12004V190

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 2 - Politika monetarja - Artikolu III-190

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0083 - 0083


Artikolu III-190

1. Sabiex iwettaq il-kompiti mogħtija lis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, l-Bank Ċentrali Ewropew għandu, skond il-Kostituzzjoni u taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jadotta:

a) regolamenti Ewropej sa fejn meħtieġ biex jiġu implimentati l-kompiti definiti fl-Artikolu 3(1)(a), l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u f'każijiet li għandhom jiġu stabbiliti fir-regolamenti u d-deċiżjonijiet Ewropej kif previst fl-Artikolu III-187(4);

b) deċiżjonijiet Ewropej meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali taħt il-Kostituzzjoni u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew;

ċ) rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet.

2. Il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jiddeċiedi li jippubblika d-deċiżjonijiet Ewropej, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu.

3. Il-Kunsill għandu, taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu III-187(4), jadotta r-regolamenti Ewropej li jistabbilixxu l-limiti u l-kondizzjonijiet li taħthom il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun intitolat li jimponi ammendi jew penali għal dewmien fuq impriżi għal nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi taħt ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet Ewropej tiegħu.

--------------------------------------------------