|
3.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/81 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/337
tat-2 ta' Marzu 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK. |
|
(2) |
Fid-19 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 7 tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
|
(3) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
ANNESS
L-entrata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għall-persuna li ġejja hija mħassra:
Mohamed SA'ID