<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑137/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0137</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:593">EU:C:2012:593</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120927">27.9.2012</DATE> — KAWŻA C-137/11</P><P>PARTENA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 1408/71</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 13 u 14c</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Persuni li jaħdmu għal rashom</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li hija impjegata jew li ma teżerċita ebda attività fi Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Impjieg ta’ persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Mandatarju tal-kumpannija</KEYWORD><KEYWORD>Residenza fi Stat Membru li ma huwiex dak tas-sede tal-kumpannija</KEYWORD><KEYWORD>Ġestjoni tal-kumpannija mill-Istat ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Regola nazzjonali li tistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni obbligatorja għall-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom ta’ dan l-Istat</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-137/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour du travail de Brussell (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110311">11 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110321">21 ta’ Marzu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Partena ASBL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Partena ASBL, minn M. Lauwers, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA, minn A. Moyaerts u É. Piret, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u J.-C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u G. Rozet, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 13 u 14c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati [, għall-persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll l-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Partena ASBL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Partena<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), l-uffiċċju tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom u Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>kumpannija Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar somom mitluba lilha minn Partena għall-irkupru rappreżentanti kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ta’ soprataxxi għall-perijodu mill-ewwel kwart tal-1999 sar-raba’ kwart tal-2007.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tmien sal-ħdax-il premessi tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Billi l-persuni impjegati u dawk impjegati għal rashom li qegħdin jiċċaqilqu fil-Komunità għandhom ikunu suġġetti għall-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed biss biex ikun evitat t-taħwid fil-leġislazzjonijiet nazzjonali applikabbli u l-kumplikazzjonijiet li jirriżultaw minħabba f’hekk;</P><P>Billi l-okkażjonijiet li fihom persuna tkun suġġetta simultanjament għal-leġislazzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali għandhom ikunu limitati kemm jista’ jkun fin-numru u fl-iskop;</P><P>Billi minħabba l-garanzija ta’ l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema kollha okkupati fit-territorju ta’ l-Istat Membru jkun effettiv kemm jista’ jkun, huwa sewwa li tkun determinata bħala l-leġislazzjoni applikabbli, bħala regola ġenerali, dik ta’ l-Istat Membru li fih il-persuna kkonċernata tfittex impjieg jew impjieg għal rasha;</P><P>Billi f’ċerti sitwazzjonijiet li jiġġustifikaw kriterja [kriterji] oħra ta’ applikabbiltà, huwa possibbli li tidderoga mir-regola ġenerali;<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Bla ħsara għall-Artikolu 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għanhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk ikun jabita [tkun tabita] fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegah huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>persuna li taħdem għal rasha fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk tabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 14a tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regoli speċjali applikabbli għall-persuni, barra dawk li jaħdmu fuq il-baħar, li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 13(2)(b) jkun japplika suġġett għall-eċċezzjonijiet u ċirkustanzi segwenti:</P><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Persuna normalment impjegata għal rasha fit-territorju ta’ tnejn jew iktar Stati Membri tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tabita kemm-il darba hija twettaq xi parti mill-attività tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.