|
13.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/23 |
LINJA GWIDA (UE) 2018/570 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Frar 2018
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2018/3)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodod, l-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema sabiex timplimenta politika bħal din b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' politika monetarja, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata biex tinkorpora ċerti raffinamenti tekniċi u editorjali neċessarji relatati mal-aspetti operattivi. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jsiru xi rfinar tekniku u editorjali relatati mal-kontroparti. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra illi huwa neċessarju li tiġi introdotta limitazzjoni awtomatika tal-aċċess tal-kontroparti għal operazzjonijiet ta' politika monetarja wara li awtorità kompetenti tiddetermina ili huma “qed ifallu jew probabbli li jfallu”. |
|
(4) |
L-Eurosistema żviluppat qafas waħdieni għal assi eliġibbli bħala kollateral sabiex l-operazzjonijiet ta' kreditu kollha tal-Eurosistema jitwettqu b'mod armonizzat permezz tal-implimentazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. Il- Kunsill Governattiv jikkunsidra illi huwa neċessarju li jiġu introdotti xi bidliet fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema inkluż l-esklużjoni ta' fondi ta' investiment bħala emittent jew garanti minħabba riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-instabbiltà tal-arranġamenti ta' finanzjament tal-fond ta' investiment, u t-tibdil tar-regoli dwar l-eċċezzjonijiet tal-projbizzjoni tal-użu proprju ta' assi eliġibbli, dwar l-użu ta' strumenti ta' dejn mhux iggarantiti maħruġin minn kontroparti jew minn entità li tkun marbuta mill-qrib magħha, dwar l-użu ta' strumenti ta' dejn mhux iggarantiti maħruġin minn istituzzjoni ta' kreditu jew minn entità li tkun marbuta mill-qrib magħha u dwar ir-rekwiżiti ta' trasparenza fil-klassifikazzjoni ta' bonds koperti. |
|
(5) |
Titoli ggarantiti minn ipoteki kummerċjali (CMBSs) għandhom ikunu ineliġibbli bħala kollateral taħt il-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema peress illi r-riskji u l-kumplessità tas-CMBSs huma sostanzjalment differenti, kemm f'termini ta' assi sottostanti kif ukoll ta' karatteristiċi strutturali, minn titoli oħra ggarantiti minn assi (ABS) li huma aċċettati mill-Eurosistema bħala kollateral. |
|
(6) |
L-Eurosistema teħtieġ li jkollha dejta f'livell ta' self komprensiva u standardizzata fuq il-pul ta' fluss ta' kontanti li jiġġeneraw l-assi li jiggarantixxu l-ABS. Id-dejta f'livell ta' self għandha tiġi sottomessa mill-partijiet rilevanti lil repożitorju tad-dejta f'livell ta' self indikat mill-Eurosistema. Ir-rekwiżiti tal-Eurosistema għall-indikazzjoni ta' repożitorji ta' dejta f'livell ta' self, kif ukoll il-proċess ta' indikazzjoni attwali, għandhom jiġu ċċarati iktar fl-interess tat-trasparenza. |
|
(7) |
Assi eliġibbli huma meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalità ta' kreditu tal-Eurosistema speċifikati fil-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF), li jippreskrivi l-proċeduri, ir-regoli u t-tekniki sabiex jiġi żgurat li jinżamm ir-rekwiżit tal-Eurosistema għal standards ta' kreditu għoljin għall-assi eliġibbli. Jeħtieġ li jsiru xi rfinar tekniku u editorjali relatati mal-ECAF li huwa neċessarju. |
|
(8) |
Ir-regoli dwar il-penalitajiet li għandhom jiġu applikati mill-Eurosistema f'każ ta' ksur ta' obligazzjonijiet tal-kontropartijiet iridu jiġu ċċarati. |
|
(9) |
Il-kontropartijiet tal-Eurosistema jagħmlu użu minn sistemi ta' saldu ta' titoli (SSSs) u minn rabtiet bejn SSSs imħaddmin minn depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) sabiex jimmobilizzaw kollateral adegwat għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. |
|
(10) |
Taħt l-Artikolu 18.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal- Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jistabbilixxi prinċipji ġenerali għal suq miftuħ u operazzjonijiet ta' kreditu mwettqa mil-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), inkluż għat-tħabbir tal-kundizzjonijiet li taħthom huma jinsabu lesti li jidħlu fi tranżazzjonijiet bħal dawn. |
|
(11) |
L-Eurosistema żviluppat qafas wieħed għal assi negozjabbli u mhux negozjabbli eliġibbli bħala kollateral, li jistgħu jiġu mobilizzati fuq bażi domestika jew transkonfinali. Għall-mobilizzazzjoni ta' assi negozjabbli fi ħdan l-Eurosistema, SSSs u rabtiet bejn SSSs jistgħu jintużaw biss jekk huma vvalutati bħala eliġibbli mill-Eurosistema. |
