Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi mal-Kostituzzjoni - Dikjarazzjonijiet rigward il-Protokoll dwar it-Trattati u l-Atti ta' l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja - 32. Dikjarazzjoni dwar il-poplu Sami
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0465 - 0465
32. Dikjarazzjoni dwar il-poplu Sami Wara li kkunsidrat l-Artikoli 60 u 61 tal-Protokoll dwar it-Trattati u l-Atti ta' l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja, l-Konferenza tirrikonoxxi l-obbligi u l-impenji ta' l-Isvezja u l-Finlandja fir-rigward tal-poplu Sami taħt id-dritt nazzjonali u d-dritt internazzjonali. Il-Konferenza tinnota li l-Isvezja u l-Finlandja huma impenjati li jippreżervaw u jiżviluppaw il-mezzi ta' l-għixien, il-lingwa, l-kultura u l-istil tal-ħajja tal-poplu Sami u tikkunsidra li l-kultura u l-mezzi ta' l-għixien tradizzjonali tas-Sami jiddependu fuq attivitajiet ekonomiċi primarji, bħat-trobbija tar-renni fiż-żoni tradizzjonali tal-komunitajiet imwaqqfa mis-Sami. Għal dak l-iskop, il-Konferenza tisħaq li disposizzjonijiet speċifiċi ġew inklużi fis-Sezzjoni 6 tat-Titolu 5 tal-Protokoll dwar il-Trattati u l-Atti ta' l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja. --------------------------------------------------