza esklużiva tagħha, l-adozzjoni jew iż-żamma minn Stat Membru ta’ dispożizzjoni li taqa’ taħt din il-kompetenza ma tistax tiġi ġġustifikata minn din is-sempliċi ċirkustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta kompetenza tingħata lill-Unjoni b’mod esklużiv, it-telf ta’ kompetenza tal-Istati Membri jseħħ b’mod immedjat u, kuntrarjament għal dak li huwa l-każ fl-oqsma li jaqgħu taħt kompetenza kondiviża, huwa irrilevanti, għall-finijiet ta’ dan it-telf, jekk l-Unjoni eżerċitatx jew le l-kompetenza tagħha stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19810505">5 ta’ Mejju 1981</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>804/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:93">EU:C:1981:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, ma jistax jitqies li huwa neċessarju għall-użu tal-euro bħala munita unika, fis-sens tal-Artikolu 133 TFUE, u b’mod iktar partikolari, għall-istabbiliment tar-reġistru legali tal-karti tal-flus iddenominati f’euro, previst fl-Artikolu 128(1) TFUE u fit-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, li jiġi impost obbligu assolut ta’ aċċettazzjoni ta’ dawn il-karti tal-flus ta’ bank bħala mezz ta’ ħlas. Fil-fatt, mill-preċiżjonijiet li jinsabu fil-punti 46 sa 49 ta’ din is-sentenza jirriżulta li din il-valuta legali ma teżiġix tali aċċettazzjoni assoluta, iżda biss aċċettazzjoni tal-prinċipju ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro bħala mezz ta’ ħlas. Min-naħa l-oħra, lanqas ma huwa neċessarju għall-użu tal-euro bħala munita unika u, b’mod iktar partikolari, għaż-żamma tal-effettività tal-valuta legali ta’ flus iddenominati f’euro, li l-leġiżlatur tal-Unjoni jistabbilixxi, b’mod eżawrjenti u uniformi, l-eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu ta’ prinċipju, sakemm tiġi ggarantita l-possibbiltà għal kull debitur, bħala regola ġenerali, li jissodisfa obbligu ta’ ħlas permezz ta’ tali flus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-qasam tal-politika monetarja hija, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 98 tal-konklużjonijiet tiegħu, bla ħsara għall-kompetenza li għandhom l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex jirregolaw il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ ħlas, kemm tad-dritt pubbliku kif ukoll tad-dritt privat, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma taffettwax il-prinċipju li, bħala regola ġenerali, għandu jkun possibbli li jiġi ssodisfatt obbligu ta’ ħlas permezz ta’ tali flus. Għalhekk, din il-kompetenza esklużiva ma tipprekludix lil Stat Membru, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu, bħall-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu, milli jadotta miżura li tobbliga lil din l-amministrazzjoni taċċetta ħlasijiet fi flus minn dawk li huma suġġetti għal miżuri amministrattivi jew, hekk kif inhu previst fil-kuntest tat-tieni domanda, li tintroduċi, għal raġuni ta’ interess pubbliku, deroga minn dan l-obbligu għal pagamenti imposti mill-awtoritajiet pubbliċi, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet li ser jiġu ppreċiżati fl-eżami ta’ din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, li għandha tivverifika jekk it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-BBankG għandhiex tiġi interpretata, fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tagħha, bħala miżura li ġiet adottata fil-kuntest tal-kompetenzi proprji tal-Istati Membri, kif deskritt fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tielet domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 2(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(c), mal-Artikolu 128(1) u mal-Artikolu 133 TFUE kif ukoll mat-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, indipendentement minn kull eżerċizzju mill-Unjoni tal-kompetenza esklużiva tagħha fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, huwa jipprekludi li Stat Membru jadotta dispożizzjoni li, minħabba l-għan tagħha u l-kontenut tagħha, tiddetermina l-istatus legali tal-valuta legali għal karti tal-flus iddenominati f’euro. Min-naħa l-oħra, huwa ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, fl-eżerċizzju ta’ kompetenza tiegħu, bħalma hija l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu, dispożizzjoni li tobbliga lill-imsemmija amministrazzjoni taċċetta l-ħlas fi flus kontanti tal-obbligi pekunjarji li hija