|
(12) |
Mill-1998, l-Eurosistema applikat standards tal-utent għall-valutazzjoni ta' SSSs u rabtiet bejn SSSs biex tiddetermina l-eliġibilità tagħhom għall-użu f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. |
|
(13) |
Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (2) u standards tekniċi relatati li jikkonsistu fi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi implimentattivi, u minħabba s-sovrapożizzjoni sostanzjali bejn ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u l-istandards tal-utent tal-Eurosistema, l-Eurosistema ddeċidiet li tissimplifika l-proċedura għall-valutazzjoni SSSs u r-rabtiet bejn SSSs. |
|
(14) |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-Eurosistema li mhumiex koperti mir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 fir-rigward ta' CSDs għandhom jiġu ddefiniti. |
|
(15) |
L-Eurosistema żviluppat standards għall-użu ta' aġenti tripartiti (TPAs) f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. It-TPAs kollha, li joffru servizzi domestiċi jew transkonfinali, għandhom ikunu suġġetti għal proċessi ta' evalwazzjoni simili. |
|
(16) |
Huwa meħtieġ li jsiru bosta emendi sabiex jirriflettu l-bidliet deċiżi mill-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral applikabbli għal bonds bankarji mhux iggarantiti għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. |
|
(17) |
Huwa meħtieġ li jsiru bosta emendi tekniċi minuri fl-interess taċ-ċarezza, inkluż fir-rigward ta' titoli b'diversi emittenti, ir-regola impliċita tal-evalwazzjoni tal-kreditu u l-qafas tan-nonkonformità. |
|
(18) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej,
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, it-Tabella 1 hija mibdula b'li ġej: “Tabella 1 Ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
fl-Artikolu 6(2), il-punt (f) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 7(2), il-punt (f) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 8(2), il-punt (e) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 9(2), il-punt (e) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
(7) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'li ġej: “4. Fir-rigward tal-karatteristiċi operattivi tagħhom, it-tranżazzjonijiet b'lura għal skopijiet ta' politika monetarja:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'li ġej: “6. Il-kontropartijiet li jipparteċipaw fi swaps tal-kambju barrani għal skopijiet ta' politika monetarja għandhom ikunu suġġetti għall-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-Parti Tlieta, skont il-proċedura applikabbli għall-operazzjoni relevanti.”; |
|
(9) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b'li ġej: “7. Il-kontropartijiet li jipparteċipaw fil-ġbir ta' depożiti għal terminu fiss għandhom ikunu suġġetti għall-kriterji ta' eliġibbiltà speċifikati fil-Parti Tlieta, skont il-proċedura applikabbli għall-operazzjoni relevanti.”; |
|
(10) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'li ġej: “6. Il-kontropartijiet li jipparteċipaw fil-proċedura standard ta' sejħa għall-offerti għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE għandhom ikunu suġġetti għall-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-Parti Tlieta ta' din il-Linja Gwida.”; |
|
(11) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'li ġej: “4. Kontropartijiet li jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet definittivi għandhom ikunu suġġetti għall-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-Parti Tlieta.”; |
|
(12) |
fl-Artikolu 25(2), it-Tabelli 5 u 6 huma ssostitwiti b'dan li ġej: “ Tabella 5 Skeda ta' żmien indikattiva għall-passi operattivi fi proċeduri standard ta' sejħiet għall-offerti (il-ħinijiet huma indikati skont il-Ħin Ċentrali Ewropew (1))
Tabella 6 Skeda ta' żmien indikattiva għall-passi operattivi fi proċeduri mgħaġġla ta' sejħiet għal offerti (il-ħinijiet huma indikati skont is-CET (1))
|
|
(13) |