</ALINEA></PARAG><P>Jekk ma twettaqx xi attività fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih tabita, hija tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu twettaq l-attività tagħha prinċipali [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 14c tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regoli speċjali applikabbli għall-persuni li huma simultanjament impjegati fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u jaħdmu għal rashom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Persuna li hija simultanjament impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u taħdem għal rasha fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tkun suġġetta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>barra milli kif inhu pprovdut fis-sottoparagrafu (b) tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fit-territorju ta’ liema huwa impenjat f’impjieg imħallas jew, fejn huwa jwettaq tali attività fit-territorju ta’ tnejn jew iktar Stati Membri, għal-leġislazzjoni [skont il-każ, tal-Istat Membru tas-sede jew tad-domiċilju tal-impriża jew ta’ min iħaddem, tal-post ta’ fergħa jew ta’ rappreżentanza permanenti tal-impriża jew residenza tal-ħaddiem];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każijiet imsemmija fl-Anness VII:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija impjegata [...]</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija taħdem għal rasha [...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness VII tar-Regolament Nru 1408/71 jelenka 18-il ipoteżi ta’ applikazzjoni kumulattiva tal-leġiżlazzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri, jiġifieri sitwazzjonijiet li fihom persuna, minn naħa, taħdem għal rasha fit-territorju ta’ wieħed mis-17-il Stat Membru msemmija fl-Anness u, min-naħa l-oħra, persuna impjegata fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Huwa jipprovdi f’punt 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fejn din tkun taħdem għal rasha fil-Belġju u mpjegata bi qliegħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont id-dritt Belġjan, il-kopertura mill-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom hija regolata bid-Digriet Irjali Nru 38, tas-<DATE ISO="19670727">27 ta’ Lulju 1967</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tad-<DATE ISO="19670729">29 ta’ Lulju 1967</DATE>), li kien emendat, b’mod partikolari, bid-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="19961118">18 ta’ Novembru 1996</DATE> dwar dispożizzjonijiet finanzjarji u oħrajn dwar l-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, skont it-Titolu VI tal-Liġi tas-<DATE ISO="19960726">26 ta’ Lulju 1996</DATE> dwar il-modernizzazzjoni tas-sistema tas-sigurtà soċjali u li tiżgura l-vijabbiltà tal-iskemi legali tal-pensjoni u l-Artikolu 3 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19960726">26 ta’ Lulju 1996</DATE> li tiżgura l-kundizzjonijiet baġitarji għall-parteċipazzjoni Belġjana fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (<HT TYPE="ITALIC">Monitor belge</HT>, <DATE ISO="19961212">12 ta’ Diċembru 1996</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Digriet Irjali Nru 38<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38, inkluż fil-Kapitolu 1 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Skont dan id-digriet persuna li taħdem għal rasha hija kull persuna fiżika li terżerċita fil-Belġju attività professjonali li għaliha ma hijiex marbuta b’kuntratt ta’ xogħol jew b’numru ta’ termini jew kundizzjonijiet standard..</ALINEA><ALINEA>Huwa preżunt, sakemm ma tinġiebx prova kuntrarja, li tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti, kull persuna li twettaq attività professjonali fil-Belġju li tista’ tipproduċi income imsemmi f’[ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul 1992].</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, attività professjonali hija kkunsidrata li saret permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol meta b’applikazzjoni ta’ waħda mill-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, il-persuna kkonċernata tkun preżunta li tkunu impenjat, taħt dan il-kap, f’rabtiet ta’ kuntratt ta’ xogħol.</ALINEA><ALINEA>[...] il-persuni maħtura bħala mandatarji ta’ kumpannija jew ta’ assoċjazzjoni li huma suġġetta għat-taxxa Belġjana tal-kumpanniji jew it-taxxa Belġjana għal dawk mhux residenti għandhom ikunu preżunti, b’mod inkonfutabbli, li jerżerċitaw fil-Belġju attività professjonali bħala persuni li jaħdmu għal rashom.