|
15.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10620 — GIP / SSE / OTPP / SCOTIA GAS NETWORKS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 74/05)
1.
Fis-7 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Global Infrastructure Partners (“GIP”) (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”) (il-Kanada), |
|
— |
SSE plc (“SSE”) (ir-Renju Unit), |
|
— |
Scotia Gas Networks Ltd (“SGN”) (ir-Renju Unit). |
GIP, OTPP u SSE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SGN.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
GIP: maniġer ewlieni ta’ fond tal-infrastruttura indipendenti ffukat fuq it-trasport, l-enerġija, l-iskart u setturi oħra, |
|
— |
OTPP: l-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni, |
|
— |
SSE: kumpanija multinazzjonali tal-enerġija. In-negozji ewlenin tal-ESS jikkonsistu fi tliet segmenti: i) SSEN Transmission, li hija s-sid, tħaddem u żżomm in-network ta’ trażmissjoni tal-elettriċità fit-Tramuntana tal-Iskozja; ii) SSEN Distribution, li hija s-sid, tħaddem u żżomm in-networks tad-distribuzzjoni tal-elettriċità fit-Tramuntana tal-Iskozja u fin-Nofsinhar Ċentrali tal-Ingilterra; u iii) SSE Renewables, li twettaq l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, it-tħaddim, u s-sjieda ta’ assi li jiġġeneraw l-elettriċità minn sorsi rinnovabbli, |
|
— |
SGN: it-tieni l-akbar network ta’ distribuzzjoni tal-gass fir-Renju Unit. SGN hija s-sid ta’ Scotland Gas Networks plc u Southern Gas Networks plc. Dawn iż-żewġ networks ikopru l-Iskozja kollha, in-nofsinhar ta’ Londra u x-xlokk tal-Ingilterra. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10620 — GIP / SSE / OTPP / SCOTIA GAS NETWORKS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).