L-Artikolu 55 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 55 Kriterji ta' eliġibbiltà għal parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal- Eurosistema Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal- Eurosistema, suġġetti għall-Artikolu 57, l-Eurosistema għandha tippermetti biss parteċipazzjoni minn istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 61, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej: “1. Il-BĊE għandu jippubblika lista aġġornata ta' assi negozjabbli eliġibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu, skont il-metodoloġiji indikati fis-sit elettroniku tiegħu, u għandu jaġġornah kull jum li fih it-TARGET2 huwa operattiv. Assi negozjabbli inklużi fil-lista ta' assi negozjabbli eliġibbli jsiru eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema meta jiġu ppubblikati fil-lista. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, fil-każ speċifiku ta' strument ta' dejn għal żmien qasir bil-valur ta' saldu tal-istess jum, l-Eurosistema tista' tagħti l-eliġibbiltà sa mid-data ta' ħruġ. Assi vvalutati skont l-Artikolu 87(3) m'għandhomx jiġu ppubblikati f'din il-lista ta' assi negozjabbli eliġibbli.”; |
|
(15) |
L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej,
|
|
(16) |
L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
fl-Artikolu 70, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “1. Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta' dejn għandhom jinħarġu minn emittent stabbilit fiż-ŻEE jew f'pajjiż G10 li mhux fiż-ŻEE, suġġett għall-eċċezzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 6 ta' dan l-Artikolu u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 81a. Għal assi negozjabbli b'aktar minn emittent wieħed, dan ir-rekwiżit għandu japplika għal kull emittent.”; |
|
(19) |
L-Artikolu 73(1)(b) huwa mħassar; |
|
(20) |
L-Artikolu 73(6) huwa mħassar. |
|
(21) |
L-Artikolu 81a huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 81a Kriterji ta' eliġibbiltà għal ċerti tstrumenti ta' dejn mhux iggarantiti u maħruġin minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment, jew mill-entitajiet b'rabtiet mill-qrib magħhom 1. B'deroga mill-Artikolu 64 u sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà l-oħra kollha, l-istrumenti ta' dejn mhux iggarantiti u subordinati li ġejjin, maħruġin minn istituzzjoniiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment, jew mill-entitajiet b'rabtiet mill-qrib magħhom kif imsemmi fl-Artikolu 141(3), għandhom ikunu eliġibbli sal-maturità, sakemm jinħarġu qabel il-31 ta' Diċembru 2018 u s-subordinazzjoni tagħhom tirriżulta la minn subordinazzjoni kuntrattwali kif iddefinita fil-paragrafu 2 u lanqas minn subordinazzjoni strutturali bis-saħħa tal-paragrafu 3:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, subordinazzjoni kuntrattwali tfisser subordinazzjoni bbażata fuq it-termini u l-kundizzjonijiet ta' strument ta' dejn mhux iggarantit, irrispettivament minn jekk din is-subordinazzjoni hijiex rikonoxxuta b'mod statutorju. 3. Titoli ta' dejn mhux iggarantiti maħruġin minn kumpaniji emittenti, inkluż kumpaniji holding intermedjarji, suġġetti għal leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2014/59/UE jew għal oqfsa simili għall-irkupru u r-riżoluzzjoni, għandhom ikunu ineliġibbli. 4. Għal titoli ta' dejn mhux iggarantiti maħruġin minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment, jew minn entitajiet marbutin mill-qrib magħhom kif imsemmi fl-Artikolu 141(3), li mhumiex titoli ta' dejn mhux iggarantiti maħruġin minn banek multilaterali tal-iżvilupp jew organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 70(4), l-emittent għandu jkun stabbilit fl-Unjoni. 5. Titoli ta' dejn mhux iggarantiti li kienu eliġibbli qabel is-16 ta' April 2018 iżda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà stipulati f'dan l-Artikolu għandhom jibqgħu eliġibbli sal-31 ta' Diċembru 2018, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà l-oħra kollha għal assi negozjabbli. (*8) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).”;" |
|
(22) |
fl-Artikolu 84(a), il-punt (iii) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
(23) |
L-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
L-Artikolu 90 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 90 Ammont prinċipali u kupuni tat-talbiet ta' kreditu Sabiex ikunu eliġibbli, talbiet ta' kreditu għandhom jikkonformaw, sal-fidi finali, ma' dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
(25) |
Fl-Artikolu 138, il-paragrafu 3 huwa emendat skont kif ġej:
|
|
(26) |
fl-Artikolu 139, qegħdin jiġu miżjuda il-paragrafi 3 u 4 li ġejjin: “3. Jekk huwa meħtieġ li tiġi vverifikata l-konformità mal-paragrafu 1(b), jiġifieri, għal bonds koperti, fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli jew il-prospectus ma jeskludux strumenti ta' dejn imsemmijin fil-paragrafu 1(b) bħala assi tal-pool koperta u fejn l-emittent jew entità marbuta mill-qrib mal-emittent tkun ħarġet dawn l-istrumenti ta' dejn, il-BĊNi jistgħu jieħdu il-miżuri kollha li ġejjin jew uħud minnhom sabiex imexxu kontrolli ad hoc tal-konformità mal-paragrafu 1(b).