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-imsemmi Digriet Irjali, kumpannija hija responsabbli, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mal-mandatarji tagħha, għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet meta dawn tal-aħħar huma taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza 176/2004, tat-<DATE ISO="20041103">3 ta’ Novembru 2004</DATE>, il-Qorti tal-Arbitraġġ, li saret sussegwentement il-Qorti Kostituzzjonali, iddikjarat li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38 huwa antikostituzzjonali fir-rigward b’mod partikolari tal-mandatarji ta’ kumpanniji suġġetti għat-taxxa Belġjana tal-kumpanniji jew it-taxxa Belġjana għal dawk li ma humiex residenti u li ma jiġġestixxux il-kumpannija intiża mid-dispożizzjoni inkwistjoni minn pajjiż barrani. Hija ddeċidiet li, fir-rigward ta’ dawn il-mandatarji, il-preżunzjoni kienet, sa fejn kienet inkonfutabbli, ġenerali u assoluta b’hekk sproporzjonata fir-rigward ta’ dawn il-persuni, peress li dan jipprekludi mandatarju li jkun ittermina l-attività tiegħu, li jistabbilixxi tali terminazzjoni għajr b’riżenja u jtemm l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-issuġġettar tiegħu għall-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ persuna li taħdem għal rasu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Madankollu, hija ma kkunsidratx ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38 bħala antikostituzzjonali sa fejn jinvolvu l-mandatarji li jiġġestixxu kumpanniji barra mill-pajjiż li jkollhom is-sede tagħhom fil-Belġju. Hija kkunsidrat li n-natura inkonfutabbli tal-preżunzjoni istitwita setgħet titqies neċessarja sabiex tiżgura li dawn il-mandatarji jkunu suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, peress li l-awtorità nazzjonali ma kellhiex, fir-rigward ta’ dawn il-persuni, l-informazzjoni u s-setgħat li kellha fir-rigward tal-mandatarji li jiġġestixxu tali kumpanniji fil-Belġju.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mis-sentenza tal-Qorti tal-Arbitraġġ jirriżulta li, attwalment, taħt id-dritt Belġjan, il-preżunzjoni tibqa’ inkonfutabbli għall-persuni li jiġġestixxu minn barra l-pajjiż, kumpannija li għandha s-sede tagħha fil-Belġju, b’tali mod li, irrispettivament mill-eżerċizzju effettiv ta’ tali attività, huma suġġetti fil-Belġju għall-iskema ta’ sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-kumpannija Les Tartes de Chaumont-Gistoux ġiet stabbilita fis-<DATE ISO="19930417">17 ta’ April 1993</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li għandha s-sede fil-Belġju, din il-kumpannija hija suġġetta għat-taxxa Belġjana fuq il-kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-data tal-laqgħa ġenerali tat-<DATE ISO="19951012">12 ta’ Ottubru 1995</DATE>, O. Rombouts u M. Van Acker kellhom nofs il-kapital tal-kumpannija kull wieħed. Fil-laqgħat ġenerali tas-<DATE ISO="20000607">7 ta’ Ġunju 2000</DATE> u tas-<DATE ISO="20060607">7 ta’ Ġunju 2006</DATE> ġeddew it-termini tal-mandat tagħhom bħala diretturi.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>O. Rombouts ilu residenti fil-Portugall sa mill-aħħar tal-1999.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa kien impjegat hemmhekk jew kien jirċievi l-benefiċċju tal-qgħad hemmhekk, minn Jannar 2001 sa Lulju 2005.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju indikat li O. Rombouts kien jaħdem għal rasu minn Novembru 2007, iżda żżid li l-kumpannija Les Tartes de Chaumont-Gistoux ssostni li din l-attività kienet bdiet f’Novembru 2005.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080528">28 ta’ Mejju 2008</DATE>, Partena nnotifika lil O. Rombouts u lill-kumpannija Les Tartes de Chaumont-Gistoux b’ordni għall-ħlas ta’ EUR 125 696.50 bħala kontribuzzjonijiet, żidiet trimestrali u annwali dovuti minn O. Rombouts għall-perijodu mill-ewwel kwart tal-1999 sar-raba’ kwart tal-2007.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ċitazzjoni tal-<DATE ISO="20080805">5 ta’ Awwissu 2008</DATE>, il-kumpannija Les Tartes de Chaumont-Gistoux oġġezzjonat għal din l-ordni quddiem it-Tribunal du travail de Nivelles.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Filwaqt li ddeċieda dwar din l-oppożizzjoni, it-tribunal du travail de Nivelles iddikjara l-oppożizzjoni ammissibbli b’sentenza tal-<DATE ISO="20090914">14 ta’ Settembru 2009</DATE> u ddikjaraha fondata bis-sentenza tiegħu tal-<DATE ISO="20091214">14 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100129">29 ta’ Jannar 2010</DATE>, Partena ppreżenta appell minn dawn is-sentenzi.