European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/902

15.1.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-individwi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/290 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/291 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

(C/2024/902)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-individwi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/290 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/291 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/291, jeħtieġ li l-individwi jridu jirrapportaw fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/291.


(1)   ĠU L 307, 28 11 2022, p. 135.

(2)   ĠU L, 2024/290, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/290/oj

(3)   ĠU L 307, 28 11 2022, p. 17.

(4)   ĠU L, 2024/291, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/291/oj


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/902/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)