4. Jekk il-kontroparti ma tipprovdix iċ-ċertifikazzjoni u konferma tagħha stess skont il-paragrafu 3 fuq talba mill-BĊN, il-bond koperta ma għandhiex tkun mobilizzata bħala kollateral minn dik il-kontroparti, b'konformità mal-paragrafu 1”. |
|
(27) |
L-Artikolu 141 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 141 Limiti fir-rigward ta' strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u l-entitajiet marbuta mill-qrib tagħhom 1. Kontroparti m'għandhiex tissottometti jew tuża bħala kollateral strumenti ta' dejn mhux iggarantiti maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu, jew minn entità oħra li magħha l-istituzzjoni ta' kreditu għandha rabtiet mill-qrib sal-punt li l-valur ta' dak il-kollateral maħruġ minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew entità oħra li magħha għandha rabtiet mill-qrib meħudin flimkien jaqbeż l-2,5 % tal-valur totali tal-assi użati bħala kollateral minn dik il-kontroparti wara l-haircut applikabbli. Dan il-livell limitu m'għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:
2. jekk hija stabbilita rabta mill-qrib jew isseħħ fużjoni bejn zewġ emittenti jew aktar ta' strumenti ta' dejn mhux iggarantiti, il-livell limitu fil-paragrafu 1 għandu japplika sa minn sitt xhur wara d-data li fih tiġi stabbilita r-rabta mill-qrib jew issir effettiva l-fużjoni. 3. Għal finijiet ta'dan l-Artikolu, ‘rabtiet mill-qrib’ bejn entità emittenti u entità oħra għandha l-istess tifsira bħal ‘rabtiet mill-qrib’ bejn kontroparti u entità oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 138”; |
|
(28) |
L-Artikolu 148 huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
L-Artikolu 150 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 150 Rabtiet eliġibbli bejn l-SSSs 1. Flimkien mas-CCBM, il-kontropartijiet jistgħu jużaw rabtiet eliġibbli għal trasferimenti transkonfinali ta' titoli negozjabbli. Il-BĊE għandu jippubblika l-lista tar-rabtiet eliġibbli fuq il-websajt tiegħu. 2. Assi miżmumin permezz ta' rabta eliġibbli jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema kif ukoll għal kull għan ieħor magħżul mill-kontroparti. 3. Ir-regoli dwar l-użu tar-rabtiet eliġibbli huma stipulati fl-Anness VI”; |
|
(30) |
L-Artikolu 151 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 151 Is-CCBM flimkien ma' rabtiet eliġibbli 1. Il-kontropartijiet jistgħu jużaw rabtiet eliġibbli flimkien mas-CCBM biex jimmobilizzaw l-assi negozjabbli eliġibbli fuq bażi transkonfinali. 2. Meta jintużaw rabtiet eliġibbli bejn l-SSSs flimkien mas-CCBM, il-kontropartijiet għandhom iżommu l-assi maħruġa fl-emittent SSS f'kont mal-SSS investitur direttament jew permezz ta' kustodju. 3. Assi mobilizzati taħt paragrafu 2 jistgħu jinħarġu f'SSS taż-ZEE li mhuwiex fiż-żona tal-euro illi l-Eurosistema tkun ivvalutat bħala konformi mal-kriterji tal-eliġibilità stipulati fl-Anness VIa, sakemm ikun hemm rabta eliġibbli bejn l-SSS emittent u l-SSS investitur. 4. Ir-regoli dwar l-użu tas-CCBM flimkien mar-rabtiet eliġibbli huma stipulati fl-Anness VI”; |
|
(31) |
fl-Artikolu 152, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “2. Is-CCBM (inkluż is-CCBM flimkien ma' rabtiet eliġibbli) jista' jintuża bħala bażi għall-użu transkonfinali tas-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet. L-użu transkonfinali tas-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet għandu jinvolvi BĊN, fejn is-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet huma offruti għall-użu transkonfinali mill-Eurosistema, u jaġixxu bħala korrispondent għall-BĊNi li l-kontropartijiet tagħhom ikunu talbu li jużaw dawn is-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet fuq bażi transkonfinali għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. Sabiex jipprovdi is-servizzi ta' ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet. għall-uzu transkonfinali mill-Eurosistema b'konformità mal-ewwel subparagrafu, it-TPA relevanti għandha tikkonforma mas-sett ta' rekwiziti funzjonali addizzjonali stabbiliti mill-Eurosistema, kiff imsemmi fil- ‘Correspondent central banking model (CCBM) - Procedures for Eurosystem counterparties’ (Taqsima 2.1.3 it-tieni paragrafu)”; |