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Matul il-proċedura, huwa ppreċiża li, minħabba l-istatus ta’ impjegat ta’ O. Rombouts fil-Portugall mill-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE>, dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jibqa’ suġġett għall-iskema Belġjana tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, għajr b’mod kumplimentari. Għalhekk naqqset l-ammont mitlub għas-somma ta’ EUR 68 137.61 prinċipalment, bl-interessi miżjuda, minflok is-somma ta’ EUR 125 696.50.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kumpannija Les Tartes de Chaumont-Gistoux ikkontestat, f’dak li jirrigwardaha, kwalunkwe ssuġġettar ta’ O. Rombouts għall-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati fil-Belġju. Hija sostniet li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38, fis-sens li għandha l-effett tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Belġjana, imur kontra d-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, kontra l-Artikolu 18 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour du travail de Bruxelles iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.P><TXT>Għall-applikazzjoni tal-Artikoli 13 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regolament 1408/71 u, b’mod iktar partikolari, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14c, Stat Membru jista’, fil-kuntest tal-kompetenza tiegħu li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-issuġġettar għas-sistema ta’ sigurtà soċjali li huwa jimplementa għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom, jitratta il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ġestjoni minn pajjiż barrani ta’ kumpannija soġġetta għat-taxxa ta’ dan l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> bl-istess mod bħal eżerċizzju ta’ attività fit-territorju tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Is-subparagrafu 4 tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Nru 38 [....] huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni [...] u, b’mod partikolari, mal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza iggarantit mill-Artikolu 21 tat-[TFUE], sa fejn ma jħallix lill-persuna li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor u li tmexxi minn pajjiż barrani kumpannija suġġetta għat-taxxa Belġjana sabiex jikkonfuta l-preżunzjoni tal-persuna taxxabbli li hija koperta mis-sigurtà soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, filwaqt li aġent [mandatarju] li jirrisjedi fil-Belġju u li ma jmexxix kumpannija bħal din minn pajjiż barrani għandu l-għażla li jikkonfuta l-preżunzjoni u li jressaq il-provi li ma jwettaqx attività indipendenti fis-sens tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Gvern Belġjan jikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex twieġeb l-ewwel domanda sa fejn din timplika li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tinterpreta r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1), tad-Digriet Irjali 38 jew teżamina l-kompatibbiltà tagħha mal-Artikolu 14c tar-Regolament Nru 1408/7.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li minn kif inhi fformulata l-ewwel domanda, din tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, f’din il-kawża l-Artikoli 13 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tar-Regolament Nru 1408/71, u mhux l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali jew ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>, Vandoorne, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-489/09" PAGE.ECR="I-225" YEAR="2011">C-489/09, Ġabra p. I-225</REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettulha li hija stess tevalwa l-kompatibbiltà ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għaldaqstant ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-ewwel domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Belġjan isostni li l-ewwel domanda hija inammissibbli peress li hija irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali li tingħata interpretazzjoni tal-Artikolu 14c(b) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma hemmx lok li tiġi applikata l-preżunzjoni inkonfutabbli skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38 għall-issuġġettar ta’ O. Rombouts għall-iskema Belġjana tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-preżunzjoni hija intiża li tissuġġetta lill-mandatarji li jiġġestixxu kumpanniji minn barra l-pajjiż li għandhom is-sede tagħhom fil-Belġju, li ma jiddikjaraw ebda dħul bħala diretturi tal-impriża f’dan l-Istat Membru u li jinvokaw l-eżerċizzju mingħajr ħlas tal-mandat tagħhom bl-għan li jeskludu l-eżistenza tal-kundizzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività professjonali, li għaliha huwa sottomess l-issuġġettar.