timponi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, it-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 974/98 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà ta’ ħlas fi flus kontanti ta’ obbligu ta’ ħlas impost mill-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li r-risposta għal din id-domanda hija neċessarja biss fil-każ li l-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni tagħha, abbażi tar-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel u t-tielet domanda, li l-Artikolu 14(1) tal-BBankG, interpretat bil-mod espost fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, ma huwiex kompatibbli mal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u li l-konvenut fil-kawża prinċipali kellu għalhekk il-possibbiltà li jadotta l-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar il-kontribuzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kors legali tal-karti tal-flus iddenominati f’euro ma huwiex iddedikat biss fid-dritt primarju, fit-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE kif ukoll, f’formulazzjoni riprodotta kważi identika, fit-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, iżda wkoll fid-dritt sekondarju, fit-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 974/98. Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, għalkemm it-Trattat FUE jistabbilixxi biss il-kors legali tal-karti tal-flus iddenominati f’euro, it-tieni sentenza tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament tagħti wkoll valur legali lill-biċċiet iddenominati f’euro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm it-termini tad-dispożizzjonijiet li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba fil-kuntest tat-tieni domanda jipprekludu l-adozzjoni ta’ regola nazzjonali li għandha l-għan jew l-effett li tneħħi, fid-dritt jew fil-fatt, il-flus kontanti f’euro, b’mod partikolari billi tiġi kkontestata l-possibbiltà, bħala regola ġenerali, li jitwettaq obbligu ta’ ħlas permezz ta’ tali flus, dawn ma jippermettux, waħedhom, li jiġi ddeterminat jekk regola nazzjonali li tillimita ruħha li tirrestrinġi l-użu ta’ speċi sabiex jitwettaq obbligu ta’ ħlas impost ukoll fuq l-awtoritajiet pubbliċi, tkun ukoll kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kuntest ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li l-premessa 19 tar-Regolament Nru 974/98 tippreċiża li r-restrizzjonijiet għall-ħlasijiet permezz ta’ karti tal-flus u ta’ muniti, iddefiniti mill-Istati Membri fid-dawl ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku, ma humiex inkompatibbli mal-kors legali tal-karti tal-flus u tal-muniti ddenominati f’euro, sakemm ikunu disponibbli mezzi legali oħra għall-ħlas tad-djun ta’ flus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li anki jekk il-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti u ma jistax jiġi invokat la sabiex jidderoga mid-dispożizzjonijiet stess tal-att ikkonċernat u lanqas sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu interpretati f’sens kuntrarju għall-formulazzjoni tagħhom, huwa jista’ jippreċiża l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi att, peress li l-premessi li jinsabu fil-preambolu jikkostitwixxu elementi ta’ interpretazzjoni importanti ta’ natura li jiċċaraw ir-rieda tal-awtur ta’ dan l-att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod iktar partikolari tar-riferiment, fil-premessa 19 tar-Regolament Nru 974/98, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>raġunijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li ċerti verżjonijiet lingwistiċi ta’ din il-premessa, bħal dik fil-lingwa Ġermaniża, jużaw l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>raġunijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, verżjonijiet lingwistiċi oħra, bħal dawk bil-lingwa Ingliża jew Franċiża, jużaw l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>raġunijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Issa, il-formulazzjoni użata f’waħda minn dawn il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew tingħata, f’dan ir-rigward, prijorità meta mqabbla ma’ verżjonijiet lingwistiċi oħra. Għalhekk, f’każ ta’ tali diverġenza, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha għaldaqstant tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Naturschutzbund Deutschland - Landesverband Schleswig-Holstein</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑297/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:533">EU:C:2020:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li