|
(32) |
fl-Artikolu 156, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “4. Jekk kontroparti tonqos milli tikkonforma ma' obbligu msemmi fl-Artikolu 154(1)(c) f'aktar minn żewġ okkażjonijiet f'perijodu ta' tnax-il xahar u fir-rigward ta' kull nuqqas:
l-Eurosistema għandha, fl-okkazjoni tat-tielet nuqqas ta' konformità, tissospendi lill-kontroparti mill-ewwel operazzjoni ta' forniment ta' likwidità f'suq miftuħ fil-perijodu taz-zamma tar-rizerva wara n-notifika tas-sospensjoni. Jekk il-kontroparti sussegwentement terġa tonqpos milli tikkonforma, hija għandha tiġi sospiza mill-ewwel operazzjoni ta' forniment ta' likwidità f'suq miftuħ fil-perijodu taz-zamma tar-rizerva wara n-notifika tas-sospensjoni sakemm jgħaddi perijodu ta' 12-il xahar mingħajr ma jkun hemm nuqqas ulterjuri fuq in-naħa tal-kontroparti. Kull perijodu ta' 12-il xahar għandu jiġi kkalkulat mid-data tan-notifika ta' sanzjoni għal nuqqas ta' konformità ma' obbligu msemmi fl-Artikolu 154(1)(c). It-tieni u t-tielet ksur kommessi fi zmien 12-il xahar minn dik in-notifika għandhom jiġu kkunsidrati.” |
|
(33) |
L-Artikolu 158 huwa emendat skont kif ġej
|
|
(34) |
fl-Artikolu 159, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “4. L-Eurosistema tista' teskludi l-assi li ġejjin mill-lista ta' assi negozjabbli eliġibbli:
|
|
(35) |
fl-Artikolu 166, il-paragrafu 4a huwa ssostitwit b'li ġej: “4a. Kull BĊN għandu japplika arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji li jiżguraw li, fi kull żmien, il-BĊN domestiku jkun f'pożizzjoni legali li jimponi penali finanzjarja għal nuqqas ta' kontroparti li tirrimborsa jew tħallas, bis-sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe ammont tal-kreditu jew tal-prezz tax-xiri mill-ġdid, jew li l-assi mixtrija jiġu kkonsenjati, fil-maturità jew meta jkunu altrimenti dovuti, fil-każ li ma jkun disponibbli l-ebda rimedju għalih bis-saħħa tal-Artikolu 166(2). Il-penalità finanzjarja għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness VII, Taqsima III, wara li tittieħed kunsiderazzjoni tal-ammont ta' flus kontanti li l-kontroparti ma setgħetx tħallas jew tirrimborsa, jew tal-assi li l-kontroparti ma setgħetx tikkonsenja, u n-numru ta' jiem kalendarji li matulhom il-kontroparti ma ħallsitx, ma rrimborsatx jew ma kkonsenjatx.”; |
|
(36) |
qiegħed jiddaħħal Anness VIa ġdid u l-Annessi VII, VIII u IXa qed jiġu emendati skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-16 ta' April 2018 ħlief għal punt 24 tal-Artikolu 1, li fir-rigward tiegħu huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji u japplikawhom mill-1 ta' Ottubru 2018. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sas-16 ta' Marzu 2018, ħlief għat-testi u l-mezzi relatati mal-miżuri fir-rigward tal-punt 24 tal-Artikolu 1, li huma għandhom jinnotifikaw sat-3 ta' Settembru 2018.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(*4) Bis-saħħa tal-Artikolu 7(2)(b), l-Artikolu 7(2)(c), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 7(4)
(*5) Bis-saħħa tal-Artikolu 8(2)(c), l-Artikolu 10(4)(c), l-Artikolu 11(5)(c) u l-Artikolu 12(6)(c)
(*6) Bis-saħħa tal-Artikolu 9(2)(c), l-Artikolu 10(4)(c) u l-Artikolu 13(5)(d)
(*7) Bis-saħħa tal-Artikolu 9(2)(c) u l-Artikolu 14(3)(c).”;
(*9) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, imsemmi wkoll bhala CRR għall-finijiet ta' din it-tabella.