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, skont il-Gvern Belġjan matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, O. Rombouts kien suġġett għat-taxxa Belġjana bħala persuna mhux residenti minħabba l-attività tiegħu bħala mandatarju tal-kumpannija skont bħala direttur tagħha, bl applikazzjoni magħquda ta’ Artikoli 2(1)(a), 227(1) u 228(1) tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992 kif ukoll tal-Artikolu 16 tat-Trattat bejn il-Belġju u l-Portugall, sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja, iffirmat fi Brussell fis-<DATE ISO="19690716">16 ta’ Lulju 1969</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 787, p. 4), kif emendata permezz ta’ ftehim supplimentari ffirmat fi Brussell fis-<DATE ISO="19950306">6 ta’ Marzu 1995</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 2155, p. 76), daħal fis-seħħ fil-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Gvern Belġjan iżid li O. Rombouts qatt ma kkontesta dan l-issuġġettar u li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jagħmlu s-suġġett tal-kawża prinċipali ġew ikkalkolati fuq il-bażi tad-dħul ta’ direttur ta’ impriża kkunsidrat mill-awtoritajiet tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, la O. Rombouts u lanqas il-kumpannija Les Tartes de Chaumont Gistoux ma setgħu jinvokaw l-eżerċizzju mingħajr ħlas tal-mandat sabiex tiġi kkontestata l-eżistenza tal-kundizzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Belġjan spjega li l-preżunzjoni stabbilita fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38 jipprevedi b’mod inkonfutabbli l-issuġġettar tal-mandatarji tal-kumpanniji għall-iskema Belġjana ta’ sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal-rashom, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ukoll<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> meta ma jkunux iddikjaraw l-ebda dħul minn dan il-mandat.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan jimplika li, skont il-Gvern Belġjan stess, din il-preżunzjoni tapplika wkoll għall-mandatarji ta’ kumpanniji bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma suġġetti għat-taxxa fil-Belġju ta’ persuni mhux residenti minħabba l-attività tagħhom ta’ mandatarju tal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-ewwel domanda ma hijiex għaldaqstant nieqsa mir-relevanza sa fejn tirrigwarda l-Artikolu 14c(b) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Hija, konsegwentement, ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju llimitat il-kawża, li tibqa’ tieħu konjizzjoni tagħha, għall-perijodi li matulhom il-mandatarju tal-kumpannija inkwistjoni kien residenti fil-Portugall u fejn hemmhekk kien impjegat jew inkella ma jeżerċitax ebda attività oħra. Hija tqis li, għal tali perijodi, ir-Regolament Nru 1408/71 u l-Anness VII tiegħu ma jidhirx li jeskludi ssuġġettar għall-iskema Belġjana tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tillimita l-kunsiderazzjoni tagħha unikament għal din is-sitwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 13(2)(b) u 14c(b) tar-Regolament Nru 1408/71, kif ukoll l-Anness VII tiegħu, jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38, tippermetti lil Stat Membru li jikkunsidra, b’mod inkonfutabbli, bħala eżerċitata fit-territorju tiegħu attività ta’ ġestjoni, minn Stat Membru ieħor, ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa f’dan l-ewwel Stat.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju b’hekk tistaqsi, sa fejn Stat Membru jista’, għall-finijiet ta’ ssuġġettar għall-iskema tiegħu tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, jiddefinixxi l-post tat-twettiq tal-attività tal-ħaddiema kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, li jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema li jiċċaqilqu ġewwa l-Unjoni Ewropea huma intiżi b’mod partikolari sabiex il-persuni kkonċernati jkunu, bħala prinċipju, suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed biss, b’mod li jiġu evitati l-akkumulazzjoni ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli u l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minħabba f’hekk. Dan il-prinċipju jinsab stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20120612">12 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Hudzinski u Wawrzyniak, C-611/10 u C-612/10, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-għan tal-Artikolu 48 TFUE, li huwa li jikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema migranti b’mod l-iktar sħiħ possibbli (ara s-sentenza Hudzinski u Wawrzyniak, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tmien premessa tar-Regolament Nru 1408/71 tenfasizza li l-persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom ikkonċernati għandhom jiġu ssuġġettati għall-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed. Id-disa’ premessa tal-istess regolament iżżid li l-okkażjonijiet li fihom persuna tkun suġġetta simultanjament għal-leġiżlazzjoni ta’ żewġ Stati Membri, bħala deroga għar-regola ġenerali, għandhom ikunu limitati kemm jista’ jkun fin-numru u fil-portata.