r-restrizzjonijiet fuq il-pagamenti permezz ta’ ċedoli u ta’ muniti ddenominati f’euro jistgħu, fil-prattika, ikunu ġġustifikati kemm minn raġunijiet ta’ ordni pubbliku marbuta mas-sigurtà jew mal-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll mal-interess pubbliku li tiġi żgurata organizzazzjoni effikaċi tal-pagamenti fis-soċjetà, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-motivi derogatorji fl-Istati Membri kollha, għandha tintuża l-espressjoni li għandha l-iktar sens wiesa’, jiġifieri dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>raġunijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni sentenza tal-Artikolu 10 t-tieni sentenza tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 974/98, moqrija fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandhom jinftiehmu fis-sens li, minn naħa, il-valuta legali ta’ dawn il-karti tal-flus u tal-muniti jimplika, bħala prinċipju, obbligu ta’ aċċettazzjoni tal-imsemmija karti tal-flus u muniti, u, min-naħa l-oħra, dan l-obbligu jista’, bħala prinċipju, jiġi ristrett mill-Istati Membri fid-dawl ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 129 tal-konklużjonijiet tiegħu u kif enfasizza l-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet, tali restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-għan ta’ interess pubbliku mfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-fatt li, bl-impożizzjoni ta’ tali restrizzjonijiet fl-eżerċizzju tal-kompetenzi sovrani tagħhom, l-Istati Membri jillimitaw il-possibbiltà, irrikonoxxuta mid-dritt tal-Unjoni, bħala regola ġenerali, li jissodisfaw obbligu ta’ ħlas permezz ta’ karti tal-flus u ta’ muniti<?PAGE NO="15"?> ddenominati f’euro, dawn l-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li l-miżuri li jieħdu josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu adatti sabiex jilħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u li huma ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Spiegel Online</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:625">EU:C:2019:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tosservax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 68 sa 70 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi dwar rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’ madankollu, jekk ikun il-każ, tagħmel preċiżazzjonijiet intiżi sabiex jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑614/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:344">EU:C:2019:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġunijiet ta’ interess pubbliku invokati sabiex tiġi ġġustifikata l-esklużjoni, mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-ħlas fi flus tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva, għandu jiġi rrilevat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, ix-xandar pubbliku tal-Land ta’ Hessen enfasizza li, fid-dawl tal-madwar 46 miljun persuna taxxabbli fil-Ġermanja, l-obbligu li titħallas il-kontribuzzjoni awdjoviżiva permezz ta’ mezzi ta’ ħlas skritturali huwa intiż li jiggarantixxi l-irkupru effettiv ta’ din il-kontribuzzjoni u sabiex jiġu evitati spejjeż supplimentari kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa effettivament fl-interess pubbliku li d-dejn ta’ somom ta’ flus lill-awtoritajiet pubbliċi jista’ jitħallas b’mod li ma jimplikax spiża irraġonevoli għalihom li tipprekludihom milli jiżguraw is-servizzi pprovduti bl-inqas spejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-motiv ta’ interess pubbliku bbażat fuq in-neċessità li tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ ħlas impost mill-awtoritajiet pubbliċi jista’ jiġġustifika restrizzjoni għall-ħlasijiet fi flus kontanti, b’mod partikolari meta n-numru ta’ persuni taxxabbli li mingħandhom għandu jiġi rkuprat il-kreditu huwa għoli ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni li l-miżuri inkwistjoni ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi, għar-regolarizzazzjoni tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva, mezzi legali oħra minbarra l-ispeċi, jiġifieri t-taxxa, it-trasferiment individwali jew it-trasferiment permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Issa, r-restrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidher li hija kemm adatta kif ukoll neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan li jikkonsisti f’li jsir l-irkupru effettiv tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva, sa fejn din tippermetti li jiġi evitat li l-amministrazzjoni tkun esposta għal piż finanzjarju irraġonevoli fir-rigward tal-ispiża li timplika l-implimentazzjoni ġġeneralizzata ta’ proċedura li tippermetti lill-persuni taxxabbli jħallsu l-kontribuzzjoni awdjoviżiva fi flus kontanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali restrizzjoni hijiex proporzjonata ma’ dan l-għan, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-mezzi legali alternattivi ta’ ħlas tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva jistgħu ma jkunux faċilment aċċessibbli għall-persuni kollha responsabbli għall-ħlas tagħha, li jimplika li jiġi previst, għall-persuni li ma għandhomx aċċess għal dawn il-mezzi, possibbiltà ta’ ħlas fi flus kontanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li t-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, it-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar is-SEBĊ u l-BĊE, kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 974/98, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li jitħallas obbligu ta’ ħlas impost mill-awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ karti tal-flus ddenominati f’euro, bil-kundizzjoni fl-ewwel lok li din il-leġiżlazzjoni la jkollha bħala għan u lanqas bħala effett, li tiddetermina s-sistema legali tal-valuta legali ta’ dawn il-karti tal-flus, fit-tieni lok li ma jwassalx, fil-liġi jew fil-fatt, għat-tneħħija tal-imsemmija karti tal-flus, b’mod partikolari billi tpoġġi f’dubju l-possibbiltà, bħala regola ġenerali, li tħallas obbligu ta’ ħlas permezz ta’ flus kontanti bħal dawn, fit-tielet lok li ġie adottat b’kunsiderazzjoni ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku, fir-raba’ lok li r-restrizzjoni fuq ħlasijiet fi flus kontanti implikata minn tali regolament hija kapaċi tilħaq l-għan ta’ interess pubbliku segwit u, fil-ħames lok li ma jaqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan, fis-sens li mezzi legali oħra huma disponibbli biex jissodisfaw l-obbligu tal-ħlas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(c), mal-Artikolu 128(1) u mal-Artikolu 133 TFUE kif ukoll mat-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandu jiġi interpretat fis-sens li, indipendentement minn kull eżerċizzju mill-Unjoni Ewropea tal-kompetenza esklużiva tagħha fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, huwa jipprekludi li Stat Membru jadotta dispożizzjoni li, minħabba l-għan tagħha u l-kontenut tagħha, tiddetermina l-istatus legali tal-valuta legali għal karti tal-flus iddenominati f’euro. Min-naħa l-oħra, huwa ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, fl-eżerċizzju ta’ kompetenza tiegħu, bħalma hija l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu, dispożizzjoni li tobbliga lill-imsemmija amministrazzjoni taċċetta l-ħlas fi flus kontanti tal-obbligi pekunjarji li hija timponi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, it-tielet sentenza tal-l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 16 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), kif ukoll it-tieni sentenza, l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-<DATE ISO="19980503">3 Mejju 1998</DATE> dwar l-introduzzjoni tal-euro, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li jitħallas obbligu ta’ ħlas impost mill-awtoritajiet pubbliċi<?PAGE NO="17"?> permezz ta’ karti tal-flus ddenominati f’euro, bil-kundizzjoni fl-ewwel lok li din il-leġiżlazzjoni la jkollha bħala għan u lanqas bħala effett, li tiddetermina s-sistema legali tal-valuta legali ta’ dawn il-karti tal-flus, fit-tieni lok li ma jwassalx, fil-liġi jew fil-fatt, għat-tneħħija tal-imsemmija karti tal-flus, b’mod partikolari billi tpoġġi f’dubju l-possibbiltà, bħala regola ġenerali, li tħallas obbligu ta’ ħlas permezz ta’ flus kontanti bħal dawn, fit-tielet lok li ġie adottat b’kunsiderazzjoni ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku, fir-raba’ lok li r-restrizzjoni fuq ħlasijiet fi flus kontanti implikata minn tali regolament hija kapaċi tilħaq l-għan ta’ interess pubbliku segwit u, fil-ħames lok li ma jaqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan, fis-sens li mezzi legali oħra huma disponibbli biex jissodisfaw l-obbligu tal-ħlas.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>