(*10) Informazzjoni fuq l-iskali tal-kwalità kreditizja hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.”;
ANNESS
|
1. |
L-Anness VIa li ġej huwa mdaħħal: “ANNESS VIa KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ GĦALL-UŻU TA' SISTEMI TA' SALDU TA' TITOLI U TA' RABTIET BEJN SISTEMI TA' SALDU TA' TITOLI F'OPERAZZJONIJIET TA' KREDITU TAL-EUROSISTEMA I. KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ GĦAL SISTEMI TA SALDU TA TITOLI (SSSS) U RABTIET BEJN SSSS
II. REKWIŻITI TAL-EUROSISTEMA
III. PROĊEDURA TAL-APPLIKAZZJONI
|
|
2. |
It-titlu tal-Anness VII huwa ssostitwit b'li ġej: “ KALKOLU TA' SANZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI B'KONFORMITÀ MA' PARTI ĦAMSA U PENALITAJIET FINANZJARJI li GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI B'KONFORMITÀ MA' PARTI SEBGĦA ”. |
|
3. |
It-titlu ta' Taqsima I tal-Anness VII huwa sostitwit b'li ġej: “I. KALKOLU TA' PENALITAJIET FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI SKONT IL-PARTI ĦAMSA.”. |
|
4. |
It-titlu ta' Taqsima II tal-Anness VII huwa sostitwit b'li ġej: “II. KALKOLU TA' PENALITAJIET MHUX FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI SKONT IL-PARTI ĦAMSA.” |
|
5. |
It Taqsima III li ġejja tiżdied mal-Anness VII: “III. KALKOLU TA' PENALITAJIET FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI SKONT IL-PARTI SEBGĦA
|
|
6. |
fl-Anness VII, Taqsima II, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'li ġej:
|
|
7. |
Fl-Anness VIII, Taqsima III punt (a) tal-paragrafu 1, ibdel “ND1 sa ND7” b' “ND1 sa ND6.” |
|
8. |
Fl-Anness VIII, Taqsima III paragrafu 3, ibdel “ND5, ND6 u ND7” b' “ND5 u ND6”. |
|
9. |
Fl-Anness VIII, Taqsima IV.I, punt (a) tal-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'li ġej:
|
|
10. |
fl-Anness VIII, Taqsima IV II, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'li ġej:
|
|
11. |
Fl-Anness VIII, Taqsima IV, is-Subtaqsima IIa li ġejja hija miżjuda: “IIa. Informazzjoni minima mitluba sabiex applikazzjoni għan-nomina titqies kompleta
|
|
12. |
Fl-Anness IXa, l-ewwel subparagrafu ta' Taqsima 1 huwa ssostitwit b'li ġej: “Fir-rigward tal-kopertura attwali, f'kull waħda minn ta' mill-inqas tlieta mill-erba' klassijiet ta' assi (a) bonds tal-bank skoperti, (b) bonds korporattivi (c) bonds koperti u (d) ABS, is-CRA għandha tipprovdi kopertura minima ta'.”. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(2) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107).
(3) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(4) Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali (Central European Summer Time).