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-għaxar premessa tal-imsemmi regolament, il-kriterju adegwat sabiex tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbli hija, bħala regola ġenerali, il-post fejn tiġi eżerċitata l-attività bħala ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu. Il-ħdax-il premessa tar-Regolament Nru 1408/71 tipprovdi li, derogi għal din ir-regola huma ġġustifikati biss f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw kriterju ieħor ta’ rabta.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk jirriżulta mill-istruttura u mis-sistema tar-Regolament Nru 1408/71 li l-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>post tal-eżerċizzju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kkonċernata huwa l-kriterju prinċipali għall-finijiet tal-għażla tal-leġiżlazzjoni waħdanija applikabbli u dan il-kriterju ma għandux jiġi dderogat ħlief f’sitwazzjonijiet speċifiċi, permezz ta’ kriterji ta’ rabta sussidjarji bħalma huma dawk tal-Istat ta’ residenza tal-ħaddiem, tal-Istat tas-sede tal-kumpannija li timpjegah jew ukoll tal-post ta’ fergħa jew rappreżentanza permanenti tagħha, jew tal-post tal-attività prinċipali tal-ħaddiem prevista fl-Artikoli 14(2) u (3), kif ukoll tal-punti 2 u 3 tal-Artikolu 14, tal-punti 2 u 3 tal-Artikolu 14a, kif ukoll l-Artikolu 14c(a) fl-aħħar tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 13 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tar-Regolament Nru 1408/71, dawn ikunu attivitajiet li huma kkunsidrati bħala tali għall-finijiet ta’ leġiżlazzjoni soċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dawn l-attivitajiet jiġu eżerċitati (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19970130">30 ta’ Jannar 1997</DATE>, de Jaeck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-340/94" PAGE.ECR="I-461" YEAR="1997">C-340/94, Ġabra p. I-461</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll Hervein u Hervillier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/95" PAGE.ECR="I-609" YEAR="1997">C-221/95, Ġabra p. I-609</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Dawn il-kunċetti jaqgħu għalhekk, fir-rigward tal-kontenut tagħhom, taħt il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-attivitajiet tal-persuni impjegati jew tal-persuni li jaħdmu għal rashom jiġu eżerċitati.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-finijiet tal-Artikoli 13 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tar-Regolament Nru 1408/71, id-determinazzjoni tal-post tal-eżerċizzju tal-attività professjoni tal-ħaddiem, kif jirriżulta mill-għaxar premessa ta’ dan ir-regolament, jikkundizzjona bħala mod ġenerali l-leġiżlazzjoni applikabbli li tippreċedi l-kategorizzazzjoni tal-attività bħala attività ta’ ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għall-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ħaddiem impjegat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ħaddiem li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>post tal-eżerċizzju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-attività għandu jiġi kkunsidrat li jaqa’ mhux taħt il-liġijiet tal-Istati Membri, iżda taħt id-dritt tal-Unjoni u, konsegwentement, taħt l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk dan il-kunċett jirrigwarda wkoll il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri, huwa l-kriterju li jikkostitwixxi jkun jista’ jkun is-suġġett ta’ definizzjonijiet jew ta’ interpretazzjonijiet kontradittorji mill-Istati Membri inkwistjoni u jwassal, għal persuna speċifika, għall-applikazzjoni kumulattiva ta’ diversi leġiżlazzjonijiet għall-istess attività. Issa, tali pluralità tista’ ġġiegħel lill-persuna kkonċernata tħallas kontribuzzjoni doppja tas-sigurtà soċjali għall-istess dħul u għaldaqstant tippenalizza lill-ħaddiem li jkun eżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu kif stabbilit bid-dritt tal-Unjoni, u dan b’hekk ikun, manifestament kuntrarju għall-għanijiet tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet rigward l-Artikolu 14d(2) tal-imsemmi regolament, dan jobbliga lill-Istati Membri li jittrattaw b’mod mhux diskriminatorju lill-ħaddiema suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14c(b) ta’ dan l-istess regolament meta mqabbla ma’ ħaddiema li jeżerċitaw l-attivitajiet kollha tagħhom fi Stat Membru wieħed (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Piatkowski, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-493/04" PAGE.ECR="I-2369" YEAR="2006">C-493/04, Ġabra p. I-2369</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>post tal-eżerċizzju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> bħala kunċett tad-dritt tal-Unjoni, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ termini li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi l-ebda definizzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont it-tifsira tagħhom abitwali fil-lingwa ta’ kuljum, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat il-kuntest li fih huma użati u l-għanijiet mixtieqa mil-leġiżlazzjoni li jiffurmaw parti minnha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, easyCar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/03" PAGE.ECR="I-1947" YEAR="2005">C-336/03, Ġabra p. I-1947</REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>post tal-eżerċizzju<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ attività għandu jinftiehem, skont it-tifsira oriġinali tat-termini użati, bħala li jirreferu għall-post fejn, konkretament, il-persuna kkonċernata twettaq l-atti marbuta ma’ din l-attività.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, meta jiġi jippreżumu li l-persuni maħtura bħala mandatarji ta’ kumpannija jew assoċjazzjoni suġġetti għat-taxxa Belġjana tal-kumpannija jew għat-taxxa Belġjana għall-persuni mhux residenti huma kkunsidrati b’mod inkonfutabbli, bħala li jeżerċitaw, fil-Belġju, l-attività professjonali bħala persuni li jaħdmu għal rashom, id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jistgħu jwasslu għal definizzjoni tal-post tal-eżerċizzju tal-attività li ma tikkorrispondix għal dik li tirriżulta mill-punt preċedenti ta’ din is-sentenza u b’hekk tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa minnu li d-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax il-kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tagħhom ta’ sigurtà soċjali u li hija, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju, il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet tad-dritt jew l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali, huwa importanti, madankollu, li fl-eżerċizzju tal-kompetenza tiegħu, l-Istat Membru għandu josserva d-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Piatkowski, iċċitata iktar ’il fuq, punti 32 u 33).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ċertament, kif isostni l-Gvern Belġjan, il-preżunzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tipprevjeni l-frodi fil-qasam tas-sigurtà soċjali li tikkonsisti fl-evażjoni tan-natura obbligatorja tal-iskema ta’ sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom permezz ta’ rilokazzjoni artifiċjali tal-attività tal-mandatarji ta’ kumpanniji stabbiliti fil-Belġju. Madankollu, billi tikkonferixxi natura inkonfutabbli lil din il-preżunzjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tmur lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju sabiex jinkiseb l-għan leġittimu tal-ġlieda kontra l-frodi peress li toħloq ostakolu b’mod ġenerali għall-possibbiltà li ħaddiema kkonċernati jiġġustifikaw, quddiem il-qorti nazzjonali, li l-post tal-eżerċizzju tal-attività tagħhom jinsab realment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fejn huma jwettqu, b’mod konkret, l-atti relatati ma’ din l-attività.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hi li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 13(2)(b) u 14c(b) tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll l-Anness VII tiegħu, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal ma hi dik fil-kawża prinċipali sa fejn din tippermetti lil Stat Membru li jikkunsidra, b’mod inkonfutabbli, bħala li tiġi eżerċitata fit-territorju tiegħu attività ta’ ġestjoni, minn Stat Membru ieħor, ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa f’dan l-ewwel Stat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tiġi eżaminata t-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(b) u l-Artikolu 14c(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, [għall-persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE>, kif ukoll l-Anness VII tal-imsemmi regolament, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik fil-kawża prinċipali sa fejn hi tippermetti lil Stat Membru li jikkunsidra, b’mod inkonfutabbli, bħala li tiġi eżerċitata fit-territorju tiegħu attività ta’ ġestjoni, li titwettaq minn Stat Membru ieħor, ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa f’dan l-ewwel Stat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>